Gelex

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2026/1886 tas-16 ta’ Lulju 2026 dwar il-ħatra tal-kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2026/58 (EUSDI/1/2026)

In forceVersion 2026-07-16from 2026-07-27
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2026/1886@2026-07-16/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1599 tat-3 ta’ Awwissu 2023 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea, u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (l-Inizjattiva). Barra minn hekk, il-Kunsill awtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ.

(2) Fis-16 ta’ Diċembru 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/58 li taħtar lill-Kurunell Emilio Asensio BAUTISTA MARTÍNEZ bħala kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva mid-9 ta’ Jannar 2026.

(3) Fit-8 ta’ Ġunju 2026, l-awtoritajiet militari tan-Netherlands ipproponew il-ħatra tal-Kaptan André (Annius) VAN DER KAMP bħala kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva (il-ħatra proposta).

(4) Fis-16 ta’ Ġunju 2026, il-Kmandant Militari għall-pilastru militari tal-Inizjattiva appoġġa l-ħatra proposta.

(5) Fit-23 ta’ Ġunju 2026, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u rrakkomanda li l-KPS japprovaha.

(6) Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kaptan André (Annius) VAN DER KAMP bħala kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva mis-27 ta’ Lulju 2026.

(7) Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2026/58 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-Kaptan André (Annius) VAN DER KAMP huwa maħtur kap taċ-ċellola militari ta’ kmand u appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea mis-27 ta’ Lulju 2026.

Artikolu 2 Id-Deċiżjoni (PESK) 2026/58 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2026.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2026. Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Il-President L. Mandel Vensild

Versions

  1. 2026-07-16