Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1322 tal-4 ta’ Ġunju 2026 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet (Linja baġitarja 07 20 03 01 — Sigurtà Soċjali) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2026/1322@2026-06-04/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 46 u 48, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.
(2) Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet.
(3) Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi l-migranti minn pajjiżi terzi.
(4) Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet, jiġi emendat kif xieraq.
(5) Għaldaqstant huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ġunju 2026. Għall-Kunsill Il-President C. Fitiris
ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru … ta’ … li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet
Txt. 1. IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Cit. 1. Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu, Txt. 2. Billi: Rec. 1. Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi. Rec. 2. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat biex tkun tista’ ssir din il-kooperazzjoni estiża mill-1 ta’ Jannar 2026, Txt. 3. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Art. 001. Fil-paragrafi 5 u 14 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem is-snin finanzjarji 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 jiġu sostitwiti bil-kliem is-snin finanzjarji 2021, 2022, 2023, 2024, 2025, 2026 u 2027. Art. 002. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026. Art. 003. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE. Txt. 4. Magħmul fi …, … Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Is-Segretarji Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni ta’ skemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi.
(2) Għaldaqstant jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat biex tkun tista’ ssir din il-kooperazzjoni estiża mill-1 ta’ Jannar 2026,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Fil-paragrafi 5 u 14 tal-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem is-snin finanzjarji 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 jiġu sostitwiti bil-kliem is-snin finanzjarji 2021, 2022, 2023, 2024, 2025, 2026 u 2027.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2026.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi …, … Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Is-Segretarji Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE