Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/156 tal-21 ta’ Jannar 2025 li taħtar erba’ membri u ħames membri supplenti, proposti mill-Ungerija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

In forceVersion 2025-01-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/156@2025-01-21/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Ungeriż,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2) Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102, li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3) Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sa Barbara Szilvia HEGEDŰS, is-Sur József KÓBOR, is-Sur Lajos KOVÁCS u s-Sur József RIBÁNYI saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4) Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sur Attila KISS, is-Sur Erik KONCZER, is-Sur Ádám MIRKÓCZKI u s-Sur Zoltán NÉMETH saru vakanti s-siġġijiet ta’ erba’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5) Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Raymund KOVÁCS bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti.

(6) Il-Gvern Ungeriż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandati attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: is-Sur Raymund KOVÁCS, Budapest Főváros XVI. Kerület Képviselőtestület tagja (Membru tal-Assemblea Lokali tas-16-il Distrett ta’ Budapest), is-Sur László Szabolcs ŐRI, Baranya Vármegye Közgyűlés elnöke (President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Baranya Vármegye), is-Sa Klaudia SZEMEREYNÉ PATAKI, Kecskemét Megyei Jogú Város polgármestere (Sindku tal-Belt ta’ Kecskemét bi drittijiet ta’ kontea), u, abbażi ta’ mandat nazzjonali differenti, is-Sur Attila KISS, Hajdú-Biher Vármegye Közgyűlés tagja (Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Hajdú-Bihar Vármegye).

(7) Il-Gvern Ungeriż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: is-Sur Károly ANDRÁS, Bács Kiskun Vármegye Közgyűlés tagja (Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Bács-Kiskun Vármegye), is-Sur Lajos BARCSA, Debrecen Megyei Jogú Város Képviselőtestület tagja (Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Debrecen bi drittijiet ta’ kontea), is-Sur Béla BÁSTHY, Kőszeg Város polgármestere (Sindku tal-Belt ta’ Kőszeg), is-Sur Benedek FARKAS, Budaörs Város Képviselőtestület tagja (Membru tal-Assemblea Lokali tal-Belt ta’ Budaörs) u s-Sa Marietta HERFORT Budapest Főváros v. Kerület Képviselőtestület tagja (Membru tal-Assemblea Lokali tal-ħames Distrett ta’ Budapest),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: u

Artikolu 1

(a) bħala membri:

is-Sur Attila KISS, Hajdú-Biher Vármegye Közgyűlés tagja (Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Hajdú-Bihar Vármegye) (bidla tal-mandat),

is-Sur Raymund KOVÁCS, Budapest Főváros XVI. Kerület Képviselőtestület tagja (Membru tal-Assemblea Lokali tas-16-il Distrett ta’ Budapest),

is-Sur László Szabolcs ŐRI, Baranya Vármegye Közgyűlés elnöke (President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Baranya Vármegye),

is-Sa Klaudia SZEMEREYNÉ PATAKI, Kecskemét Megyei Jogú Város polgármestere (Sindku tal-Belt ta’ Kecskemét bi drittijiet ta’ kontea),

(b) bħala membri supplenti:

is-Sur Károly ANDRÁS, Bács Kiskun Vármegye Közgyűlés tagja (Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Bács-Kiskun Vármegye),

is-Sur Lajos BARCSA, Debrecen Megyei Jogú Város Képviselőtestület tagja (Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Debrecen bi drittijiet ta’ kontea),

is-Sur Béla BÁSTHY, Kőszeg Város polgármestere (Sindku tal-Belt ta’ Kőszeg),

is-Sur Benedek FARKAS, Budaörs Város Képviselőtestület tagja (Membru tal-Assemblea Lokali tal-Belt ta’ Budaörs) u

s-Sa Marietta HERFORT Budapest Főváros v. Kerület Képviselőtestület tagja (Membru tal-Assemblea Lokali tal-ħames Distrett ta’ Budapest).

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2025. Għall-Kunsill Il-President A. Domański

Versions

  1. 2025-01-21