Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2436 tal-1 ta’ Diċembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/2436@2025-12-01/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) Fit-28 ta’ Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775.
(2) Fit-13 ta’ Diċembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2208, li stabbiliet qafas ġdid li jipprevedi l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi addizzjonali kontra individwi u entitajiet responsabbli għal jew kompliċi f’azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Mali, jew li involvew ruħhom, direttament jew indirettament, f’tali azzjonijiet u politiki, jew li qegħdin jostakolaw jew idgħajfu t-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali.
(3) Abbażi ta’ rieżami tal-miżuri restrittivi previsti fl-Artikoli 1(1), u 2(1) u (2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġġeddu sal-14 ta’ Diċembru 2026 u r-raġunijiet fl-entrati għall-persuni inklużi fil-listi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni jiġu emendati.
(4) Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 tiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 hija emendata kif ġej:
Artikolu 1
(1) Fl-Artikolu 8(1), id-data 14 ta’ Diċembru 2025 hija sostitwita b’ dik tal-14 ta’ Diċembru 2026;
(2) L-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2025. Għall-Kunsill Il-President K. Kallas
ANNEX
ANNESS
ANNESS
A.
Lista ta’ persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikolu 1(1): Isem Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar “1. DIAW, Malick Post tat-twelid: Ségou Data tat-twelid: 2.12.1979 Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: B0722922 validu sat-13.8.2018 Sess: raġel Pożizzjoni: President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni politika tal-Mali), Logutenent Ġeneral Malick Diaw huwa membru ewlieni taċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta. Bħala kap kmandant tat-tielet reġjun militari ta’ Kati, kien wieħed mill-istigaturi u l-mexxejja tal-kolp ta’ stat tat-18 ta’ Awwissu 2020 flimkien mal-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué, il-Kurunell Assimi Goïta, il-Kurunell Sadio Camara u l-Kurunell Modibo Koné. Għaldaqstant Malick Diaw huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Malick Diaw huwa wkoll attur ewlieni fil-kuntest tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, bħala l-President tal-Kunsill tat-Tranżizzjoni Nazzjonali (CNT) minn Diċembru 2020. Fis-16 ta’ Ottubru 2024, Malick Diaw ġie promoss għall-grad ta’ Logutenent Ġeneral 3 stilel mill-Kunsill tal-Ministri tal-Mali. Is-CNT naqas milli jikseb riżultati fil-ħin fuq il-missjonijiet imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta’ Ottubru 2020 (Karta tat-Tranżizzjoni) u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher mid-dewmien tas-CNT biex jadotta l-abbozz tal-liġi elettorali. Dak id-dewmien ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b’hekk għat-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Barra minn hekk, l-abbozz ta’ liġi elettorali l-ġdid, kif eventwalment adottat mis-CNT fis-17 ta’ Ġunju 2022 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Mali fl-24 ta’ Ġunju 2022, jippermetti lill-President tat-Tranżizzjoni u lill-Viċi President tat-Tranżizzjoni u lill-membri tal-Gvern ta’ Tranżizzjoni jkunu kandidati għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi, f’kontradizzjoni mal-Karta ta’ Tranżizzjoni. Malick Diaw ippresieda s-sessjoni li fit-3 ta’ Lulju 2025 approvat ir-reviżjoni tal-Karta tat-Tranżizzjoni li tagħti lil Assimi Goïta mandat rinnovabbli ta’ ħames snin mingħajr elezzjonijiet. Ir-reviżjoni tal-Karta tat-Tranżizzjoni tikkonsolida l-pożizzjoni ta’ Assimi Goïta u s-setgħat tal-ġunta billi ma tipprevedix obbligu immedjat li jsiru elezzjonijiet. Il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Malick Diaw) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant, Malick Diaw qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali 4.2.2022 2. WAGUÉ, Ismaël Post tat-twelid: Bamako Data tat-twelid: 2.3.1975 Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: passaport diplomatiku AA0193660 validu sal-15.2.2023 Sess: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rikonċiljazzjoni, Logutenent Ġeneral Il-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué huwa membru ewlieni fiċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta u kien wieħed mill-atturi ewlenin responsabbli għall-kolp ta’ stat tat-18 ta’ Awwissu 2020, flimkien mal-Kurunell Goïta, il-Kurunell Sadio Camara, il-Kurunell Modibo Koné u l-Kurunell Malick Diaw. Fid-19 ta’ Awwissu 2020, huwa ħabbar li l-armata kienet ħadet il-poter f’idejha, u mbagħad sar kelliem għall-Kumitat Nazzjonali għas-Salvazzjoni tal-Poplu (Comité national pour le salut du peuple, CNSP). Fis-16 ta’ Ottubru 2024, Ismaël Wagué ġie promoss għall-grad ta’ Logutenent Ġeneral 3 stilel mill-Kunsill tal-Ministri tal-Mali. Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Bħala Ministru għar-Rikonċiljazzjoni fil-Gvern ta’ Tranżizzjoni minn Ottubru 2020, Ismaël Wagué kien inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu f’Ottubru 2021 u n-nuqqas ta’ qbil perpetwu tiegħu mal-membri tal-Qafas Strateġiku Permanenti (Cadre Stratégique Permanent, CSP), huwa kkontribwixxa għall-imblukkar tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali (Comité de suivi de l’accord, CSA), li wassal għas-sospensjoni tal-laqgħat tas-CSA minn Ottubru 2021 sa Settembru 2022. Dik is-sitwazzjoni xekklet l-implimentazzjoni ta’ dak il-Ftehim, li kien wieħed mill-missjonijiet tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, kif previst fl-Artikolu 2 tal-Karta ta’ Tranżizzjoni. Fil-25 ta’ Jannar 2024, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ddenunzja l-Ftehim ta’ Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali u ddikjara t-terminazzjoni immedjata tiegħu. Minn dik id-data, kien hemm żieda sinifikanti fir-restrizzjonijiet awtoritarji imposti mill-Gvern ta’ Tranżizzjoni. Il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Ismaël Wagué) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, u qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali. 4.2.2022 4. MAÏGA, Ibrahim Ikassa Post tat-twelid: Tondibi, Gao region, Mali Data tat-twelid: 5.2.1971 Nazzjonalità: Mali Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali Sess: raġel Pożizzjoni: eks Ministru għar-Rifondazzjoni Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin - Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni biex jitneħħa l-President Keita. Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021 sa Novembru 2024, Ibrahim Ikassa Maïga kien fdat bl-ippjanar tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR) imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maïga. Anke wara li ġie sostitwit fir-rwol tiegħu fil-gvern, Ibrahim Ikassa Maïga esprima ruħu politikament u f’solidarjetà mal-gvern tal-Mali, u wera li għadu jżomm rabtiet mill-qrib miegħu. Kuntrarju għall-iskeda ta’ żmien għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) f’konformità mal-Karta ta’ Tranżizzjoni, l-ARN tħabbru mill-Gvern ta’ Tranżizzjoni bħala proċess ta’ qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta’ Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u kien hemm dewmien fl-elezzjonijiet. L-ANR, li eventwalment saru f’Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta’ żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Diċembru 2025, biex b’hekk l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. Wara skeda ta’ żmien riveduta ppreżentata f’Ġunju 2022, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Marzu 2024, fil-21 ta’ Settembru 2023 il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ħabbar posponiment ulterjuri tal-elezzjonijiet. Fil-25 ta’ Jannar 2024, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ddenunzja l-Ftehim ta’ Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali u ddikjara t-terminazzjoni immedjata tiegħu. Minn dik id-data, kien hemm żieda sinifikanti fir-restrizzjonijiet awtoritarji imposti mill-Gvern ta’ Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS issottolinjat li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Bħala eks Ministru, kofundatur ta’ Espoir Mali Koura u kofundatur ta’ M5-RFP (Mouvement du 5 juin – Rassemblement des forces patriotiques), Ibrahim Ikassa Maïga għadu sostenitur influwenti u vokali tal-ġunta tal-Mali. Bid-dikjarazzjonijiet pubbliċi tiegħu, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b’mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. 4.2.2022 6. Ivan Aleksandrovitch MASLOV Иван Александрович МАСЛОВ Data tat-twelid: 11.7.1982 jew 3.1.1980 Post tat-twelid: Arkhangelsk / Chuguevka village, Chuguev district, Primorsky territory Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Funzjoni: eks Kap tal-Wagner Group fil-Mali Indirizz: Mhux magħruf, irreġistrat fil-belt ta’ Shatki, fir-reġjun ta’ Nizhni Novgorod skont All eyes on Wagner Ivan Aleksandrovitch Maslov kien il-kap tal-Wagner Group fil-Mali, li l-preżenza tiegħu fil-pajjiż kibret mill-aħħar tal-2021. Il-Wagner Group irtira mill-Mali f’Ġunju 2025 u ġie sostitwit mill-Africa Corps, u dan tal-aħħar allegatament reġa’ integra l-biċċa l-kbira tal-persunal Russu ta’ Wagner. Il-preżenza ta’ Wagner fil-Mali ħolqot theddida għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż. B’mod partikolari, il-merċenarji ta’ Wagner kienu involuti f’atti ta’ vjolenza u abbużi multipli tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mali, inkluż qtil extraġudizzjarju, bħall-massakru ta’ Moura fl-aħħar ta’ Marzu 2022. Bħala l-eks kap lokali tal-Wagner Group, Ivan Maslov huwa għalhekk responsabbli għall-azzjonijiet tal-Wagner Group li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, b’mod partikolari l-involviment f’atti ta’ vjolenza u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. 25.2.2023
B.
Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmijin fl-Artikolu 2(1): Isem Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar “1. DIAW, Malick Post tat-twelid: Ségou Data tat-twelid: 2.12.1979 Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: B0722922 validu sat-13.8.2018 Sess: raġel Pożizzjoni: President tal-Kunsill Tranżizzjonali Nazzjonali (organu leġiżlattiv tat-tranżizzjoni politika tal-Mali), Logutenent Ġeneral Malick Diaw huwa membru ewlieni taċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta. Bħala kap kmandant tat-tielet reġjun militari ta’ Kati, kien wieħed mill-istigaturi u l-mexxejja tal-kolp ta’ stat tat-18 ta’ Awwissu 2020 flimkien mal-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué, il-Kurunell Assimi Goïta, il-Kurunell Sadio Camara u l-Kurunell Modibo Koné. Għaldaqstant Malick Diaw huwa responsabbli għal azzjonijiet jew politiki li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Malick Diaw huwa wkoll attur ewlieni fil-kuntest tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, bħala l-President tal-Kunsill tat-Tranżizzjoni Nazzjonali (CNT) minn Diċembru 2020. Fis-16 ta’ Ottubru 2024, Malick Diaw ġie promoss għall-grad ta’ Logutenent Ġeneral 3 stilel mill-Kunsill tal-Ministri tal-Mali. Is-CNT naqas milli jikseb riżultati fil-ħin fuq il-missjonijiet imnaqqxa fil-Karta tat-Tranżizzjoni tal-1 ta’ Ottubru 2020 (Karta tat-Tranżizzjoni) u li suppost kellhom jitlestew fi żmien 18-il xahar, kif jidher mid-dewmien tas-CNT biex jadotta l-abbozz tal-liġi elettorali. Dak id-dewmien ikkontribwixxa għad-dewmien fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u b’hekk għat-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Barra minn hekk, l-abbozz ta’ liġi elettorali l-ġdid, kif eventwalment adottat mis-CNT fis-17 ta’ Ġunju 2022 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika tal-Mali fl-24 ta’ Ġunju 2022, jippermetti lill-President tat-Tranżizzjoni u lill-Viċi President tat-Tranżizzjoni u lill-membri tal-Gvern ta’ Tranżizzjoni jkunu kandidati għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi, f’kontradizzjoni mal-Karta ta’ Tranżizzjoni. Malick Diaw ippresieda s-sessjoni li fit-3 ta’ Lulju 2025 approvat ir-reviżjoni tal-Karta tat-Tranżizzjoni li tagħti lil Assimi Goïta mandat rinnovabbli ta’ ħames snin mingħajr elezzjonijiet. Ir-reviżjoni tal-Karta tat-Tranżizzjoni tikkonsolida l-pożizzjoni ta’ Assimi Goïta u s-setgħat tal-ġunta billi ma tipprevedix obbligu immedjat li jsiru elezzjonijiet. Il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Malick Diaw) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant, Malick Diaw qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. 4.2.2022 2. WAGUÉ, Ismaël Post tat-twelid: Bamako Data tat-twelid: 2.3.1975 Nazzjonalità: Mali Numru tal-passaport: passaport diplomatiku AA0193660 validu sal-15.2.2023 Sess: raġel Pożizzjoni: Ministru għar-Rikonċiljazzjoni, Logutenent Ġeneral Il-Kurunell Maġġur Ismaël Wagué huwa membru ewlieni fiċ-ċirku intern tal-Kurunell Assimi Goïta u kien wieħed mill-atturi ewlenin responsabbli għall-kolp ta’ stat tat-18 ta’ Awwissu 2020, flimkien mal-Kurunell Goïta, il-Kurunell Sadio Camara, il-Kurunell Modibo Koné u l-Kurunell Malick Diaw. Fid-19 ta’ Awwissu 2020, huwa ħabbar li l-armata kienet ħadet il-poter f’idejha, u mbagħad sar kelliem għall-Kumitat Nazzjonali għas-Salvazzjoni tal-Poplu (Comité national pour le salut du peuple, CNSP). Fis-16 ta’ Ottubru 2024, Ismaël Wagué ġie promoss għall-grad ta’ Logutenent Ġeneral 3 stilel mill-Kunsill tal-Ministri tal-Mali. Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali. Bħala Ministru għar-Rikonċiljazzjoni fil-Gvern ta’ Tranżizzjoni minn Ottubru 2020, Ismaël Wagué kien inkarigat mill-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali. Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu f’Ottubru 2021 u n-nuqqas ta’ qbil perpetwu tiegħu mal-membri tal-Qafas Strateġiku Permanenti (Cadre Stratégique Permanent, CSP), huwa kkontribwixxa għall-imblukkar tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ tal-Ftehim għall-Paċi u r-Rikonċiljazzjoni fil-Mali (Comité de suivi de l’accord, CSA), li wassal għas-sospensjoni tal-laqgħat tas-CSA minn Ottubru 2021 sa Settembru 2022. Dik is-sitwazzjoni xekklet l-implimentazzjoni ta’ dak il-Ftehim, li kien wieħed mill-missjonijiet tat-tranżizzjoni politika tal-Mali, kif previst fl-Artikolu 2 tal-Karta ta’ Tranżizzjoni. Fil-25 ta’ Jannar 2024, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ddenunzja l-Ftehim ta’ Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali u ddikjara t-terminazzjoni immedjata tiegħu. Minn dik id-data, kien hemm żieda sinifikanti fir-restrizzjonijiet awtoritarji imposti mill-Gvern ta’ Tranżizzjoni. Il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Ismaël Wagué) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Għaldaqstant Ismaël Wagué huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, u qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali. 4.2.2022 4. MAÏGA, Ibrahim Ikassa Post tat-twelid: Tondibi, Gao region, Mali Data tat-twelid: 5.2.1971 Nazzjonalità: Mali Numru tal-Passaport: passaport diplomatiku maħruġ mill-Mali Sess: raġel Pożizzjoni: eks Ministru għar-Rifondazzjoni Ibrahim Ikassa Maïga huwa membru tal-kumitat strateġiku tal-M5-RFP (Mouvement du 5 juin - Rassemblement des forces patriotiques), li kellu rwol ewlieni biex jitneħħa l-President Keita. Bħala Ministru għar-Rifondazzjoni minn Ġunju 2021 sa Novembru 2024, Ibrahim Ikassa Maïga kien fdat bl-ippjanar tal-Konsultazzjonijiet Nazzjonali għar-Rifondazzjoni (Assises nationales de la Refondation, ANR) imħabbra mill-Prim Ministru Choguel Maïga. Anke wara li ġie sostitwit fir-rwol tiegħu fil-gvern, Ibrahim Ikassa Maïga esprima ruħu politikament u f’solidarjetà mal-gvern tal-Mali, u wera li għadu jżomm rabtiet mill-qrib miegħu. Kuntrarju għall-iskeda ta’ żmien għar-riforma u l-elezzjonijiet maqbula preċedentement mal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) f’konformità mal-Karta ta’ Tranżizzjoni, l-ARN tħabbru mill-Gvern ta’ Tranżizzjoni bħala proċess ta’ qabel ir-riforma u prekundizzjoni għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet skedati għas-27 ta’ Frar 2022. Kif imħabbar minn Choguel Maïga, l-ANR imbagħad ġew posposti diversi drabi u kien hemm dewmien fl-elezzjonijiet. L-ANR, li eventwalment saru f’Diċembru 2021, kienu bbojkottjati minn diversi partijiet ikkonċernati. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-ARN, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ppreżenta skeda ta’ żmien ġdida li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Diċembru 2025, biex b’hekk l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni jkunu jistgħu jibqgħu fil-poter għal aktar minn ħames snin. Wara skeda ta’ żmien riveduta ppreżentata f’Ġunju 2022, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet presidenzjali f’Marzu 2024, fil-21 ta’ Settembru 2023 il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ħabbar posponiment ulterjuri tal-elezzjonijiet. Fil-25 ta’ Jannar 2024, il-Gvern ta’ Tranżizzjoni ddenunzja l-Ftehim ta’ Paċi u Rikonċiljazzjoni fil-Mali u ddikjara t-terminazzjoni immedjata tiegħu. Minn dik id-data, kien hemm żieda sinifikanti fir-restrizzjonijiet awtoritarji imposti mill-Gvern ta’ Tranżizzjoni. L-ECOWAS adottat sanzjonijiet individwali kontra l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni (inkluż Ibrahim Ikassa Maïga) f’Novembru 2021 għad-dewmien tagħhom fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-tlestija tat-tranżizzjoni politika tal-Mali. L-ECOWAS issottolinjat li l-Awtoritajiet ta’ Tranżizzjoni użaw il-ħtieġa li jimplimentaw riformi bħala pretest biex jiġġustifikaw l-estensjoni tat-tranżizzjoni politika tal-Mali u biex iżommu lilhom infushom fil-poter mingħajr elezzjonijiet demokratiċi. Fit-3 ta’ Lulju 2022, l-ECOWAS iddeċidiet li żżomm dawk is-sanzjonijiet individwali. Bħala eks Ministru, kofundatur ta’ Espoir Mali Koura u kofundatur ta’ M5-RFP (Mouvement du 5 juin – Rassemblement des forces patriotiques), Ibrahim Ikassa Maïga għadu sostenitur influwenti u vokali tal-ġunta tal-Mali. Bid-dikjarazzjonijiet pubbliċi tiegħu, Ibrahim Ikassa Maïga qed jostakola u jdgħajjef it-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika fil-Mali, b’mod partikolari billi jostakola u jdgħajjef l-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet u t-trasferiment tal-poter lil awtoritajiet eletti. 4.2.2022 6. Ivan Aleksandrovitch MASLOV Иван Александрович МАСЛОВ Data tat-twelid: 11.7.1982 jew 3.1.1980 Post tat-twelid: Arkhangelsk / Chuguevka village, Chuguev district, Primorsky territory Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Funzjoni: eks Kap tal-Wagner Group fil-Mali Indirizz: Mhux magħruf, irreġistrat fil-belt ta’ Shatki, fir-reġjun ta’ Nizhni Novgorod skont All eyes on Wagner Ivan Aleksandrovitch Maslov huwa l-kap tal-Wagner Group fil-Mali, li l-preżenza tiegħu fil-pajjiż kibret mill-aħħar tal-2021. Il-Wagner Group irtira mill-Mali f’Ġunju 2025 u ġie sostitwit mill-Africa Corps, u dan tal-aħħar allegatament reġa’ integra l-biċċa l-kbira tal-persunal Russu ta’ Wagner. Il-preżenza ta’ Wagner fil-Mali ħolqot theddida għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż. B’mod partikolari, il-merċenarji ta’ Wagner kienu involuti f’atti ta’ vjolenza u abbużi multipli tad-drittijiet tal-bniedem fil-Mali, inkluż qtil extraġudizzjarju, bħall-massakru ta’ Moura fl-aħħar ta’ Marzu 2022. Bħala l-ex kap lokali tal-Wagner Group, Ivan Maslov huwa għalhekk responsabbli għall-azzjonijiet tal-Wagner Group li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mali, b’mod partikolari l-involviment f’atti ta’ vjolenza u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. 25.2.2023