Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2211 tas-27 ta’ Ottubru 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

In forceVersion 2025-10-27from 2025-10-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/2211@2025-10-27/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK.

(2) Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sal-31 ta’ Ottubru 2026.

(3) Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/573/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, id-data 31 ta’ Ottubru 2025 hija sostitwita bid-data 31 ta’ Ottubru 2026.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2025. Għall-Kunsill Il-President J. Jensen

Versions

  1. 2025-10-27