Gelex

Deċiżjoni (UE) 2026/1809 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2026 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija fir-rigward tal-għargħar fl-aħħar ta’ Mejju 2025, lil Ċipru wara n-nirien fis-selvaġġ f’Lulju 2025 u lil Spanja wara n-nirien fis-selvaġġ f’Awwissu 2025

In forceVersion 2026-07-08
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2026/1809@2026-07-08/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027, u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda, u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-Fond) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni twieġeb b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali reġjonali jew kbar jew minn emerġenza kbira tas-saħħa pubblika.

(2) Il-Fond ma għandux jaqbeż il-limiti massimi kif stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765.

(3) Fl-14 ta’ Awwissu 2025, ir-Rumanija ressqet applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond wara l-għargħar fl-aħħar ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju 2025.

(4) Fl-14 ta’ Ottubru 2025, Ċipru ressaq applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond wara n-nirien fis-selvaġġ f’Lulju 2025.

(5) Fit-30 ta’ Ottubru 2025, Spanja ressqet applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond wara n-nirien fis-selvaġġ f’Awwissu 2025.

(6) Dawk l-applikazzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

(7) Għalhekk, jenħtieġ li l-Fond jiġi mobilizzat sabiex jagħti kontribuzzjoni finanzjarja lir-Rumanija, lil Ċipru u lil Spanja.

(8) Sabiex jiġi żgurat li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tkun tista’ titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri milquta malajr kemm jista’ jkun u biex jiġi evitat kwalunkwe dewmien fil-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2026, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament b’rabta mad-diżastri naturali:

Artikolu 1

(a) l-ammont ta’ EUR 14339675 għandu jingħata lir-Rumanija wara l-għargħar fl-aħħar ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju 2025;

(b) l-ammont ta’ EUR 9209223 għandu jingħata lil Ċipru wara n-nirien fis-selvaġġ f’Lulju 2025;

(c) l-ammont ta’ EUR 120550858 għandu jingħata lil Spanja fir-rigward tan-nirien fis-selvaġġ f’Awwissu 2025.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mit-8 ta’ Lulju 2026.

Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Lulju 2026. Għall-Parlament Ewropew Il-President R. Metsola Għall-Kunsill Il-President T. Byrne

Versions

  1. 2026-07-08