Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/607 tat-27 ta’ Marzu 2025 dwar il-ħatra tal-Viċi President u ta’ żewġ membri full-time tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/607@2025-03-28/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u b’mod partikolari l-Artikolu 56(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) Fil-15 ta’ Jannar 2025, wara li semgħet lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (il-Bord) fis-sessjoni plenarja tagħha, il-Kummissjoni adottat listi mqassra ta’ kandidati għall-ħatra tal-Viċi President u ta’ żewġ membri full-time tal-Bord u pprovdiethom lill-Parlament Ewropew.Il-Kunsill ġie infurmat bil-listi mqassra fl-istess jum.
(2) Skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mandat tal-Viċi President u tal-membri full-time tal-Bord għandu jkun 5 snin.
(3) Fid-19 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni adottat proposta għall-ħatra tas-Sur Miguel CARCAÑO SAENZ CENZANO bħala l-Viċi President tal-Bord u tas-Sinjura Slavka ELEY u tas-Sur Radek URBAN bħala membri full-time tal-Bord (il-proposta), u ppreżent il-proposta lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni.
(4) Fil-11 ta’ Marzu 2025, il-Parlament Ewropew approva din il-proposta,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-Sur Miguel CARCAÑO SAENZ CENZANO huwa b’dan maħtur bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għal mandat ta’ ħames snin mill-1 ta’ April 2025.
2. Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura bħala membri full-time tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għal mandat ta’ ħames snin mill-1 ta’ April 2025:
Ms Slavka ELEY,
Is-Sur Radek URBAN.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-27 ta’ Marzu 2025. Għall-Kunsill Il-President P. Hennig-Kloska