Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2026/1060 tal-5 ta’ Mejju 2026 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2026/310 (EUNAVFOR ATALANTA/2/2026)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2026/1060@2026-05-05/mt
Contents
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, li tipprevedi operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA).
(2) Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR ATALANTA (il-Kmandant tal-Forza tal-UE).
(3) Fit-3 ta’ Frar 2026, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/310, li taħtar lill-Viċi Ammirall Daniele Paolo Maria MARTINUZZI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE mill-20 ta’ Frar 2026.
(4) Fil-11 ta’ Frar 2026, l-awtoritajiet militari Spanjoli pproponew il-ħatra tal-Viċi Ammirall Francisco Javier VÁZQUEZ SANZ biex jieħu post il-Viċi Ammirall Daniele Paolo Maria MARTINUZZI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE (il-ħatra proposta) mill-10 ta’ Ġunju 2026.
(5) Fis-16 ta’ Marzu 2026, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE ta’ EUNAVFOR ATALANTA appoġġa l-ħatra proposta.
(6) Fl-20 ta’ Marzu 2026, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-Viċi Ammirall Francisco Javier VÁZQUEZ SANZ jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.
(7) Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall Francisco Javier VÁZQUEZ SANZ bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.
(8) Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2026/310 titħassar,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-Viċi Ammirall Francisco Javier VÁZQUEZ SANZ huwa maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) mill-10 ta’ Ġunju 2026.
Artikolu 2 Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/310 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Ġunju 2026.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2026. Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Il-President P. Mavrikios