Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/1770 tas-27 ta’ Awwissu 2025 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1848 (EUNAVFOR MED IRINI/3/2025)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/1770@2025-08-27/mt
Contents
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI), b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
(1) Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u nediet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI).
(2) Skont id-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-EUNAVFOR MED IRINI (Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE).
(3) Fis-26 ta’ Ġunju 2024, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1848, li taħtar lill-Viċi Ammirall Valentino RINALDI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mid-19 ta’ Lulju 2024.
(4) Fit-3 ta’ Ġunju 2025, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew li l-Viċi Ammirall Marco CASAPIERI jieħu post il-Viċi Ammirall Valentino RINALDI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE mit-12 ta’ Settembru 2025.
(5) Fis-17 ta’ Ġunju 2025, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta magħmula mill-awtoritajiet militari Taljani.
(6) Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall Marco CASAPIERI bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.
(7) Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1848 titħassar,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-Viċi Ammirall Marco CASAPIERI huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mit-12 ta’ Settembru 2025.
Artikolu 2 Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1848 hija b’dan imħassar.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Settembru 2025.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2025. Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Il-President D. Pronk