Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1555 tal-25 ta’ Lulju 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu

In forceVersion 2025-07-25from 2025-07-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/1555@2025-07-25/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-30 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277, li tikkonċerna miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libanu.

(2) Id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tapplika sal-31 ta’ Lulju 2025. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu mġedda sal-31 ta’ Lulju 2026.

(3) Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1277, id-data 31 ta’ Lulju 2025 hija sostitwita b’dik tal-31 ta’ Lulju 2026.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2025. Għall-Kunsill Il-President M. Bjerre

Versions

  1. 2025-07-25