Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2026/495 tal-24 ta’ Frar 2026 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/2217 (EUNAVFOR ASPIDES/1/2026)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2026/495@2026-02-24/mt
Contents
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/583 tat-8 ta’ Frar 2024 dwar operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,
Billi:
(1) Fit-8 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/583, li stabbiliet operazzjoni militari ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES).
(2) Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/583, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES (il-Kmandant tal-Forza tal-UE).
(3) Fit-22 ta’ Ottubru 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2217, li ħatret il-Komodor Michail LAMPIRIS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE mis-6 ta’ Novembru 2025.
(4) Fid-9 ta’ Frar 2026, l-awtoritajiet militari Griegi pproponew il-ħatra tal-Komodor Grigorius NOUSIAS biex jieħu post il-Komodor Michail LAMPIRIS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE (l-ħatra proposta).
(5) Fid-9 ta’ Frar 2026, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE EUNAVFOR ASPIDES appoġġa l-ħatra proposta.
(6) Fil-11 ta’ Frar 2026, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-Komodor Grigorius NOUSIAS jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-perjodu mit-18 ta’ Frar 2026 sal-14 ta’ Marzu 2026.
(7) Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Komodor Grigorius NOUSIAS bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR ASPIDES.
(8) Jenħtieġ li din id-deċiżjoni tapplika mit-18 ta’ Frar 2026 sabiex tiżgura kontinwita’ fil-kompiti tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.
(9) Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2217 titħassar,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-Komodor Grigorius NOUSIAS huwa maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) għall-perjodu mit-18 ta’ Frar 2026 sal-14 ta’ Marzu 2026.
Artikolu 2 Id-Deċiżjoni (PESK) 2025/2217 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika mit-18 ta’ Frar 2026.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2026. Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Il-President L. Mandel Vensild