Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2355 tat-13 ta’ Novembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għas-sistemi ta’ vitraġġ għall-gallariji u t-terrazzini mingħajr oqfsa vertikali u sistemi komposti ta’ iżolazzjoni termali esterna b’sistema ta’ tikħil u prodotti oħra għall-bini (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2025-11-13from 2025-11-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/2355@2025-11-13/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1) F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara talbiet mingħand il-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika adottat 66 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni.

(2) Is-66 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni huma relatati mar-referenzi li ġejjin għall-prodotti għall-bini:

sistemi ta’ vitraġġ għall-gallariji u t-terrazzini mingħajr oqfsa vertikali (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 020002-00-0404);

sistemi komposti ta’ iżolazzjoni termali esterna b’sistema ta’ tikħil (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 040083-00-0404);

prodotti magħmula l-fabbrika minn tereftalat tal-polietilen estruż u fl-għamla ta’ fowm għall-iżolament termali;

kits ta’ rivestiment — unitajiet prefabbrikati għall-iżolazzjoni esterna tal-ħitan u l-apparat għat-twaħħil tagħhom (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 040914-00-0404);

kits magħmula minn pannelli tal-iżolazzjoni b’finitura protettiva għas-soqfa invertiti;

kits għall-immuntar tat-twieqi u l-bibien quddiem il-ħitan;

elementi ta’ iżolazzjoni termali magħmula minn polimeri rinforzati bil-fibra li jiffurmaw interruzzjoni termali bejn elementi strutturali;

elementi ta’ iżolazzjoni termali li jifilħu għat-tagħbija li jiffurmaw interruzzjoni termali bejn il-gallariji u s-sulari interni (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 050001-00-0301);

bearings sferiċi u ċilindriċi b’materjal speċjali li jiżloq magħmul minn polietilen b’piż molekulari għoli ħafna (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 050004-00-0301);

bearings sferiċi u ċilindriċi b’materjal speċjali li jiżloq magħmul minn fluworopolimeru (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 050009-00-0301);

pannelli għall-iskular assemblati minn qabel magħmula minn gabjuni u ġeotessuti;

kits magħmula minn subframe u komponenti tal-irbit biex jitwaħħlu l-elementi tat-tlibbis u elementi tal-ħitan esterni (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 090034-00-0404);

varjant: kits għat-tlibbis ta’ ħitan esterni mwaħħla mekkanikament — estensjoni tal-ambitu;

pannelli tal-ħġieġ taċ-ċeramika għat-tlibbis estern;

ċangaturi tal-ġebel sinterizzat ta’ daqs sħiħ għall-użu fit-tlibbis, fil-paviment, fil-pavimentar, fit-turġien, fl-iskrins tax-xita u fil-kits tal-ħitan purtiera;

kits għal ħitan ventilati li jsostnu lilhom infushom, bi spazju bejniethom u li huma interkonnessi;

pannell kompost, abbażi tal-injam, għall-faċċati;

riffieda riġida kontra ċ-ċaqliq laterali sismiku għall-pajpijiet tal-bexxiexa għat-tifi tan-nar;

ġonot tal-espansjoni bi plagg flessibbli għall-pontijiet tat-toroq b’mili flessibbli bbażat fuq polimeru sintetiku bħala legant (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 120011-00-0107);

kolonni tad-dawl, tal-injam u tal-metall;

injam laminat b’fuljetti inkullati;

glulam imsaħħaħ b’injam laminat b’fuljetti, injam laminat b’fuljetti inkullat magħmul minn laminazzjonijiet imminċottjati f’xulxin u glulam magħmul bl-inkullar ta’ blokok minnhom;

simenti speċjali — simenti li jibbiesu bil-karbonazzjoni li jeħtieġu proċess partikolari ta’ twebbis;

simenti mħalltin b’kontenut għoli ta’ materjal għall-mili, gagazza tal-forn tal-blast mitħuna granulata jew materjal pozzolaniku jew it-tnejn, u klinker;

kits għat-tisħiħ tal-elementi tal-konkrit permezz ta’ strixxi magħmula minn polimeru msaħħaħ bil-fibra tal-karbonju mwaħħlin esternament u mmuntati qrib is-superfiċje (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 160086-00-0301);

akkoppjaturi għal ċombaturi mekkaniċi ta’ vireg tal-azzar rinforzanti (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 160129-00-0301);

konnetturi tal-istuds għall-ankraġġ ta’ membri tal-konkrit rinforzati kif ukoll għall-konnessjoni ta’ membri tal-azzar ma’ membri tal-konkrit rinfurzati;

blokok tal-materjal tal-art solidi kkompressati bil-ġir jew bis-siment jew mingħajrhom u kits tal-ħitan magħmulin minn dawn il-blokok u tajn tal-ġir idrawliku naturali;

bażi għall-pilastri għal konnessjonijiet strutturali ta’ pilastri tal-konkrit rinforzati;

sezzjonijiet strutturali vojta tal-azzar tat-tip corten;

ħbula tal-fibra b’konnetturi fit-tarf;

folji rqaq tal-metall komposti (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 210046-00-1201);

varjant: valutazzjoni tal-komponenti għall-pannelli komposti magħmula mill-injam mhux prodotti mill-manifatturi nfushom;

pannelli magħmula mill-klorur tal-polivinil li ma jifilħux tagħbija għal ħitan fuq ġewwa u fuq barra;

shingles b’massa baxxa ta’ bitum, laminati jew le, b’rinforz minerali jew sintetiku (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 220020-00-0402);

viti għall-irbit b’viti ssettjati wweldjati jew iffurmati fil-kiesaħ;

klipep tat-twaħħil u klipep li jiżżerżqu għas-soqfa b’kumenti wieqfa doppji;

varjant: prodotti għall-immarkar tat-toroq — estensjoni tal-ambitu;

varjant: Kompost għall-bitum u taħlitiet bituminużi abbażi tat-trab tal-lastku mfarrak — estensjoni tal-ambitu;

elementi tal-fibra tal-ġebla użati għall-ħżin tal-ilma fuq skala kbira f’xogħlijiet ċivili;

adeżivi għat-tlibbis tal-ħitan;

prodotti għal sistemi tal-installazzjoni għal tagħmir tal-bini tekniku ta’ appoġġ;

varjant: kanali tal-ankraġġ taħt forza tat-tiċrit minn reħi ċikliku b’livell tat-tagħbija aktar baxx differenti;

varjant: kanali tal-ankraġġ għal turnaviti tal-impatt ikkontrollat;

elementi ta’ rbit mekkaniċi għall-użu fil-konkrit (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 330232-01-0601);

elementi tal-irbit installati wara fil-konkrit taħt tagħbija b’reħi ċikliku (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 330250-00-0601);

varjant: ankri tal-plastik għal sistemi ridondanti mhux strutturali fil-konkrit u fix-xogħol tal-ġebel, u għat-twaħħil ta’ tlibbis tal-faċċata permezz ta’ brackets angolari taħt azzjonijiet sismiċi fil-konkrit u fix-xogħol tal-ġebel;

ankri bil-kamin għall-użu fix-xogħol tal-ġebel;

varjant: boltijiet ankra cast-in taħt kundizzjonijiet ta’ reħi jew azzjonijiet sismiċi;

assemblaġġi strutturali ta’ rbit bil-boltijiet ta’ saħħa kbira għal issikkar idrawliku, mingħajr frizzjoni u mingħajr torsjoni;

apparati ta’ ankraġġ għall-irbit tas-sistemi personali ta’ protezzjoni kontra l-waqgħat ma’ sottostrutturi tal-injam (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 331846-00-0603);

sistemi li jiffissaw id-distanza għall-użu fil-konkrit u fix-xogħol tal-ġebel;

kits għall-konnessjoni ta’ elementi tal-faċċata tal-konkrit prefabbrikat ma’ strutturi tal-konkrit ibbażati fuq kanali tal-ankraġġ;

assemblaġġi għall-irbit tal-istrutturi ta’ appoġġ;

kits ta’ element ta’ rbit tal-punti għall-pannelli tas-soqfa;

apparati ta’ ankraġġ għall-irbit ta’ sistemi ta’ protezzjoni kontra l-waqgħat mill-għoli ma’ sottostrutturi tal-folji trapezojdali tal-azzar jew tal-aluminju;

kits tax-shuttering iżolanti permanenti għal binijiet sħaħ;

pannelli sandwich li jifilħu għat-tagħbija b’qalba polimerika jew tal-fowm u b’kisjiet ta’ pannelli tal-partikoli strutturali magħquda bis-siment;

kits li jifilħu għat-terremoti magħmula minn travi, kolonni u ġonot bejn it-travi u l-kolonni komposti tal-azzar u tal-konkrit;

varjant: kits jew sistemi permanenti ta’ shuttering iżolanti bbażati fuq blokok vojta jew panels magħmula minn materjali ta’ iżolazzjoni u possibbilment mill-konkrit: blokok vojta reżistenti għat-terremoti;

kits tal-polimeri rinforzati mill-fibra magħmula minn laminat tal-fibra tal-karbonju pultruż u adeżiv epossidiku;

kits tal-polimeri rinforzati mill-fibra magħmula minn tessut tal-karbonju jew tal-ħġieġ u reżina epossidika;

pannelli strutturali tal-ħitan komposti bl-azzar għas-sistemi tal-bini;

strutturi li jżommu l-art magħmula mill-azzar b’ankra waħda li jifilħu tagħbija għolja u baxxa;

gradilji ta’ trasferiment ta’ arja reattiva reżistenti għan-nar;

tappijiet b’interzjar intumexxenti għal luminarji mdaħħla f’soffitti reżistenti għan-nar.

(3) Is-66 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet ta’ bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4) Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-prodotti għall-bini ġiet ippubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(5) Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.

(6) Sabiex jiġi permess l-użu tas-66 Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni malajr kemm jista’ jkun, ħalli l-manifatturi li diġà għandhom Valutazzjoni Teknika Ewropea jkunu jistgħu jintroduċu l-prodott tagħhom fis-suq, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2025. Għall-Kummissjoni F’isem il-President Kerstin Jorna Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs/DĠ GROW

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza: 020002-01-0404 Sistemi ta’ vitraġġ għall-gallariji u t-terrazzini mingħajr oqfsa vertikali (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 020002-00-0404) 040083-01-0404 Sistemi komposti ta’ iżolazzjoni termali esterna b’sistema ta’ tikħil (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 040083-00-0404) 040179-00-1201 Prodotti magħmula l-fabbrika minn tereftalat tal-polietilen estruż u fl-għamla ta’ fowm għall-iżolament termali 040914-01-0404 Kits ta’ rivestiment — unitajiet prefabbrikati għall-iżolazzjoni esterna tal-ħitan u l-apparat għat-twaħħil tagħhom (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 040914-00-0404) 041827-00-0401 Kits magħmula minn pannelli tal-iżolazzjoni b’finitura protettiva għas-soqfa invertiti 041871-00-1201 Kits għall-immuntar tat-twieqi u l-bibien quddiem il-ħitan 041877-00-0301 Elementi ta’ iżolazzjoni termali magħmula minn polimeri rinforzati bil-fibra li jiffurmaw interruzzjoni termali bejn elementi strutturali 050001-01-0301 Elementi ta’ iżolazzjoni termali li jifilħu għat-tagħbija li jiffurmaw interruzzjoni termali bejn il-gallariji u s-sulari interni (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 050001-00-0301) 050004-01-0301 Bearings sferiċi u ċilindriċi b’materjal speċjali li jiżloq magħmul minn polietilen b’piż molekulari għoli ħafna (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 050004-00-0301) 050009-01-0301 Bearings sferiċi u ċilindriċi b’materjal speċjali li jiżloq magħmul minn fluworopolimeru (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 050009-00-0301) 080007-00-0101 Pannelli għall-iskular assemblati minn qabel magħmula minn gabjuni u ġeotessuti 090034-01-0404 Kits magħmula minn subframe u komponenti tal-irbit biex jitwaħħlu l-elementi tat-tlibbis u elementi tal-ħitan esterni (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 090034-00-0404) 090062-01-0404-v01 Varjant: Kits għat-tlibbis ta’ ħitan esterni mwaħħla mekkanikament — estensjoni tal-ambitu 090074-00-0504 Pannelli tal-ħġieġ taċ-ċeramika għat-tlibbis estern 090142-00-0404 ċangaturi tal-ġebel sinterizzat ta’ daqs sħiħ għall-użu fit-tlibbis, fil-paviment, fil-pavimentar, fit-turġien, fl-iskrins tax-xita u fil-kits tal-ħitan purtiera 090232-00-0404 Kits għal ħitan ventilati li jsostnu lilhom infushom, bi spazju bejniethom u li huma interkonnessi 090240-00-0404 Pannell kompost, abbażi tal-injam, għall-faċċati 100005-00-1106 Riffieda riġida kontra ċ-ċaqliq laterali sismiku għall-pajpijiet tal-bexxiexa għat-tifi tan-nar 120011-01-0107 Ġonot tal-espansjoni bi plagg flessibbli għall-pontijiet tat-toroq b’mili flessibbli bbażat fuq polimeru sintetiku bħala legant (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 120011-00-0107) 120017-00-0106 Kolonni tad-dawl, tal-injam u tal-metall 130337-00-0304 Injam laminat b’fuljetti inkullati 130740-00-0304 Glulam imsaħħaħ b’injam laminat b’fuljetti, injam laminat b’fuljetti inkullat magħmul minn laminazzjonijiet imminċottjati f’xulxin u glulam magħmul bl-inkullar ta’ blokok minnhom 150035-00-0301 Simenti speċjali — simenti li jibbiesu bil-karbonazzjoni li jeħtieġu proċess partikolari ta’ twebbis 150080-00-0301 Simenti mħalltin b’kontenut għoli ta’ materjal għall-mili, gagazza tal-forn tal-blast mitħuna granulata jew materjal pozzolaniku jew it-tnejn, u klinker 160086-01-0301 Kits għat-tisħiħ tal-elementi tal-konkrit permezz ta’ strixxi magħmula minn polimeru msaħħaħ bil-fibra tal-karbonju mwaħħlin esternament u mmuntati qrib is-superfiċje (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 160086-00-0301) 160129-01-0301 Akkoppjaturi għal ċombaturi mekkaniċi ta’ vireg tal-azzar rinforzanti (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 160129-00-0301) 160202-00-0301 Konnetturi tal-istuds għall-ankraġġ ta’ membri tal-konkrit rinforzati kif ukoll għall-konnessjoni ta’ membri tal-azzar ma’ membri tal-konkrit rinfurzati 170051-00-0305 Blokok tal-materjal tal-art solidi kkompressati bil-ġir jew bis-siment jew mingħajrhom u kits tal-ħitan magħmulin minn dawn il-blokok u tajn tal-ġir idrawliku naturali 200102-00-0302 Bażi għall-pilastri għal konnessjonijiet strutturali ta’ pilastri tal-konkrit rinforzati 200116-00-0302 Sezzjonijiet strutturali vojta tal-azzar tat-tip corten 200379-00-0602 Ħbula tal-fibra b’konnetturi fit-tarf 210046-01-1201 Folji rqaq tal-metall komposti (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 210046-00-1201) 210058-00-0504-v01 Varjant: Valutazzjoni tal-komponenti għall-pannelli komposti magħmula mill-injam mhux prodotti mill-manifatturi nfushom 210080-00-0505 Pannelli magħmula mill-klorur tal-polivinil li ma jifilħux tagħbija għal ħitan fuq ġewwa u fuq barra 220020-01-0402 Shingles b’massa baxxa ta’ bitum, laminati jew le, b’rinforz minerali jew sintetiku (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 220020-00-0402) 220169-00-0402 Viti għall-irbit b’viti ssettjati wweldjati jew iffurmati fil-kiesaħ 220183-00-0402 Klipep tat-twaħħil u klipep li jiżżerżqu għas-soqfa b’kumenti wieqfa doppji 230011-00-0106-v01 Varjant: Prodotti għall-immarkar tat-toroq — estensjoni tal-ambitu 230145-00-0105-v01 Varjant: Kompost għall-bitum u taħlitiet bituminużi abbażi tat-trab tal-lastku mfarrak — estensjoni tal-ambitu 230158-00-0101 Elementi tal-fibra tal-ġebla użati għall-ħżin tal-ilma fuq skala kbira f’xogħlijiet ċivili 250005-00-0606 Adeżivi għat-tlibbis tal-ħitan 280016-00-0602 Prodotti għal sistemi tal-installazzjoni għal tagħmir tal-bini tekniku ta’ appoġġ 330008-04-0601-v01 Varjant: Kanali tal-ankraġġ taħt forza tat-tiċrit minn reħi ċikliku b’livell tat-tagħbija aktar baxx differenti 330008-04-0601-v02 Varjant: Kanali tal-ankraġġ għal turnaviti tal-impatt ikkontrollat 330232-02-0601 Elementi ta’ rbit mekkaniċi għall-użu fil-konkrit (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 330232-01-0601) 330250-01-0601 Elementi tal-irbit installati wara fil-konkrit taħt tagħbija b’reħi ċikliku (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 330250-00-0601) 330284-00-0604-v02 Varjant: Ankri tal-plastik għal sistemi ridondanti mhux strutturali fil-konkrit u fix-xogħol tal-ġebel, u għat-twaħħil ta’ tlibbis tal-faċċata permezz ta’ brackets angolari taħt azzjonijiet sismiċi fil-konkrit u fix-xogħol tal-ġebel 330460-00-0604 Ankri bil-kamin għall-użu fix-xogħol tal-ġebel 330924-01-0601-v01 Varjant: Boltijiet ankra cast-in taħt kundizzjonijiet ta’ reħi jew azzjonijiet sismiċi 331531-00-0602 Assemblaġġi strutturali ta’ rbit bil-boltijiet ta’ saħħa kbira għal issikkar idrawliku, mingħajr frizzjoni u mingħajr torsjoni 331846-01-0603 Apparati ta’ ankraġġ għall-irbit tas-sistemi personali ta’ protezzjoni kontra l-waqgħat ma’ sottostrutturi tal-injam (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika EAD 331846-00-0603) 331985-00-0604 Sistemi li jiffissaw id-distanza għall-użu fil-konkrit u fix-xogħol tal-ġebel 332699-00-0601 Kits għall-konnessjoni ta’ elementi tal-faċċata tal-konkrit prefabbrikat ma’ strutturi tal-konkrit ibbażati fuq kanali tal-ankraġġ 332707-00-0602 assemblaġġi għall-irbit tal-istrutturi ta’ appoġġ 333915-00-0601 Kits ta’ element ta’ rbit tal-punti għall-pannelli tas-soqfa 334812-00-0602 Apparati ta’ ankraġġ għall-irbit ta’ sistemi ta’ protezzjoni kontra l-waqgħat mill-għoli ma’ sottostrutturi tal-folji trapezojdali tal-azzar jew tal-aluminju 340024-00-0103 Kits tax-shuttering iżolanti permanenti għal binijiet sħaħ 340282-00-0303 Pannelli sandwich li jifilħu għat-tagħbija b’qalba polimerika jew tal-fowm u b’kisjiet ta’ pannelli tal-partikoli strutturali magħquda bis-siment 340292-00-0303 Kits li jifilħu għat-terremoti magħmula minn travi, kolonni u ġonot bejn it-travi u l-kolonni komposti tal-azzar u tal-konkrit 340309-00-0305-v01 Varjant: Kits jew sistemi permanenti ta’ shuttering iżolanti bbażati fuq blokok vojta jew panels magħmula minn materjali ta’ iżolazzjoni u possibbilment mill-konkrit: blokok vojta reżistenti għat-terremoti 340351-00-0104 Kits tal-polimeri rinforzati mill-fibra magħmula minn laminat tal-fibra tal-karbonju pultruż u adeżiv epossidiku 340352-00-0104 Kits tal-polimeri rinforzati mill-fibra magħmula minn tessut tal-karbonju jew tal-ħġieġ u reżina epossidika 340549-00-0204 Pannelli strutturali tal-ħitan komposti bl-azzar għas-sistemi tal-bini 340739-00-0106 Strutturi li jżommu l-art magħmula mill-azzar b’ankra waħda li jifilħu tagħbija għolja u baxxa 351141-00-1104 Gradilji ta’ trasferiment ta’ arja reattiva reżistenti għan-nar 351281-00-1104 Tappijiet b’interzjar intumexxenti għal luminarji mdaħħla f’soffitti reżistenti għan-nar.

Versions

  1. 2025-11-13