Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1558 tad-29 ta’ Ġunju 2026 li taħtar seba’ membri u tmien membri supplenti, proposti mir-Renju tad-Danimarka, fil-Kumitat tar-Reġjuni

In forceVersion 2026-06-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2026/1558@2026-06-29/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2) Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/71, li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030.

(3) Konsegwentement għar-riżenji tas-Sur Bent GRAVERSEN, is-Sur Kasper Egede GLYNGØ, is-Sa Kirsten Maria Meyer JENSEN, is-Sur Karsten Søndergaard NIELSEN, u s-Sa Hanne ROED, u għat-tmiem tal-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Erik FLYVHOLM u s-Sur Karsten Uno PETERSEN, saru vakanti s-siġġijiet ta’ seba’ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4) Konsegwentement għar-riżenji tas-Sa Anne MADSEN u s-Sur Thomas ROHDEN, u għat-tmiem tal-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġew proposti għall-ħatra s-Sur Jens Christian GJESING, is-Sur Henrik Gottlieb HANSEN, is-Sur Tage LEEGAARD, u s-Sur Mads SØRENSEN, saru vakanti s-siġġijiet ta’ sitt membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5) Konsegwentement għall-ħatra tas-Sa Line Krogh LAY u s-Sur Piet Papageorge TIMMERMANN bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isiru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti.

(6) Il-Gvern Daniż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030: is-Sa Kirsten Morild Vincent ANDERSEN, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Nordjylland (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tat-Tramuntana tad-Danimarka), is-Sa Helle GADE, Borgmester, Silkeborg Kommune (Sindku, Muniċipalità ta’ Silkeborg), is-Sa Sofie Wagner Lærkesen HOLM, Regionsrådsmedlem, Region Østdanmark (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tal-Lvant tad-Danimarka), is-Sa Pernelle JENSEN, Regionsrådsmedlem, Region Syddanmark (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar tad-Danimarka), is-Sa Line Krogh LAY, Kommunalbestyrelsesmedlem, Stevns Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Stevns), is-Sur Søren SMALBRO, Borgmester, Hjørring Kommune (Sindku, Muniċipalità ta’ Hjørring), u s-Sur Papageorge TIMMERMANN, Kommunalbestyrelsesmedlem, Glostrup Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Glostrup).

(7) Il-Gvern Daniż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030: is-Sur Torben Ringe CHRISTENSEN, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Nordjylland (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tat-Tramuntana tad-Danimarka), is-Sa Purnima ERICHSEN, Regionsrådsmedlem, Region Midtjylland (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tad-Danimarka Ċentrali), is-Sur Syed Irfan Munawar GILANI, Regionsrådsmedlem, Region Østdanmark (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tal-Lvant tad-Danimarka), is-Sur Bent HANSEN, Kommunalbestyrelsesmedlem, Gribskov Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Gribskov), is-Sur Salah Nuuradiin HUSSEIN, Kommunalbestyrelsesmedlem, Aalborg Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Aalborg), is-Sa Kirsten Maria Meyer JENSEN, Kommunalbestyrelsesmedlem, Hillerød Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Hillerød), is-Sur Michael NEDERSØE, Kommunalbestyrelsesmedlem, Horsens Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Horsens), is-Sa Pernille Skaaning SYLVEST, Kommunalbestyrelsesmedlem, Køge Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Køge),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali jew lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030:

Artikolu 1

(a) bħala membri: u

is-Sa Kirsten Morild Vincent ANDERSEN, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Nordjylland (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tat-Tramuntana tad-Danimarka),

is-Sa Helle GADE, Borgmester, Silkeborg Kommune (Sindku, Muniċipalità ta’ Silkeborg),

is-Sa Sofie Wagner Lærkesen HOLM, Regionsrådsmedlem, Region Østdanmark (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tal-Lvant tad-Danimarka),

is-Sa Pernelle JENSEN, Regionsrådsmedlem, Region Syddanmark (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar tad-Danimarka),

is-Sa Line Krogh LAY, Kommunalbestyrelsesmedlem, Stevns Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Stevns),

is-Sur Søren SMALBRO, Borgmester, Hjørring Kommune (Sindku, Muniċipalità ta’ Hjørring), u

is-Sur Piet Papageorge TIMMERMANN Kommunalbestyrelsesmedlem, Glostrup Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Glostrup),

(b) bħala membri supplenti:

is-Sur Torben Ringe CHRISTENSEN, Regionsrådsmedlem, Regionsrådet, Region Nordjylland (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tat-Tramuntana tad-Danimarka),

is-Sa Purnima Erichsen, Regionsrådsmedlem, Region Midtjylland (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tad-Danimarka Ċentrali),

is-Sur Syed Irfan Munawar GILANI, Regionsrådsmedlem, Region Østdanmark (Kunsillier Reġjonali, Kunsill Reġjonali tal-Lvant tad-Danimarka),

is-Sur Bent HANSEN, Kommunalbestyrelsesmedlem, Gribskov Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Gribskov),

is-Sur Salah Nuuradiin HUSSEIN, Kommunalbestyrelsesmedlem, Aalborg Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Aalborg),

is-Sa Kirsten Maria Meyer JENSEN, Kommunalbestyrelsesmedlem, Hillerød Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Hillerød),

is-Sur Michael NEDERSØE, Kommunalbestyrelsesmedlem, Horsens Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Horsens), u

is-Sa Pernille Skaaning SYLVEST, Kommunalbestyrelsesmedlem, Køge Kommune (Membru tal-Kunsill, Muniċipalità ta’ Køge).

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ġunju 2026. Għall-Kunsill Il-President M. Moushouttas

Versions

  1. 2026-06-29