Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/2015 tal-4 ta’ Settembru 2026 li temenda u tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1586 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2026/2015@2026-09-04/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tagħha,
Billi:
(1) F’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/42/KE, il-makkinarju manifatturat f’konformità mal-istandards armonizzati, jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.
(2) Bl-ittra M/396 tad-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) (l-ewwel talba) biex jiġu abbozzati, jiġu riveduti u jitlestew standards armonizzati li jappoġġaw id-Direttiva 2006/42/KE biex jitqiesu l-bidliet li daħħlet dik id-Direttiva meta mqabbla mad-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(3) Barra minn hekk, bl-ittra M/471 tad-29 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni għamlet talba oħra lis-CEN (it-tieni talba), biex jiġu abbozzati, jiġu riveduti u jitlestew standards armonizzati li jappoġġaw id-Direttiva 2006/42/KE biex jitqiesu l-emendi u ż-żidiet li daħħlet id-Direttiva 2009/127/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mar-rekwiżiti essenzjali dwar il-protezzjoni tal-ambjent li magħhom, speċifikament, irid jikkonforma wkoll il-makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi.
(4) Abbażi tal-ewwel talba, is-CEN u s-CENELEC abbozzaw l-istandards armonizzati l-ġodda li ġejjin li jkopru d-dispożizzjonijiet tas-sikurezza: EN 81-42:2025, EN 415-4:2025, EN ISO 3991:2025, EN ISO 4254-20:2025, EN ISO 8437-1:2021 u l-emenda tiegħu, EN ISO 8437-1:2021/A1:2026, EN ISO 8437-2:2021 u l-emenda tiegħu, EN ISO 8437-2:2021/A1:2026, EN ISO 8437-3:2021 u l-emenda tiegħu, EN ISO 8437-3:2021/A1:2026, EN ISO 8437-4:2021 u l-emenda tiegħu, EN ISO 8437-4:2021/A1:2026, EN 17657:2025, EN 17969:2026, EN 50374:2025 u l-emenda tiegħu, EN 50374:2025/A1:2025, EN ISO/ASTM 52938-1:2025, EN IEC 60335-2-34:2023 u l-emendi tiegħu, EN IEC 60335-2-34:2023/A11:2023 u EN IEC 60335-2-34:2023/A12:2025, EN 60335-2-38:2003 u l-korrezzjoni tiegħu, EN 60335-2-38:2003/AC:2007, u l-emendi tiegħu, EN 60335-2-38:2003/A1:2008, EN 60335-2-38:2003/A2:2024 u EN 60335-2-38:2003/A11:2024, EN IEC 62841-2-7:2024 u l-emenda tiegħu, EN IEC 62841-2-7:2024/A11:2024, u l-korrezzjoni tiegħu, EN IEC 62841-2-7:2024/AC:2025-07, kif ukoll EN IEC 62841-3-16:2026 u l-emenda tiegħu, EN IEC 62841-3-16:2026/A11:2026.
(5) Abbażi tat-talba, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1586: EN 81-3:2000+A1:2008 u l-korrezzjoni tiegħu, EN 81-3:2000+A1:2008/AC:2009, EN 869:2006+A1:2009, EN 1175:2020, EN 1248:2001+A1:2009, EN ISO 3744:2010, EN ISO 8528-13:2016, EN ISO 10218-1:2011, EN ISO 10218-2:2011, EN ISO 11680-1:2021, EN ISO 11680-2:2021, EN 12312-1:2013, EN 12622:2009+A1:2013, EN 12693:2008, EN 13001-3-5:2016+A1:2021, EN 13288:2005+A1:2009, EN ISO 13855:2010, EN ISO 14119:2013, EN ISO 16089:2015, EN 16474:2015, EN ISO 18497:2018, EN ISO 19085-4:2018, EN ISO 19085-5:2017, EN ISO 19085-6:2017, EN ISO 19085-7:2019, EN ISO 19085-8:2018, EN ISO 19085-9:2020, EN ISO 19085-11:2020, EN ISO 19085-12:2021 u l-emenda tiegħu, EN ISO 19085-12:2021/A11:2023, EN ISO 19085-13:2020, EN ISO 19085-15:2021, EN ISO 19932-1:2013, EN ISO 19932-2:2013, EN ISO 28139:2009, EN 50434:2014 soġġett għal restrizzjoni, EN 50580:2012 u l-emenda tiegħu, EN 50580:2012/A1:2013, EN 50636-2-91:2014, EN 50636-2-100:2014, EN 60335-2-40:2003 u l-korrezzjonijiet tiegħu, EN 60335-2-40:2003/AC:2006, EN 60335-2-40:2003/AC:2010 u EN 60335-2-40:2003/A13:2012/AC:2013 u l-emendi tiegħu, EN 60335-2-40:2003/A11:2004, EN 60335-2-40:2003/A12:2005, EN 60335-2-40:2003/A1:2006, EN 60335-2-40:2003/A2:2009 u EN 60335-2-40:2003/A13:2012, EN 60335-2-58:2005 u l-emendi tiegħu, EN 60335-2-58:2005/A2:2015 u EN 60335-2-58:2005/A12:2016, EN 60745-2-12:2009, EN 60745-2-18:2009, EN 60745-2-19:2009 u l-emenda tiegħu, EN 60745-2-19:2009/A1:2010, EN 60745-2-20:2009, u EN 60745-2-22:2011 u l-emenda tiegħu, EN 60745-2-22:2011/A11:2013. Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 81-30:2025,EN ISO 23063:2025, EN 1175:2025, EN ISO 23779:2025, EN ISO 3744:2026, EN ISO 8528-13:2026, EN ISO 10218-1:2025, EN ISO 10218-2:2025, EN ISO 11680:2025, EN 12312-1:2024, EN ISO 6909:2026, EN 12693:2026, EN ISO 13855:2024, EN 13001-3-5:2025, EN 13288:2025, EN ISO 13855:2024, EN ISO 14119:2025 u l-emenda tiegħu, EN ISO 14119/A11:2026, EN ISO 16089:2025, EN 16474:2025, EN ISO 18497-1:2024, EN ISO 18497-2:2024, EN ISO 18497-3:2024, EN ISO 18497-4:2024, EN ISO 19085-4:2024, EN ISO 19085-5:2024, EN ISO 19085-6:2024, EN ISO 19085-7:2024, EN ISO 19085-8:2024, EN ISO 19085-9:2024, EN ISO 19085-11:2024, EN ISO 19085-12:2024, EN ISO 19085-13:2025, EN ISO 19085-15:2025, EN ISO 19932-1:2025, EN ISO 19932-2:2025, EN ISO 28139:2021 u l-emenda tiegħu, EN ISO 28139:2021/A1:2024, EN IEC 62841-4-8:2025, EN IEC 62841-2-7:2024 u l-emenda u l-korrezzjoni tiegħu, EN IEC 62841-2-7:2024/A11:2024 u EN IEC 62841-2-7:2024/AC:2025-07, EN IEC 62841-4-4:2026 u l-emendi tiegħu, EN IEC 62841-4-4:2026/A1:2026 u EN IEC 62841-4-4:2026/A11:2026, EN IEC 62841-4-6:2024 u l-emenda u l-korrezzjoni tiegħu, EN IEC 62841-4-6:2024/A11:2024 u EN IEC 62841-4-6:2024/AC:2026-06, EN IEC 60335-2-40:2024 u l-emenda tiegħu, EN IEC 60335-2-40:2024/A11:2024, EN IEC 60335-2-58:2025 u l-emenda tiegħu, EN IEC 60335-2-58:2025/A11:2025, EN IEC 62841-2-12:2024 u l-emenda u l-korrezzjoni tiegħu, EN IEC 62841-2-12:2024/A11:2024 u EN IEC 62841-2-12:2024/AC:2025-11, EN IEC 62841-2-18:2026 u l-emenda tiegħu, EN IEC 62841-2-18:2026/A11:2026, EN IEC 62841-2-19:2025 u l-emenda tiegħu, EN IEC 62841-2-19:2025/A11:2025, EN IEC 62841-2-20:2025 u l-emenda tiegħu, EN IEC 62841-2-20:2025/A11:2025, u EN IEC 62841-2-22:2025 u l-emenda tiegħu, EN IEC 62841-2-22:2025/A11:2025.
(6) Barra minn hekk, abbażi tal-ewwel talba, is-CENELEC emenda EN ISO 4254-7:2017, EN IEC 62061:2021, EN IEC 62841-2-6:2020 u l-emenda tiegħu EN IEC 62841-2-6:2020/A11:2020, kif ukoll EN 62841-2-11:2016 u l-emenda tiegħu EN 62841-2-11:2016/A1:2020 soġġett għal restrizzjoni, li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586.
(7) Abbażi tat-tieni talba, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati l-ġodda EN ISO 3991:2025, EN ISO 4254-20:2025, kif ukoll EN 17745:2025.
(8) Abbażi tal-ewwel talba, is-CEN irreveda l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586: EN ISO 19932-1:2013, EN ISO 19932-2:2013, kif ukoll EN ISO 28139:2009. Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN ISO 19932-1:2025, EN ISO 19932-2:2025, u EN ISO 28139:2021 u l-emenda tiegħu fih, EN ISO 28139:2021/A1:2024.
(9) Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-CENELEC, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati reviżuri u emendatorji ġodda humiex konformi mat-talbiet rilevanti.
(10) L-istandards armonizzati li ġejjin jissodisfaw l-objettivi tas-sikurezza li huma maħsuba biex ikopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2006/42/KE: EN ISO 3744:2026; EN ISO 13855:2024; EN ISO 14119:2025, kif emendat b’EN ISO 14119/A11:2026; EN IEC 62061:2021, kif emendat b’EN IEC 62061:2021/A1:2024; EN 81-30:2025; EN 81-42:2025; EN 415-4:2025; EN 1175:2025; EN ISO 3991:2025; EN ISO 4254-7:2017, kif emendat b’EN ISO 4254-7/A1:2026; EN ISO 4254-20:2025; EN ISO 6909:2026; EN ISO 8437-1:2021, kif emendat b’EN ISO 8437-1:2021/A1:2026; EN ISO 8437-2:2021, kif emendat b’EN ISO 8437-2:2021/A1:2026; EN ISO 8437-3:2021, kif emendat b’EN ISO 8437-3:2021/A1:2026; EN ISO 8437-4:2021, kif emendat b’EN ISO 8437-4:2021/A1:2026; EN ISO 8528-13:2026; EN ISO 10218-1:2025; EN ISO 10218-2:2025; EN ISO 11680:2025; EN 12312-1:2024; EN 12693:2026; EN 13001-3-5:2025; EN 13288:2025; EN ISO 16089:2025; EN 16474:2025; EN 17657:2025; EN 17745:2025; EN 17969:2026; EN ISO 18497-1:2024; EN ISO 18497-2:2024; EN ISO 18497-3:2024; EN ISO 18497-4:2024; EN ISO 19085-4:2024; EN ISO 19085-5:2024; EN ISO 19085-6:2024; EN ISO 19085-7:2024; EN ISO 19085-8:2024; EN ISO 19085-9:2024; EN ISO 19085-11:2024; EN ISO 19085-12:2024; EN ISO 19085-13:2025; EN ISO 19085-15:2025; EN ISO 19932-1:2025; EN ISO 19932-2:2025; EN ISO 23063:2025; EN ISO 23779:2025; EN ISO 28139:2021, kif emendat b’EN ISO 28139:2021/A1:2024; EN 50374:2025, kif emendat b’EN 50374:2025/A1:2025; EN ISO/ASTM 52938-1:2025; EN IEC 60335-2-34:2023, kif emendat b’EN IEC 60335-2-34:2023/A11:2023 u EN IEC 60335-2-34:2023/A12:2025; EN 60335-2-38:2003, kif ikkoreġut b’EN 60335-2-38:2003/AC:2007 u kif emendat b’EN 60335-2-38:2003/A1:2008, EN 60335-2-38:2003/A2:2024 u EN 60335-2-38:2003/A11:2024; EN IEC 60335-2-40:2024, kif emendat b’EN IEC 60335-2-40:2024/A11:2024; EN IEC 60335-2-58:2025, kif emendat b’EN IEC 60335-2-58:2025/A11:2025; EN IEC 62841-2-6:2020, kif emendat b’EN IEC 62841-2-6:2020/A11:2020 EN IEC 62841-2-6:2020/A1:2024 u EN IEC 62841-2-6:2020/A12:2024 u kif ikkoreġut b’EN IEC 62841-2-6:2020/AC:2024-11; EN IEC 62841-2-7:2024 kif emendat b’EN IEC 62841-2-7:2024/A11:2024 u kif ikkoreġut b’EN IEC 62841-2-7:2024/AC:2025-07; EN 62841-2-11:2016, kif emendat b’EN 62841-2-11:2016/A1:2020 u EN 62841-2-11:2016/A11:2024; EN IEC 62841-2-12:2024, kif emendat b’EN IEC 62841-2-12:2024/A11:2024 u kif ikkoreġut b’EN IEC 62841-2-12:2024/AC:2025-11; EN IEC 62841-2-18:2026, kif emendat b’EN IEC 62841-2-18:2026/A11:2026; EN IEC 62841-2-19:2025, kif emendat b’EN IEC 62841-2-19:2025/A11:2025; EN IEC 62841-2-20:2025, kif emendat b’EN IEC 62841-2-20:2025/A11:2025;EN IEC 62841-2-22:2025, kif emendat b’EN IEC 62841-2-22:2025/A11:2025; EN IEC 62841-2-23:2026, kif emendat b’EN IEC 62841-2-23:2026/A11:2026; EN IEC 62841-3-16:2026, kif emendat b’EN IEC 62841-3-16:2026/A11:2026; EN IEC 62841-4-4:2026, kif emendat b’EN IEC 62841-4-4:2026/A1:2026 u EN IEC 62841-4-4:2026/A11:2026; EN IEC 62841-4-6:2024, kif emendat b’EN IEC 62841-4-6:2024/A11:2024 u kif ikkoreġut b’EN IEC 62841-4-6:2024/AC:2026-06; u EN IEC 62841-4-8:2025, kif emendat b’EN IEC 62841-4-8:2025/A11:2025. Għaldaqstant, ir-referenzi ta’ dawk l-istandards, kif ukoll l-emendi u tal-korrezzjonijiet tagħhom, jixraq jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(11) L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jagħtu preżunzjoni tal-konformità mad-Direttiva 2006/42/KE. Biex ikun żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE jiġu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi tal-istandards armonizzati, flimkien mal-emendi u l-korrezzjonijiet tagħhom, imsemmija fil-premessa preċedenti, jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness.
(12) Barra minn hekk, is-CEN ikkoreġa l-istandards armonizzati EN 13155:2020+A1:2025 u EN 14439:2025. Għalhekk, dawk il-korrezzjonijiet jenħtieġ li jiġu riflessi fit-Tielet Parti tal-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 kif xieraq.
(13) Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.
(14) Peress li d-Direttiva 2006/42/KE titħassar bir-Regolament (UE) 2023/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’effett mill-20 ta’ Jannar 2027, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 jeħtieġ titħassar b’effett minn dik id-data.
(15) Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ dak l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 hi mħassra b’effett mill-20 ta’ Jannar 2027.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Settembru 2026. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1586 huwa emendat kif ġej:
(1) fit-Tieni Parti, il-punt 2, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin f’ordni sekwenzjali: 32a. EN ISO 3744:2026 Akustika – Determinazzjoni ta’ livelli tal-qawwa tal-ħsejjes u ta’ sorsi tal-istorbju bi pressjoni akustika – Metodi tal-inġinerija għal qasam li jkun essenzjalment ħieles fuq pjan riflessiv (ISO 3744:2025, inkluż il-verżjoni kkoreġuta 2026-01); 71a. EN ISO 13855:2024 Sikurezza tal-makkinarju – Pożizzjonar ta’ salvagwardji fir-rigward tal-avviċinamenti tal-ġisem tal-bniedem (ISO 13855:2024); 77a. EN ISO 14119:2025 Sikurezza tal-makkinarju – Apparati li jingastaw f’xulxin assoċjati ma’ mezzi ta’ protezzjoni – Prinċipji għad-disinn u għall-għażla (ISO 14119:2024) EN ISO 14119/A11:2026; 104a. EN IEC 62061:2021 Sikurezza tal-makkinarju – Sikurezza funzjonali ta’ sistemi tal-kontroll relatati mas-sikurezza EN IEC 62061:2021/A1:2024;
(2) fit-Tielet Parti, il-punt 2 hu emendat kif ġej:
(2)
(a) jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin f’ordni sekwenzjali: 1a. EN 81-30:2025 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u għall-installazzjoni tal-lifts – Lifts speċjali għat-trasport tal-oġġetti biss – Parti 30: Lifts tas-servizz elettriċi u idrawliċi; 4b. EN 81-42:2025 Regoli tas-sikurezza għall-kostruzzjoni u għall-installazzjoni tal-lifts – Lifts speċjali għat-trasport tal-persuni u tal-oġġetti – Parti 42: Tagħmir tal-irfigħ vertikali bi trasportatur magħluq maħsub biex jintuża min-nies, inkluż persuni b’diżabbiltà; 14a. EN 415-4:2025 Sikurezza tal-magni tal-ippakkjar – Parti 4: Palletizzaturi u depalletizzaturi u tagħmir assoċjat; 102a. EN 1175:2025 Sikurezza tat-trakkijiet industrijali – Rekwiżiti elettriċi/elettroniċi; 191a. EN ISO 3991:2025 Makkinarju agrikolu – Sistemi robotiċi għat-tagħlif – Sikurezza (ISO 3991:2025); 195a. EN ISO 4254-7:2017 Magni agrikoli – Sikurezza – Parti 7: Magni tal-ħrit u d-dris, magni li jaħsdu l-foraġġ, magni li jaħsdu l-qoton u magni li jaħsdu l-kannamiela (ISO 4254-7:2017, Verżjoni kkoreġuta 2019-03) EN ISO 4254-7/A1:2026; 202a. EN ISO 4254-20:2025 Magni agrikoli – Sikurezza – Parti 20: Magni tal-ħsad tal-għeneb, taż-żebbuġ u tal-kafè (ISO 4254-20:2025); 209a. EN ISO 6909:2026 Għodod tal-magni – Sikurezza – Brejkijiet tal-pressa (ISO 6909:2026); 213a. EN ISO 8437-1:2021 Tagħmir li jneħħi s-silġ – Rekwiżiti tas-sikurezza u proċeduri tal-ittestjar – Parti 1: Terminoloġija u testijiet komuni (ISO 8437-1:2019/Amd 1:2026) EN ISO 8437-1:2021/A1:2026; 213b. EN ISO 8437-2:2021 Tagħmir li jneħħi s-silġ – Rekwiżiti tas-sikurezza u proċeduri tal-ittestjar – Parti 2: Tagħmir li jneħħi s-silġ ikkontrollat minn persuna miexja (ISO 8437-2:2019/Amd 1:2026) EN ISO 8437-2:2021/A1:2026; 213c. EN ISO 8437-3:2021 Tagħmir li jneħħi s-silġ – Rekwiżiti tas-sikurezza u proċeduri tal-ittestjar – Parti 3: Tagħmir li jneħħi s-silġ ikkontrollat minn persuna riekba (ISO 8437-3:2019/Amd 1:2026) EN ISO 8437-3:2021/A1:2026; 213d. EN ISO 8437-4:2021 Tagħmir li jneħħi s-silġ – Rekwiżiti tas-sikurezza u proċeduri tal-ittestjar – Parti 4: Rekwiżiti nazzjonali u reġjonali addizzjonali (ISO 8437-4:2019/Amd 1:2026) EN ISO 8437-4:2021/A1:2026; 215a. EN ISO 8528-13:2026 Settijiet li jiġġeneraw kurrent alternat li jitħaddmu b’magna li topera b’sistema tal-kombustjoni interna li taħdem b’moviment alternat – Parti 13: Sikurezza (ISO 8528-13:2026); 223a. EN ISO 10218-1:2025 Robotika – Rekwiżiti tas-sikurezza – Parti 1: Robots industrijali (ISO 10218-1:2025); 224a. EN ISO 10218-2:2025 Robotika – Rekwiżiti tas-sikurezza – Parti 2: Applikazzjonijiet tar-robots industrijali u ċelloli robotiċi (ISO 10218-2:2025); 261a. EN ISO 11680:2025 Makkinarju għal foresterija – Rekwiżiti tas-sikurezza u ttestjar għal imqassijiet taż-żabra motorizzati mmuntati fuq lasti (ISO 11680:2025); 288a. EN 12312-1:2024 Tagħmir ibbażat fuq l-art li jappoġġa lill-ajruplani – Rekwiżiti speċifiċi – Parti 1: Turġien għall-passiġġieri; 348a. EN 12693:2026 Sistemi ta’ refriġerazzjoni u pompi tas-sħana – Rekwiżiti tas-sikurezza u ambjentali – Kompressuri refriġeranti ta’ spustar pożittiv; 375a. EN 13001-3-5:2025 Krejnijiet – Disinn ġenerali – Parti 3-5: Stati ta’ limiti u prova ta’ kompetenza ta’ ganċijiet mikwija u fonduti; 406a. EN 13288:2025 Magni għall-ipproċessar tal-ikel – Skutelli li jtellgħu u magni li jixxaqilbu – Rekwiżiti tas-sikurezza u tal-iġjene; 516a. EN ISO 16089:2025 Għodod tal-magni – Sikurezza – Magni stazzjonarji li jitħnu (ISO 16089:2025); 545a. EN 16474:2025 Magni tal-plastik u tal-lastiku – Magni li jsewwu tajers – Rekwiżiti tas-sikurezza; 572 – aa. EN 17657:2025 Tagħmir għall-biċċeriji – Nases tal-qatla għall-annimali bovini – Rekwiżiti tas-sikurezza u tat-tindif; 572c. EN 17745:2025 Makkinarju agrikolu u tal-forestrija – Rekwiżiti ambjentali għall-applikatur tal-granuli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; 573b. EN 17969:2026 Gafef – Sikurezza – Sistemi protettivi għall-kontaminazzjoni; 574a. EN ISO 18497-1:2024 Makkinarju agrikolu u tratturi – Sikurezza ta’ makkinarju parzjalment awtomatizzat, semiawtonomu u awtonomu – Parti 1: Prinċipji u vokabularju tad-disinjar tal-magni (ISO 18497-1:2024); 574b. EN ISO 18497-2:2024 Makkinarju agrikolu u tratturi – Sikurezza ta’ makkinarju parzjalment awtomatizzat, semiawtonomu u awtonomu – Parti 2: Prinċipji tad-disinjar għas-sistemi protettivi mill-ostakli (ISO 18497-2:2024); 574c. EN ISO 18497-3:2024 Makkinarju agrikolu u tratturi – Sikurezza ta’ makkinarju parzjalment awtomatizzat, semiawtonomu u awtonomu – Parti 3: Żoni ta’ operazzjoni awtonomi (ISO 18497-3:2024); 574d. EN ISO 18497-4:2024 Makkinarju agrikolu u tratturi – Sikurezza ta’ makkinarju parzjalment awtomatizzat, semiawtonomu u awtonomu – Parti 4: Metodi ta’ verifika u prinċipji tal-validazzjoni (ISO 18497-4:2024); 578a. EN ISO 19085-4:2024 Magni li jaħdmu l-injam – Sikurezza – Parti 4: Magni b’lupi ċirkolari għall-qtugħ tal-panewijiet vertikali (ISO 19085-4:2024); 579a. EN ISO 19085-5:2024 Magni li jaħdmu l-injam – Sikurezza – Parti 5: Magni li jaqtgħu l-injam skont dimensjonijiet mogħtija (ISO 19085-5:2024); 580a. EN ISO 19085-6:2024 Magni li jaħdmu l-injam – Sikurezza – Parti 6: Magni b’pern wieħed vertikali għal-qtugħ tal-profili (toupie) (ISO 19085-6:2024); 581a. EN ISO 19085-7:2024 Magni li jaħdmu l-injam – Sikurezza – Parti 7: Inċanar tas-superfiċe, inċanar tal-ħxuna, u magni tal-inċanar tas-superfiċe/tal-ħxuna kkombinati (ISO 19085-7:2024); 582a. EN ISO 19085-8:2024 Magni li jaħdmu l-injam – Sikurezza – Parti 8: Magni tal-ixkatlar biċ-ċinturin wiesa’ u magni għat-trattament tal-wiċċ (ISO 19085-8:2024); 583a. EN ISO 19085-9:2024 Magni li jaħdmu l-injam – Sikurezza – Parti 9: Bankijiet għal lupi ċirkolari (b’wiċċ jisslajdja jew ma jisslajdjax) (ISO 19085-9:2024); 585 – a. EN ISO 19085-11:2024 Magni li jaħdmu l-injam – Sikurezza – Parti 11: Magni kkombinati (ISO 19085-11:2024); 585b. EN ISO 19085-12:2024 Magni li jaħdmu l-injam – Sikurezza – Parti 12: Magni għall-minċotti/qtugħ ta’ profili (ISO 19085-12:2024); 586a. EN ISO 19085-13:2025 Magni li jaħdmu l-injam – Sikurezza – Parti 13: Magni li jaqtgħu l-injam favur il-vina li jkollhom aktar minn serrieq wieħed u jitgħabbew u/jew jinħattu bl-idejn (ISO 19085-13:2025); 588a. EN ISO 19085-15:2025 Magni li jaħdmu l-injam – Sikurezza – Parti 15: Preses (ISO 19085-15:2025); 595a. EN ISO 19932-1:2025 Tagħmir għall-ħarsien tal-għelejjel – Sprejers li jinġarru f’barżakka – Parti 1: Rekwiżiti tas-sikurezza u ambjentali (ISO 19932-1:2025); 596a. EN ISO 19932-2:2025 Tagħmir għall-ħarsien tal-għelejjel – Sprejers li jinġarru f’barżakka – Parti 2: Metodi tal-ittestjar (ISO 19932-2:2025); 603a. EN ISO 23063:2025 Makkinarju għall-funderiji – Rekwiżiti tas-sikurezza għall-magni tal-ikkastjar b’forom bi pressjoni għolja (ISO 23063:2024); 604 – a. EN ISO 23779:2025 Makkinarju għall-ibblastjar b’tiri – Rekwiżiti tas-sikurezza u ambjentali (ISO 23779:2024); 605a. EN ISO 28139:2021 Tagħmir għall-protezzjoni tal-għelejjel – Sprejers tal-airblast li jaħdmu b’magna tal-kombustjoni u li jinġarru f’barżakka – Rekwiżiti tas-sikurezza u ambjentali u metodi tal-ittestjar (ISO 28139:2019) EN ISO 28139:2021/A1:2024; 621a. EN 50374:2025 Karozzi kondutturi EN 50374:2025/A1:2025; 631a. EN ISO/ASTM 52938-1:2025 Manifattura addittiva tal-metalli – Ambjent, saħħa u sikurezza – Parti 1: Rekwiżiti tas-sikurezza għall-magni PBF-LB (ISO/ASTM 52938-1:2025); 635a. EN IEC 60335-2-34:2023 Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sikurezza – Parti 2-34: Rekwiżiti partikolari għall-kompressuri muturi (IEC 60335-2-34:2021) EN IEC 60335-2-34:2023/A11:2023 EN IEC 60335-2-34:2023/A12:2025; 637a. EN 60335-2-38:2003 Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sikurezza – Parti 2-38: Rekwiżiti partikolari għal griddles u griddle grills elettriċi għal użu kummerċjali EN 60335-2-38:2003/AC:2007 EN 60335-2-38:2003/A1:2008 EN 60335-2-38:2003/A2:2024 EN 60335-2-38:2003/A11:2024; 638a. EN IEC 60335-2-40:2024 Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sikurezza – Parti 2-40: Rekwiżiti partikolari għall-pompi tas-sħana elettriċi, kondizzjonaturi tal-arja u deumidifikaturi (IEC 60335-2-40:2022 + COR1:2024) EN IEC 60335-2-40:2024/A11:2024; 644a. EN IEC 60335-2-58:2025 Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili – Sikurezza – Parti 2-58: Rekwiżiti partikolari għall-magni tal-ħasil tal-platti elettriċi kummerċjali (IEC 60335-2-58:2017) EN IEC 60335-2-58:2025/A11:2025; 677a. EN IEC 62841-2-6:2020 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 2-6: Rekwiżiti partikolari għal imrietel li jinżammu fl-idejn (IEC 62841-2-6:2020) EN IEC 62841-2-6:2020/A11:2020 EN IEC 62841-2-6:2020/AC:2024-11 EN IEC 62841-2-6:2020/A1:2024 EN IEC 62841-2-6:2020/A12:2024; 677b. EN IEC 62841-2-7:2024 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 2-7: Rekwiżiti partikolari għall-ispray guns li jinżammu fl-idejn (IEC 62841-2-7:2024) EN IEC 62841-2-7:2024/A11:2024 EN IEC 62841-2-7:2024/AC:2025-07; 681b. EN 62841-2-11:2016 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 2-11: Rekwiżiti partikolari għal lupi ċirkolari li jinżammu fl-idejn (IEC 62841-2-11:2015, modifikat) EN 62841-2-11:2016/A1:2020 EN 62841-2-11:2016/A11:2024; 681c. EN IEC 62841-2-12:2024 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 2-12: Rekwiżiti partikolari għall-vibraturi tal-konkrit li jinżammu fl-idejn (IEC 62841-2-12:2024) EN IEC 62841-2-12:2024/A11:2024 EN IEC 62841-2-12:2024/AC:2025-11; 683a. EN IEC 62841-2-18:2026 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 2-18: Rekwiżiti partikolari għall-għodod tal-irbit li jinżammu fl-idejn (IEC 62841-2-18:2024 + COR1:2025) EN IEC 62841-2-18:2026/A11:2026; 683b. EN IEC 62841-2-19:2025 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 2-19: Rekwiżiti partikolari għall-jointers li jinżammu fl-idejn (IEC 62841-2-19:2024) EN IEC 62841-2-19:2025/A11:2025; 683c. EN IEC 62841-2-20:2025 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 2-20: Rekwiżiti partikolari għall-band saws li jinżammu fl-idejn (IEC 62841-2-20:2024) EN IEC 62841-2-20:2025/A11:2025; 684a. EN IEC 62841-2-22:2025 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 2-22: Rekwiżiti partikolari għall-magni tal-qtugħ li jinżammu fl-idejn (IEC 62841-2-22:2025) EN IEC 62841-2-22:2025/A11:2025; 684b. EN IEC 62841-2-23:2026 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 2-23: Rekwiżiti partikolari għall-moli tal-forom u l-għodod rotattivi żgħar li jinżammu fl-idejn (IEC 62841-2-23:2024) EN IEC 62841-2-23:2026/A11:2026; 694a. EN IEC 62841-3-16:2026 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 3-16: Rekwiżiti partikolari għal magni tal-ixkatlar biċ-ċinturini li jistgħu jinġarru, magni tal-ixkatlar bid-diski u magni tal-ixkatlar biċ-ċinturini/diski (IEC 62841-3-16:2025) EN IEC 62841-3-16:2026/A11:2026; 697a. EN IEC 62841-4-4:2026 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 4-4: Rekwiżiti partikolari għat-trimmers tal-lonijiet, tat-truf tal-lonijiet, u tal-ħaxix, għall-magni li jaqtgħu l-ixkupilji u srieraq tal-pniezel (IEC 62841-4-4:2020) EN IEC 62841-4-4:2026/A1:2026 EN IEC 62841-4-4:2026/A11:2026; 698a. EN IEC 62841-4-6:2024 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 4-6: Rekwiżiti partikolari għall-blowers tal-ġonna, għall-vacuums tal-ġonna u għall-blowers/vacuums tal-ġonna (IEC 62841-4-6:2022) EN IEC 62841-4-6:2024/A11:2024 EN IEC 62841-4-6:2024/AC:2026-06; 699a. EN IEC 62841-4-8:2025 Għodod miżmumin fl-idejn u mħaddmin b’mutur elettriku, għodod li jistgħu jinġarru, u makkinarju għal-lonijiet u l-ġonna – Sikurezza – Parti 4-8: Rekwiżiti partikolari għax-shredders/chippers EN IEC 62841-4-8:2025/A11:2025;
(b) ir-ringieli 401a u 457a huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: 401a. EN 13155:2020+A1:2025 Krejnijiet – Sikurezza – Aċċessorji mhux fissi għall-irfigħ tat-tagħbijiet EN 13155:2020+A1:2025/AC:2026; 457a. EN 14439:2025 Krejnijiet – Krejnijiet torri EN 14439:2025/AC:2026.