Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2229 tas-27 ta’ Ottubru 2025 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2025-2029)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/2229@2025-10-27/mt
Contents
- Preamble
- ANNEX
- ANNESS (1)(2)(3)(4)(5)(6)(7) Proċedura għall-approvazzjoni ta’ emendi għall-Protokoll li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt
- ANNESS (1) Proċedura għall-approvazzjoni ta’ emendi għall-Protokoll li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt
- ANNESS (1)(2) Proċedura għall-approvazzjoni ta’ emendi għall-Protokoll li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6), il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1194, il-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2025-2029) (il-Protokoll), ġie ffirmat fis-6 ta’ Ġunju 2025, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.
(2) L-għan tal-Protokoll huwa li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u li jippermetti lill-Unjoni u lir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (il-Kosta tal-Avorju) jaħdmu aktar mill-qrib flimkien biex jiżviluppaw politika tas-sajd sostenibbli, jippromwovu l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju u fl-Oċean Atlantiku, u jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd.
(3) Jenħtieġ li dan il-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni.
(4) L-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (il-Ftehim) jistabbilixxi Kumitat Konġunt (il-Kumitat Konġunt) inkarigat mis-sorveljanza u mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim, inkluż il-Protokolli ta’ Implimentazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt jista’ japprova ċerti emendi tal-Protokolli ta’ Implimentazzjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni tal-emendi tal-Protokoll, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tapprova dawn il-modifiki f’isem l-Unjoni bi proċedura ssimplifikata, b’ċerti kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali msemmija fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
(5) Jenħtieġ li jkun il-Kunsill li jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi tal-Protokoll proposti. L-emendi tal-Protokoll proposti jiġu approvati, għajr jekk minoranza ta’ Stati Membri li timblokka toġġezzjona għalihom f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
(6) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta opinjoni fit-22 ta’ April 2025,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju u l-Komunità Ewropea (2025-2029) (il-Protokoll) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2 F’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni hija awtorizzata tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll li jadotta l-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2025. Għall-Kunsill Il-President J. Jensen
ANNEX
ANNESS (1)(2)(3)(4)(5)(6)(7) Proċedura għall-approvazzjoni ta’ emendi għall-Protokoll li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt
Meta l-Kumitat Konġunt jintalab jadotta emendi għall-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 16(2) tal-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mal-Gvern tal-Kosta tal-Avorju u, fejn xieraq u soġġett għall-konformità mal-punt 3 ta’ dan l-Anness, tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi proposti għall-Protokoll dwar il-kwistjonijiet li ġejjin: Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-approvazzjoni f’isem l-Unjoni: Għal dak il-għan u abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-punt (2)(c), il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu, fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, dokument ta’ tħejjija li jistabbilixxi fid-dettall il-partikolaritajiet tal-pożizzjoni proposta tal-Unjoni (id-dokument ta’ tħejjija) għall-konsiderazzjoni u l-approvazzjoni. Il-pożizzjoni proposta tal-Unjoni li tinsab fid-dokument ta’ tħejjija għandha titqies li tkun ġiet approvata, ħlief meta għadd ta’ Stati Membri li jkun ekwivalenti għal minoranza li timblokka fil-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, joġġezzjonaw għaliha waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien għoxrin jum minn meta jasal id-dokument ta’ tħejjija, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. F’każ ta’ oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tiġi rreferita lill-Kunsill. Jekk, waqt laqgħat sussegwenti tal-Kumitat Konġunt, inkluż fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil, il-kwistjoni għandha terġa’ tintbagħat lill-Kunsill f’konformità mal-proċedura prevista fil-punti (2), (3) u (4), sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tqis il-fatturi l-ġodda. Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu, fiż-żmien dovut, il-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni ta’ kull proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Fir-rigward tal-kwistjonijiet l-oħra li ma jikkonċernawx emendi għall-Protokoll skont l-Artikolu 16(2) tal-Protokoll, il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita f’konformità mat-Trattati u l-prattiki ta’ ħidma stabbiliti.
ANNESS (1) Proċedura għall-approvazzjoni ta’ emendi għall-Protokoll li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt
(a) ir-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 7(1) u mal-Artikolu 8(1), tal-Protokoll u għaldaqstant, tal-kontroparti finanzjarja prevista fl-Artikolu 8(2), il-punt (a), tal-Protokoll;
(b) l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni marbutin mal-appoġġ settorjali msemmija fl-Artikolu 9 tal-Protokoll;
(c) il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi tal-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni;
(d) is-salvagwardji addizzjonali għall-protezzjoni tad-data personali previsti bl-Artikolu 15(4) tal-Protokoll;
(e) l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tal-Protokoll.
ANNESS (1)(2) Proċedura għall-approvazzjoni ta’ emendi għall-Protokoll li għandhom jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt
(a) tkun konformi mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd;
(b) tkun kompatibbli mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u tqis il-ġestjoni konġunta min-naħa tal-Istati kostali;
(c) tqis l-aħħar informazzjoni statistika, bijoloġika u rilevanti oħra mibgħuta lill-Kummissjoni.