Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2414 tat-2 ta’ Diċembru 2025 li tistabbilixxi l-Konsorzju għall-Infrastruttura Diġitali Ewropea għal Servizzi għat-Trasformazzjoni Interkonnessa tal-Amministrazzjoni Pubblika Massiva Innovattiva (IMPACTS-EDIC)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/2414@2025-12-02/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Stabbiliment ta’ IMPACTS-EDIC
- Artikolu 2 Id-dħul fis-seħħ
- ANNEX
- ANNESS 1.2.3.4. ELEMENTI ESSENZJALI GĦALL-ISTATUTI TAL-IMPACTS-EDIC
- ANNESS 1. ELEMENTI ESSENZJALI GĦALL-ISTATUTI TAL-IMPACTS-EDIC
- Artikolu 2 L-isem, is-sede, il-post u l-lingwa operattiva
- ANNESS 1.2. ELEMENTI ESSENZJALI GĦALL-ISTATUTI TAL-IMPACTS-EDIC
- Artikolu 30 Tul ta’ żmien
- Artikolu 31 Terminazzjoni tal-IMPACTS-EDIC
- ANNESS 1.2.3. ELEMENTI ESSENZJALI GĦALL-ISTATUTI TAL-IMPACTS-EDIC
- Artikolu 21 Responsabbiltà u assigurazzjoni
- Artikolu 20 Eżenzjonijiet mit-taxxa u mid-dazju tas-sisa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi Programm ta’ Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali, u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3), il-punt (a) tagħha,
Billi:
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi konsorzji Ewropej għall-infrastruttura diġitali (EDICs).
(2) Fl-4 ta’ Diċembru 2024, il-Greċja, il-Kroazja, l-Ungerija u l-Polonja ppreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 biex jiġi stabbilit il-Konsorzju għall-Infrastruttura Diġitali Ewropea għal Servizzi ta’ Trasformazzjoni Interkonnessi tal-Amministrazzjoni Pubblika Massiva Innovattiva (IMPACTS-EDIC). Fil-21 ta’ Ottubru 2025, in-Netherlands u l-Ukrajna ngħaqdu bħala membri fundaturi tal-IMPACTS-EDIC.
(3) Bħala l-Istat Membru ospitanti, il-Greċja pprovdiet dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punt (d) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481 li tirrikonoxxi l-IMPACTS-EDIC bħala korp internazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 143(1), il-punt (g) u l-Artikolu 151(1), il-punt (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE u bħala organizzazzjoni internazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 11(1), il-punt (b) tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262/UE.
(4) Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni skont l-Artikolu 14(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481. Ikkonkludiet li l-applikazzjoni fiha l-elementi kollha meħtieġa skont l-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481. Filwaqt li tqis l-objettivi ġenerali tal-Programm ta’ Politika dwar id-Deċennju Diġitali, b’mod partikolari l-kontribut tal-EDIC propost għall-iżvilupp ta’ ekosistema komprensiva u sostenibbli ta’ infrastrutturi diġitali interoperabbli, u kunsiderazzjonijiet prattiċi relatati mal-implimentazzjoni tal-proġett multinazzjonali, b’mod partikolari l-kapaċità teknika, finanzjarja u amministrattiva tal-EDIC propost, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-EDIC jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi kollha stabbiliti fl-Artikoli 13 sa 21 tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481.
(5) F’konformità mal-istatuti, ir-rwol tal-IMPACTS-EDIC huwa li jimplimenta proġetti multinazzjonali (MCPs) fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika konnessa u tal-infrastruttura u s-servizzi komuni tad-data Ewropej rilevanti kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481. L-IMPACTS-EDIC iservi biex jappoġġa l-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni fost l-Istati Membri u l-aġenziji u l-istituzzjonijiet Ewropej, filwaqt li jallinja l-isforzi lejn objettivi komuni li se jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-użu ta’ soluzzjonijiet ġodda għal servizzi pubbliċi aħjar. Jappoġġa wkoll operazzjonijiet xierqa għall-ittestjar tal-interoperabbiltà fost is-sistemi nazzjonali eżistenti.
(6) Skont l-Artikolu 14(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481, il-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 23(1) ta’ dik id-Deċiżjoni ġie kkonsultat għall-opinjoni tiegħu dwar it-twaqqif tal-IMPACTS-EDIC u ta opinjoni favorevoli.
(7) Sabiex tkun tista’ ssir l-applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-bidu tal-operat tal-IMPACTS-EDIC, li huwa meħtieġ b’mod urġenti għall-implimentazzjoni ordnata tal-azzjonijiet proposti, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Stabbiliment ta’ IMPACTS-EDIC
1. Il-Konsorzju għall-Infrastruttura Diġitali Ewropea għal Servizzi għat-Trasformazzjoni Interkonnessa tal-Amministrazzjoni Pubblika Massiva Innovattiva (IMPACTS-EDIC) huwa b’dan stabbilit.
2. L-IMPACTS-EDIC għandu jkollu personalità ġuridika u għandu jgawdi, f’kull wieħed mill-Istati Membri, l-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lill-entitajiet ġuridiċi skont il-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Huwa jista’, b’mod partikolari, jakkwista, jippossedi jew jiddisponi minn proprjetà mobbli, immobbli u intellettwali, jikkonkludi kuntratti u jkun parti fi proċeduri legali.
3. L-elementi essenzjali tal-istatuti tal-IMPACTS-EDIC, kif miftiehma bejn il-membri tiegħu, huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Id-dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2025. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
Para. 002. L-isem tal-EDIC imsemmi fil-paragrafu (1) għandu jkun Servizzi għat- Trasformazzjoni Interkonnessi tal-Amministrazzjoni Pubblika Massiva Innovattiva - EDIC, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ IMPACTS-EDIC. Para. 003. IMPACTS-EDIC għandu jkollu s-sede statutorja tiegħu f’Ateni, il-Greċja. Art. 002. […] Art. 030. IMPACTS-EDIC għandu jibqa’ jeżisti sakemm jiġi stralċat f’konformità mal-Artikolu 31. Para. 001. It-terminazzjoni tal-IMPACTS-EDIC għandha tiġi deċiża mill-Assemblea tal-membri skont l-Artikolu 11(12)(c). Para. 002. Mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni li jiġi tterminat l-IMPACTS-EDIC, IMPACTS-EDIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni. Para. 003. L-assi li jifdal wara l-ħlas tad-djun IMPACTS-EDIC għandhom jew jiġu ttrasferiti lil entità ġuridika oħra sal-punt li din l-entità tkompli l-attivitajiet tal-IMPACTS-EDIC jew jitqassmu fost il-membri fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali akkumulata tagħhom li tkun tħallset lill-IMPACTS-EDIC kif speċifikat fl-Artikolu 10, sa fejn il-membri jkunu responsabbli f’konformità mal-Artikolu 21. Para. 004. Mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem mill-għeluq tal-proċedura ta’ terminazzjoni, IMPACTS-EDIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan. Para. 005. L-IMPACTS-EDIC ma għandux jibqa’ jeżisti fil-jum li fih il-Kummissjoni tippubblika l-avviż xieraq f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Para. 001. IMPACTS-EDIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu. Para. 002. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri għad-djun tal-EDIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi pprovduti lill-EDIC, kif speċifikat fl-Anness III. Para. 003. L-Unjoni ma għandhiex tkun responsabbli għad-djun tal-IMPACTS-EDIC. Para. 004. IMPACTS-EDIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa biex ikopri r-riskji speċifiċi għall-attivitajiet tiegħu. Para. 001. L-eżenzjonijiet mill-VAT ibbażati fuq l-Artikoli 143(1)(g) u 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, u f’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 għandhom ikunu limitati għal xiri minn IMPACTS-EDIC u minn membri ta’ IMPACTS-EDIC li huma għall-użu uffiċjali u esklużiv minn IMPACTS-EDIC dment li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi ta’ IMPACTS-EDIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu. Il-kundizzjonijiet biex wieħed jikkwalifika għar-rikonoxximent biex ikollu l-benefiċċji bħala korp internazzjonali għall-applikazzjoni tal-Artikolu 143(1)(g) u l-Artikolu 151(1)(b) tad-Direttiva 2006/112/KE stabbiliti fl-Artikolu 50 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 għandhom jiġu rrispettati mutatis mutandis mill-IMPACTS-EDIC. Para. 002. L-eżenzjonijiet tal-VAT għandhom ikunu limitati għal xiri li jaqbeż il-valur ta’ EUR 300. Para. 003. L-eżenzjonijiet mid-Dazju tas-Sisa bbażati fuq l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262, għandhom ikunu limitati għal xiri minn IMPACTS-EDIC li jkun għall-użu uffiċjali u esklużiv mill-IMPACTS-EDIC dment li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-IMPACTS-EDIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu u li x-xiri jaqbeż il-valur ta’ EUR 300. Para. 004. Il-proċedura fil-livell nazzjonali meħtieġa għar-reġistrazzjoni tal-IMPACTS-EDIC bħala organizzazzjoni li għandha l-benefiċċji ta’ organizzazzjoni internazzjonali se titnieda dakinhar li tiġi stabbilita IMPACTS-EDIC. Anx. 1. Li jikkorrispondu għall-Artikolu 17(1), il-punt (c) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481: Li jikkorrispondu għall-Artikolu 17(1), il-punt (d) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481: Li jikkorrispondu għall-Artikolu 17(1), il-punt (e) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481: Li jikkorrispondu għall-Artikolu 17(1), il-punt (i) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481:
ANNESS 1.2.3.4. ELEMENTI ESSENZJALI GĦALL-ISTATUTI TAL-IMPACTS-EDIC
Li jikkorrispondu għall-Artikolu 17(1), il-punt (c) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481: Li jikkorrispondu għall-Artikolu 17(1), il-punt (d) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481: Li jikkorrispondu għall-Artikolu 17(1), il-punt (e) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481: Li jikkorrispondu għall-Artikolu 17(1), il-punt (i) tad-Deċiżjoni (UE) 2022/2481: Para. 002. L-isem tal-EDIC imsemmi fil-paragrafu (1) għandu jkun Servizzi għat- Trasformazzjoni Interkonnessi tal-Amministrazzjoni Pubblika Massiva Innovattiva - EDIC, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ IMPACTS-EDIC. Para. 003. IMPACTS-EDIC għandu jkollu s-sede statutorja tiegħu f’Ateni, il-Greċja. Art. 002. […] Art. 030. IMPACTS-EDIC għandu jibqa’ jeżisti sakemm jiġi stralċat f’konformità mal-Artikolu 31. Para. 001. It-terminazzjoni tal-IMPACTS-EDIC għandha tiġi deċiża mill-Assemblea tal-membri skont l-Artikolu 11(12)(c). Para. 002. Mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni li jiġi tterminat l-IMPACTS-EDIC, IMPACTS-EDIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni. Para. 003. L-assi li jifdal wara l-ħlas tad-djun IMPACTS-EDIC għandhom jew jiġu ttrasferiti lil entità ġuridika oħra sal-punt li din l-entità tkompli l-attivitajiet tal-IMPACTS-EDIC jew jitqassmu fost il-membri fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali akkumulata tagħhom li tkun tħallset lill-IMPACTS-EDIC kif speċifikat fl-Artikolu 10, sa fejn il-membri jkunu responsabbli f’konformità mal-Artikolu 21. Para. 004. Mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem mill-għeluq tal-proċedura ta’ terminazzjoni, IMPACTS-EDIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan. Para. 005. L-IMPACTS-EDIC ma għandux jibqa’ jeżisti fil-jum li fih il-Kummissjoni tippubblika l-avviż xieraq f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Para. 001. IMPACTS-EDIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu. Para. 002. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri għad-djun tal-EDIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi pprovduti lill-EDIC, kif speċifikat fl-Anness III. Para. 003. L-Unjoni ma għandhiex tkun responsabbli għad-djun tal-IMPACTS-EDIC. Para. 004. IMPACTS-EDIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa biex ikopri r-riskji speċifiċi għall-attivitajiet tiegħu. Para. 001. L-eżenzjonijiet mill-VAT ibbażati fuq l-Artikoli 143(1)(g) u 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, u f’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 għandhom ikunu limitati għal xiri minn IMPACTS-EDIC u minn membri ta’ IMPACTS-EDIC li huma għall-użu uffiċjali u esklużiv minn IMPACTS-EDIC dment li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi ta’ IMPACTS-EDIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu. Il-kundizzjonijiet biex wieħed jikkwalifika għar-rikonoxximent biex ikollu l-benefiċċji bħala korp internazzjonali għall-applikazzjoni tal-Artikolu 143(1)(g) u l-Artikolu 151(1)(b) tad-Direttiva 2006/112/KE stabbiliti fl-Artikolu 50 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 għandhom jiġu rrispettati mutatis mutandis mill-IMPACTS-EDIC. Para. 002. L-eżenzjonijiet tal-VAT għandhom ikunu limitati għal xiri li jaqbeż il-valur ta’ EUR 300. Para. 003. L-eżenzjonijiet mid-Dazju tas-Sisa bbażati fuq l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262, għandhom ikunu limitati għal xiri minn IMPACTS-EDIC li jkun għall-użu uffiċjali u esklużiv mill-IMPACTS-EDIC dment li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-IMPACTS-EDIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu u li x-xiri jaqbeż il-valur ta’ EUR 300. Para. 004. Il-proċedura fil-livell nazzjonali meħtieġa għar-reġistrazzjoni tal-IMPACTS-EDIC bħala organizzazzjoni li għandha l-benefiċċji ta’ organizzazzjoni internazzjonali se titnieda dakinhar li tiġi stabbilita IMPACTS-EDIC.
ANNESS 1. ELEMENTI ESSENZJALI GĦALL-ISTATUTI TAL-IMPACTS-EDIC
Artikolu 2 L-isem, is-sede, il-post u l-lingwa operattiva
[…] Para. 002. L-isem tal-EDIC imsemmi fil-paragrafu (1) għandu jkun Servizzi għat- Trasformazzjoni Interkonnessi tal-Amministrazzjoni Pubblika Massiva Innovattiva - EDIC, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ IMPACTS-EDIC. Para. 003. IMPACTS-EDIC għandu jkollu s-sede statutorja tiegħu f’Ateni, il-Greċja.
2. L-isem tal-EDIC imsemmi fil-paragrafu (1) għandu jkun Servizzi għat- Trasformazzjoni Interkonnessi tal-Amministrazzjoni Pubblika Massiva Innovattiva - EDIC, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ IMPACTS-EDIC.
3. IMPACTS-EDIC għandu jkollu s-sede statutorja tiegħu f’Ateni, il-Greċja.
ANNESS 1.2. ELEMENTI ESSENZJALI GĦALL-ISTATUTI TAL-IMPACTS-EDIC
Artikolu 30 Tul ta’ żmien
IMPACTS-EDIC għandu jibqa’ jeżisti sakemm jiġi stralċat f’konformità mal-Artikolu 31.
Artikolu 31 Terminazzjoni tal-IMPACTS-EDIC
1. It-terminazzjoni tal-IMPACTS-EDIC għandha tiġi deċiża mill-Assemblea tal-membri skont l-Artikolu 11(12)(c).
2. Mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni li jiġi tterminat l-IMPACTS-EDIC, IMPACTS-EDIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni.
3. L-assi li jifdal wara l-ħlas tad-djun IMPACTS-EDIC għandhom jew jiġu ttrasferiti lil entità ġuridika oħra sal-punt li din l-entità tkompli l-attivitajiet tal-IMPACTS-EDIC jew jitqassmu fost il-membri fi proporzjon mal-kontribuzzjoni annwali akkumulata tagħhom li tkun tħallset lill-IMPACTS-EDIC kif speċifikat fl-Artikolu 10, sa fejn il-membri jkunu responsabbli f’konformità mal-Artikolu 21.
4. Mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem mill-għeluq tal-proċedura ta’ terminazzjoni, IMPACTS-EDIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan.
5. L-IMPACTS-EDIC ma għandux jibqa’ jeżisti fil-jum li fih il-Kummissjoni tippubblika l-avviż xieraq f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS 1.2.3. ELEMENTI ESSENZJALI GĦALL-ISTATUTI TAL-IMPACTS-EDIC
Artikolu 21 Responsabbiltà u assigurazzjoni
1. IMPACTS-EDIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.
2. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri għad-djun tal-EDIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet rispettivi pprovduti lill-EDIC, kif speċifikat fl-Anness III.
3. L-Unjoni ma għandhiex tkun responsabbli għad-djun tal-IMPACTS-EDIC.
4. IMPACTS-EDIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa biex ikopri r-riskji speċifiċi għall-attivitajiet tiegħu.
ANNESS 1.2.3.4. ELEMENTI ESSENZJALI GĦALL-ISTATUTI TAL-IMPACTS-EDIC
Artikolu 20 Eżenzjonijiet mit-taxxa u mid-dazju tas-sisa
1. L-eżenzjonijiet mill-VAT ibbażati fuq l-Artikoli 143(1)(g) u 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, u f’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 għandhom ikunu limitati għal xiri minn IMPACTS-EDIC u minn membri ta’ IMPACTS-EDIC li huma għall-użu uffiċjali u esklużiv minn IMPACTS-EDIC dment li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi ta’ IMPACTS-EDIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu. Il-kundizzjonijiet biex wieħed jikkwalifika għar-rikonoxximent biex ikollu l-benefiċċji bħala korp internazzjonali għall-applikazzjoni tal-Artikolu 143(1)(g) u l-Artikolu 151(1)(b) tad-Direttiva 2006/112/KE stabbiliti fl-Artikolu 50 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 għandhom jiġu rrispettati mutatis mutandis mill-IMPACTS-EDIC.
2. L-eżenzjonijiet tal-VAT għandhom ikunu limitati għal xiri li jaqbeż il-valur ta’ EUR 300.
3. L-eżenzjonijiet mid-Dazju tas-Sisa bbażati fuq l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262, għandhom ikunu limitati għal xiri minn IMPACTS-EDIC li jkun għall-użu uffiċjali u esklużiv mill-IMPACTS-EDIC dment li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-IMPACTS-EDIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu u li x-xiri jaqbeż il-valur ta’ EUR 300.
4. Il-proċedura fil-livell nazzjonali meħtieġa għar-reġistrazzjoni tal-IMPACTS-EDIC bħala organizzazzjoni li għandha l-benefiċċji ta’ organizzazzjoni internazzjonali se titnieda dakinhar li tiġi stabbilita IMPACTS-EDIC.