Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2026/915 tat-22 ta’ April 2026 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova) (EUPM Moldova/1/2026)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2026/915@2026-04-22/mt
Contents
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/855 tal-24 ta’ April 2023 dwar Missjoni ta’ Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/855, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat mill-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova), inkluż id-deċiżjoni biex jinħatar Kap tal-Missjoni fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-Rappreżentant Għoli).
(2) Fl-1 ta’ April 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/686 li testendi l-mandat tas-Sur Cosmin DINESCU bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUPM Moldova mill-25 ta’ April 2025 sal-24 ta’ April 2026.
(3) Fit-23 ta’ Marzu 2026, ir-Rappreżentant Għoli pproponiet il-ħatra tas-Sa Kirsten JOPPE bħala Kap tal-Missjoni tal-EUPM Moldova mill-25 ta’ April 2026 sal-31 ta’ Mejju 2027.
(4) Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tas-Sa Kirsten JOPPE bħala Kap tal-Missjoni tal-EUPM Moldova mill-25 ta’ April 2026 sal-31 ta’ Mejju 2027,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Is-Sa Kirsten JOPPE hija b’dan maħtura bħala Kap tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova) mill-25 ta’ April 2026 sal-31 ta’ Mejju 2027.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Għandha tapplika mill-25 ta’ April 2026.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2026. Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Il-President L. Mandel Vensild