Gelex

Direttiva (UE) 2024/1346 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)

In forceVersion 2024-05-14from 2024-06-11
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/directive/2024/1346@2024-05-14/mt

Contents
  1. Preamble
  2. KAPITOLU I SUĠĠETT, DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
  3. Artikolu 1 Suġġett
  4. Artikolu 2 Definizzjonijiet
  5. (3)
  6. Artikolu 3 Kamp ta’ applikazzjoni
  7. Artikolu 4 Dispożizzjonijiet aktar favorevoli
  8. KAPITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET TA’ AKKOLJENZA
  9. Artikolu 5 Informazzjoni
  10. 2.
  11. Artikolu 6 Dokumentazzjoni
  12. Artikolu 7 Organizzazzjoni tas-sistemi ta’ akkoljenza
  13. Artikolu 8 Allokazzjoni ta’ applikanti f’żona ġeografika
  14. Artikolu 9 Restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ moviment
  15. 1.
  16. Artikolu 10 Detenzjoni
  17. 4.
  18. Artikolu 11 Garanziji għal applikanti detenuti
  19. Artikolu 12 Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni
  20. Artikolu 13 Detenzjoni ta’ applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza
  21. 2.
  22. Artikolu 14 Familji
  23. Artikolu 15 Kontroll mediku
  24. Artikolu 16 Tagħlim u edukazzjoni tal-minuri
  25. Artikolu 17 Impjiegi
  26. 3.
  27. 4.
  28. Artikolu 18 Korsijiet tal-lingwa u taħriġ vokazzjonali
  29. Artikolu 19 Regoli ġenerali dwar kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u kura tas-saħħa
  30. Artikolu 20 Arranġamenti għal kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali
  31. 1.
  32. 2.
  33. 10.
  34. Artikolu 21 Kundizzjonijiet ta’ akkoljenza fi Stat Membru għajr dak li fih l-applikant ikun meħtieġ ikun preżenti
  35. Artikolu 22 Kura tas-saħħa
  36. KAPITOLU III TNAQQIS JEW IRTIRAR TA’ KUNDIZZJONIJIET TA’ AKKOLJENZA MATERJALI
  37. Artikolu 23 Tnaqqis jew irtirar ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali
  38. 1.
  39. 2.
  40. KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL APPLIKANTI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI TA’ AKKOLJENZA
  41. Artikolu 24 Applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza
  42. Artikolu 25 Valutazzjoni tal-bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza
  43. 2.
  44. Artikolu 26 Minuri
  45. 2.
  46. Artikolu 27 Minuri mhux akkompanjati
  47. 1.
  48. 5.
  49. 9.
  50. Artikolu 28 Vittmi ta’ tortura u vjolenza
  51. KAPITOLU V RIMEDJI
  52. Artikolu 29 Appelli
  53. 3.
  54. 4.
  55. KAPITOLU VI AZZJONIJIET BIEX TITJIEB L-EFFIĊJENZA TAS-SISTEMA TA’ AKKOLJENZA
  56. Artikolu 30 Awtoritajiet kompetenti
  57. Artikolu 31 Sistema ta’ gwida, monitoraġġ u kontroll
  58. Artikolu 32 Ippjanar ta’ kontinġenza
  59. Artikolu 33 Persunal u riżorsi
  60. Artikolu 34 Monitoraġġ u evalwazzjoni
  61. Artikolu 35 Transpożizzjoni
  62. Artikolu 36 Tħassir
  63. Artikolu 37 Dħul fis-seħħ
  64. Artikolu 38 Destinatarji
  65. ANNEX
  66. ANNESS I Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 35)
  67. ANNESS II Tabella ta’ korrelazzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2)(f) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Għandhom isiru numru ta’ emendi lid-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi riformulata.

(2) Politika komuni dwar l-ażil ibbażata fuq l-applikazzjoni sħiħa u inklużiva tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta’ Lulju 1951, kif issupplimentata bil-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967 (il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra), hija parti kostitwenti tal-għan tal-Unjoni li tistabbilixxi progressivament żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja miftuħa għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li jfittxu b’mod leġittimu protezzjoni fl-Unjoni, u b’hekk jaffermaw il-prinċipju ta’ non-refoulement. Jenħtieġ li tali politika tkun regolata mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà.

(3) Is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA) tistabbilixxi sistema biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, l-istandards komuni għal proċeduri ta’ ażil, il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza u l-proċeduri u d-drittijiet ta’ benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali. Minkejja l-progress li sar fl-iżvilupp tas-SEKA, għad hemm differenzi notevoli bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri użati, il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza mogħtija lill-applikanti, ir-rati ta’ rikonoxximent u t-tip ta’ protezzjoni mogħtija lill-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali. Dawk id-differenzi huma xprunaturi importanti tal-moviment sekondarju u jimminaw l-objettiv li jiġi żgurat li l-applikanti kollha jiġu trattati b’mod ugwali irrispettivament minn fejn japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni.

(4) Fil-komunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ April 2016 Għar-Riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u għat-Tisħiħ ta’ Rotot Legali lejn l-Ewropa, il-Kummissjoni ssottolinjat il-ħtieġa li s-SEKA tissaħħaħ u tkompli tiġi armonizzata. Hija stabbiliet ukoll oqsma ta’ prijorità li fihom is-SEKA jenħtieġ li tittejjeb strutturalment, partikolarment l-istabbiliment ta’ sistema sostenibbli u ġusta biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, it-tisħiħ tas-sistema tal-Eurodac, il-kisba ta’ aktar konverġenza fis-sistema ta’ ażil tal-Unjoni, il-prevenzjoni ta’ movimenti sekondarji fl-Unjoni u mandat imsaħħaħ għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/2303 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (l-Aġenzija għall-Ażil). Dik il-komunikazzjoni twieġeb għat-talbiet tal-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta’ Frar 2016 u fis-17-18 ta’ Marzu 2016 biex isir progress lejn riforma tal-qafas eżistenti tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata politika dwar l-ażil umana, ġusta u effiċjenti. Dik il-komunikazzjoni tipproponi wkoll triq ’il quddiem f’konformità mal-approċċ olistiku għall-migrazzjoni stabbilit mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta’ approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni.

(5) Il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza jkomplu jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-istandards tal-akkoljenza ipprovduti lill-applikanti. Standards ta’ akkoljenza aktar armonizzati stabbiliti f’livell adegwat fost l-Istati Membri se jikkontribwixxu għal trattament aktar ugwali u distribuzzjoni aktar ġusta tal-applikanti madwar l-Unjoni.

(6) Ir-riżorsi tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/1147 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u tal-Aġenzija għall-Ażil jenħtieġ li jkunu mobilizzati sabiex jipprovdu appoġġ adegwat għall-isforzi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-istandards ta’ akkoljenza stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż għall-Istati Membri li jiffaċċjaw pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati fuq is-sistemi tal-ażil tagħhom, b’mod partikolari minħabba s-sitwazzjoni ġeografika jew demografika tagħhom.

(7) Sabiex ikun żgurat it-trattament ugwali tal-applikanti madwar l-Unjoni, jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika matul l-istadji u t-tipi kollha ta’ proċeduri għall-protezzjoni internazzjonali, fil-postijiet u fil-faċilitajiet kollha li jilqgħu lill-applikanti u sakemm dawn tal-aħħar jitħallew jibqgħu fit-territorju tal-Istati Membri bħala applikanti. Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jenħtieġ li jkunu għad-dispożizzjoni tal-applikanti mill-mument meta huma jesprimu x-xewqa tagħhom li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali lill-uffiċjali tal-awtorità kompetenti f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1348 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(8) Jenħtieġ li allowance għall-ispejjeż ta’ kuljum fil-każijiet kollha tingħata lill-applikanti bħala parti mill-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali sabiex l-applikanti jkunu jistgħu igawdu livell minimu ta’ awtonomija fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-allowance għall-ispejjeż ta’ kuljum tingħata bħala ammont monetarju, f’vawċers, in natura, bħala prodotti, jew bħala kombinazzjoni tagħhom, dment li tali allowance tinkludi ammont monetarju.

(9) Meta applikant ikun preżenti fi Stat Membru għajr dak li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1351 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li l-applikant ma jkunx intitolat għal kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali, aċċess għas-suq tax-xogħol, korsijiet tal-lingwa jew taħriġ vokazzjonali f’konformità ma’ din id-Direttiva mill-mument li l-applikant ikun ġie notifikat b’deċiżjoni li jiġi ttrasferit lejn l-Istat Membru responsabbli. Sakemm ma tkunx inħarġet deċiżjoni separata għal dan il-għan, jenħtieġ li d-deċiżjoni ta’ trasferiment tiddikjara li l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza rilevanti jkunu ġew irtirati. F’kull ċirkostanza, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw aċċess għall-kura tas-saħħa u standard tal-għajxien għall-applikanti li jkun f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) u obbligi internazzjonali oħra.

(10) Fir-rigward tat-trattament ta’ persuni li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri huma marbuta b’obbligi skont l-istrumenti tal-liġi internazzjonali li għalihom huma parti.

(11) Jenħtieġ li jiġu stipulati kundizzjonijiet standard għall-akkoljenza tal-applikanti li jkunu biżżejjed biex jiġi żgurat standard tal-għajxien adegwat u kundizzjonijiet tal-għajxien komparabbli fl-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza għall-applikanti tgħin biex jiġi limitat iċ-ċaqliq sekondarju ta’ applikanti influwenzati mill-varjetà ta’ kundizzjonijiet għall-akkoljenza tagħhom.

(12) Sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkunu konxji mid-drittijiet u l-obbligi tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtuhom informazzjoni bil-miktub, jew, fejn meħtieġ, oralment, jew, fejn xieraq, f’forma viżiva, b’informazzjoni relatata mal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza stabbiliti f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li tali informazzjoni tingħata malajr kemm jista’ jkun, u fi żmien xieraq, u jenħtieġ li tinkludi l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza li huma intitolati għalihom l-applikanti, inklużi l-applikanti bi bżonnijiet ta’ akkoljenza speċjali, id-drittijiet u l-obbligi ta’ impjieg, iċ-ċirkostanzi li bihom il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jistgħu jiġu ristretti għal żona ġeografika jew ikunu limitati għal post speċifiku u l-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ tali restrizzjonijiet jew limitazzjonijiet u ta’ ħarba, kif ukoll is-sitwazzjonijiet li fihom huwa possibbli li tiġi ordnata detenzjoni, il-possibbiltajiet ta’ appell u stħarriġ u l-possibbiltajiet tal-għoti ta’ assistenza legali u rappreżentanza. Jenħtieġ li l-Istati Membri, b’mod partikolari, jinfurmaw lill-applikanti dwar il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza li ma huma intitolati għalihom fl-ebda Stat Membru għajr f’dak li fih huma meħtieġa li jkunu preżenti. Stat Membru jenħtieġ li ma jibqax obbligat jipprovdi dik l-informazzjoni meta ma jibqax neċessarju li l-applikant effettivament jiġi intitolat jibbenefika mid-drittijiet, u jikkonforma mal-obbligi, previsti f’din id-Direttiva, jew meta l-applikant ma jkunx disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti, jew ikun ħarab mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. L-Aġenzija għall-Ażil jenħtieġ li tiżviluppa mudell b’informazzjoni standard relatata mal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-applikanti malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard minn tlett ijiem minn meta ssir l-applikazzjoni jew fil-qafas ta’ żmien għar-reġistrazzjoni tagħha.

(13) Jenħtieġ li regoli armonizzati tal-Unjoni dwar id-dokumenti li għandhom jinħarġu lill-applikanti jikkontribwixxu biex jagħmluha aktar diffiċli li l-applikanti jiċċaqalqu fl-Unjoni b’mod mhux awtorizzat.Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu dokument tal-ivvjaġġar lill-applikanti biss meta jkun hemm raġunijiet umanitarji serji debitament ġustifikati jew raġunijiet imperattivi oħra li jeżistu. Jenħtieġ li l-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata għall-fini u għat-tul meħtieġ għar-raġuni li għaliha jkunu nħarġu. Raġunijiet umanitarji serji jistgħu jitqiesu li jeżistu, pereżempju, meta applikant inkun meħtieġ jivvjaġġa lejn Stat ieħor għal trattament mediku neċessarju li ma jkunx disponibbli fi ħdan l-Istat Membru li fih l-applikant huwa meħtieġ li jkun preżenti, biex iżur qraba f’każijiet partikolari, bħal żjarat lil qraba stretti li jkunu morda serjament jew biex jattendi funerali ta’ qraba stretti. Raġunijiet imperattivi oħra jistgħu jinkludu sitwazzjonijiet bħall-attendenza għal żwiġijiet ta’ qraba stretti, jew ivvjaġġar bħala parti minn kurrikulu tal-istudju, jew ma’ familji foster. Il-ħruġ u l-użu ta’ tali dokument tal-ivvjaġġar ma jaffettwax ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2024/1351. L-Istati Membri jżommu d-dritt li jivvalutaw id-drittijiet tal-applikanti li jibqgħu fit-territorju tagħhom.

(14) L-applikanti ma għandhomx id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru ta’ applikazzjoni. Applikant għandu japplika għal protezzjoni internazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1351.

(15) L-applikanti huma meħtieġa jibqgħu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu lill-applikanti milli jaħarbu. Meta l-applikant ikun ħarab u vvjaġġa lejn Stat Membru ieħor mingħajr permess, huwa vitali, għall-fini li tiġi żgurata SEKA li taħdem tajjeb, li l-applikant jiġi ttrasferit malajr lejn l-Istat Membru li fih ikun marbut li jkun preżenti. Sakemm iseħħ dan it-trasferiment, hemm ir-riskju li l-applikant jaħrab u, għaldaqstant, jenħtieġ li jsir monitoraġġ mill-qrib ta’ fejn ikun qiegħed.

(16) Il-fatt li applikant ikun ħarab preċedentement lejn Stat Membru ieħor huwa fattur importanti meta jiġi vvalutat ir-riskju li l-applikant jista’ jaħrab. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu lill-applikant milli jerġa’ jaħrab u biex ikun żgurat li jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, ladarba l-applikant ikun ġie ttrasferit lejn l-Istat Membru li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jsir monitoraġġ mill-qrib ta’ fejn ikun qiegħed.

(17) Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jorganizzaw liberament is-sistemi ta’ akkoljenza tagħhom. Bħala parti minn dik l-organizzazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jallokaw l-applikanti f’akkomodazzjoni fi ħdan it-territorju tagħhom sabiex jimmaniġġjaw is-sistemi tagħhom tal-ażil u tal-akkoljenza. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu wkoll mekkaniżmi għall-valutazzjoni u l-indirizzar tal-ħtiġijiet tas-sistemi ta’ akkoljenza tagħhom, inklużi mekkaniżmi għall-verifika tal-preżenza effettiva tal-applikanti fil-post ta’ akkomodazzjoni. Jenħtieġ li tali mekkaniżmi ma jirristrinġux il-libertà ta’ moviment tal-applikanti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux meħtieġa jieħdu deċiżjoni amministrattiva għal dan il-fini.

(18) Meta l-applikanti jkunu jistgħu jiċċaqalqu liberament f’żona ġeografika tat-territorju tal-Istati Membri biss, jenħtieġ li l-Istati Membri jiggarantixxu l-aċċess effettiv tal-applikanti għad-drittijiet tagħhom skont din id-Direttiva u għall-garanziji proċedurali fil-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali f’dik iż-żona ġeografika. Jenħtieġ li l-possibbiltà li wieħed jitlaq temporanjament minn dik iż-żona ġeografika tiġi vvalutata b’mod individwali, oġġettiv u imparzjali. Meta l-applikanti ma jkunux ingħataw aċċess effettiv għal dawk id-drittijiet u l-garanziji proċedurali f’dik iż-żona ġeografika, l-allokazzjoni għal dik iż-żona jenħtieġ li ma tibqax tapplika.

(19) Minħabba raġunijiet ta’ordni pubbliku jew sabiex jipprevjenu b’mod effettiv li l-applikant jaħrab, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddeċiedu li l-applikant ikun permess jirrisjedi biss f’post speċifiku, bħal ċentru ta’ akkomodazzjoni, dar privata, appartament, lukanda jew bini ieħor adattati għall-akkomodazzjoni tal-applikanti. Jenħtieġ li tali deċiżjoni ma tirriżultax fid-detenzjoni tal-applikant. Tali deċiżjoni tista’ tkun meħtieġa f’każijiet fejn l-applikant ma jkunx ikkonforma mal-obbligi biex jibqa’ fl-Istat Membru fejn ikun meħtieġ li jkun preżenti jew f’każijiet fejn l-applikant ikun ġie ttrasferit lejn l-Istat Membru li fih ikun meħtieġ li jkun preżenti wara li jkun ħarab lejn Stat Membru ieħor. Meta l-applikant ikun intitolat għal kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali, tali kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jenħtieġ li jingħataw soġġett għall-fatt li l-applikant jirrisjedi f’dak il-post speċifiku.

(20) Meta jkun hemm riskju li applikant jista’ jaħrab jew meta jkun meħtieġ li jiġi żgurat li jiġu rispettati r-restrizzjonijiet għal-libertà ta’ moviment ta’ applikant, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-applikanti jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien speċifiku jew f’intervalli raġonevoli, mingħajr ma jiġu affettwati b’mod sproporzjonat id-drittijiet ta’ applikanti skont din id-Direttiva.

(21) Id-deċiżjonijiet kollha li jirrestrinġu l-libertà ta’ moviment tal-applikant jenħtieġ li jqisu l-aspetti rilevanti tas-sitwazzjoni individwali tal-applikant, inklużi l-bżonnijiet ta’ akkoljenza speċjali ta’ dak l-applikant u l-prinċipji ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità. Jenħtieġ li l-applikanti jkunu infurmati kif xieraq b’dawn id-deċiżjonijiet, bil-proċeduri biex jikkontestawhom u bil-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità.

(22) Id-dispożizzjonijiet kollha skont din id-Direttiva relatati mad-detenzjoni, ir-residenza u l-obbligi ta’ rappurtar kif ukoll it-tnaqqis u l-irtirar ta’ drittijiet jew benefiċċji jenħtieġ li jiġu applikati b’kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li jiġi żgurat f’kull waqt aċċess effettiv għall-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza applikabbli f’konformità ma’ din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-unità tal-familja u l-aċċess għas-suq tax-xogħol. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-effett kumulattiv possibbli tal-miżuri.

(23) Fid-dawl tal-konsegwenzi serji għall-applikanti li jkunu ħarbu jew li jitqiesu fir-riskju li jaħarbu, jenħtieġ li t-tifsira ta’ ħarba tiġi definita biex tkopri kemm azzjoni deliberata kif ukoll iċ-ċirkostanza fattwali, li ma tkunx barra mill-kontroll tal-applikant, li ma jibqax disponibbli għall-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji kompetenti, bħal pereżempju billi jitlaq mit-territorju tal-Istat Membru li fih l-applikant ikun meħtieġ li jkun preżenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkunsidraw li applikant ikun ħarab anke jekk l-applikant ma jkunx preċedentement ġie meqjus bħala fir-riskju li jaħrab.

(24) Meta l-Istati Membri jiddefinixxu fil-liġi nazzjonali l-kriterji oġġettivi li huma rilevanti għad-determinazzjoni ta’ riskju ta’ ħarba skont din id-Direttiva, dawn jistgħu jikkunsidraw fatturi bħal: il-kooperazzjoni tal-applikant mal-awtoritajiet kompetenti jew il-konformità mar-rekwiżiti proċedurali; ir-rabtiet tal-applikant fl-Istat Membru; u jekk l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkunx ġiet irrifjutata bħala inammissibbli jew manifestament infondata. Fil-valutazzjoni globali tas-sitwazzjoni individwali ta’ applikant, kombinazzjoni ta’ diversi fatturi spiss tipprovdi l-bażi biex jiġi konkluż li jkun hemm riskju ta’ ħarba.

(25) Jenħtieġ li applikant jitqies li ma għadux disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti meta dak l-applikant jonqos milli jwieġeb għal talbiet relatati mal-proċeduri skont ir-Regolament (UE) 2024/1348 jew il-proċedura skont ir-Regolament (UE) 2024/1351 sakemm l-applikant ma jipprovdix raġunijiet adegwati għaliex huwa ma setax iwieġeb għal dawk it-talbiet, pereżempju għal raġunijiet mediċi jew oħrajn mhux mistennija barra mill-kontroll tal-applikant.

(26) Jenħtieġ li d-detenzjoni tal-applikanti tkun applikata f’konformità mal-prinċipju sottostanti li persuni ma għandhomx jinżammu f’detenzjoni għall-unika raġuni li huma qed ifittxu protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari f’konformità mal-obbligi legali internazzjonali tal-Istati Membri, u b’mod partikolari mal-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-applikanti jiġu detenuti biss taħt iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali definiti b’mod ċar stipulati f’din id-Direttiva u soġġett għall-prinċipji ta’ neċessità u proporzjonalità fir-rigward kemm tal-manjiera kif ukoll tal-fini ta’ tali detenzjoni. Id-detenzjoni tal-applikanti skont din id-Direttiva jenħtieġ li tkun ordnata biss bil-miktub minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi li jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, inkluż fil-każijiet fejn il-persuna tkun diġà detenuta meta tagħmel l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Meta applikant jinżamm detenut, dak l-applikant jenħtieġ li jkollu aċċess effettiv għall-garanziji proċedurali neċessarji bħall-istħarriġ ġudizzjarju u d-dritt għal assistenza legali u rappreżentanza mingħajr ħlas, fejn applikabbli skont din id-Direttiva.

(27) Jenħtieġ li jiġi ddeterminat qafas ta’ żmien massimu aċċettabbli għall-istħarriġ ġudizzjarju tad-detenzjoni fid-dawl taċ-ċirkostanzi ta’ kull każ, b’kont meħud tal-kumplessità tal-proċedura, kif ukoll tad-diliġenza murija mill-awtoritajiet kompetenti, kwalunkwe dewmien ikkawżat mill-persuna detenuta u kwalunkwe fattur ieħor li jikkawża dewmien li għalih l-Istat Membru ma jistax jinżamm responsabbli.

(28) Meta applikant ikun ġie permess jirrisjedi biss f’post speċifiku iżda ma jkunx ikkonforma ma’ dak l-obbligu, jeħtieġ li jkun għad jeżisti r-riskju li l-applikant jista’ jaħrab sabiex l-applikant jiġi detenut. Fiċ-ċirkustanzi kollha, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li t-tul tad-detenzjoni jkun proporzjonat u d-detenzjoni tintemm hekk kif l-obbligu fuq l-applikant jiġi ssodisfat jew ma jkunx għad hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-applikant mhuwiex se jissodisfa dan l-obbligu. Jenħtieġ li l-applikant ukoll ikun ġie magħmul konxju tal-obbligu inkwistjoni u tal-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità.

(29) Fir-rigward ta’ proċeduri amministrattivi relatati mar-raġunijiet għad-detenzjoni, il-kunċett ta’ diliġenza dovuta tal-anqas jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu passi konkreti u sinifikattivi biex jiżguraw li ż-żmien meħtieġ sabiex jiġu vverifikati r-raġunijiet għad-detenzjoni jkun l-iqsar possibbli, u li jkun hemm prospettiva reali li tali verifika tkun tista’ ssir b’suċċess fl-iqsar żmien possibbli. Jenħtieġ li d-detenzjoni ma taqbiżx iż-żmien raġonevolment meħtieġ biex jitlestew il-proċeduri amministrattivi rilevanti.

(30) Ir-raġunijiet għad-detenzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għal raġunijiet oħra għad-detenzjoni, inklużi r-raġunijiet għad-detenzjoni fil-qafas tal-proċedimenti kriminali, li huma applikabbli skont il-liġi nazzjonali u mhux relatati mal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ta’ ċittadin ta’ pajjiż terzi jew persuna apolida.

(31) L-applikanti li jkunu fid-detenzjoni jenħtieġ li jiġu trattati b’rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u jenħtieġ li l-akkoljenza tagħhom tkun imfassla b’mod speċifiku biex tissodisfa l-bżonnijiet tagħhom f’dik is-sitwazzjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-Artikolu 24 tal-Karta u l-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal jiġu applikati.

(32) Jista’ jkun hemm każijiet fejn ma jkunx possibbli li fil-prattika jkunu żgurati minnufih ċerti garanziji ta’ akkoljenza fid-detenzjoni, pereżempju minħabba l-post ġeografiku jew l-istruttura speċifika tal-faċilità tad-detenzjoni. Kwalunkwe deroga minn dawk il-garanziji jenħtieġ li tkun temporanja u jenħtieġ li tiġi applikata biss fiċ-ċirkostanzi stipulati f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li d-derogi jiġu applikati biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u jenħtieġ li jiġu debitament ġustifikati, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ, inkluż il-livell ta’ severità tad-deroga applikata, it-tul tagħha u l-impatt tagħha fuq l-applikant ikkonċernat.

(33) Sabiex tiġi żgurata aħjar l-integrità fiżika u psikoloġika tal-applikanti, jenħtieġ li d-detenzjoni tkun miżura tal-aħħar istanza u jenħtieġ li jkun possibbli biss li applikanti jiġu detenuti wara li jkunu ġew eżaminati kif xieraq il-miżuri alternattivi kollha mhux ta’ kustodja għad-detenzjoni. Jenħtieġ li l-obbligu li jiġu eżaminati dawk il-miżuri alternattivi ma jippreġudikax l-użu tad-detenzjoni meta tali miżuri alternattivi, inklużi l-obbligi ta’ residenza u ta’ rappurtar, ma jkunux jistgħu jiġu applikati b’mod effettiv. Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni li timponi detenzjoni tiddikjara r-raġunijiet għaliex miżuri alternattivi inqas koerċittivi ma setgħux jiġu applikati b’mod effettiv. Jenħtieġ li kwalunkwe miżura alternattiva għad-detenzjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-bniedem tal-applikanti.

(34) Biex tkun żgurata konformità mal-garanziji proċedurali tal-opportunità li jkunu kkuntattjati organizzazzjonijiet jew gruppi ta’ persuni li jipprovdu assistenza legali, jenħtieġ li tingħata informazzjoni dwar tali organizzazzjonijiet u gruppi ta’ persuni.

(35) Meta jiddeċiedu dwar l-arranġamenti ta’ akkomodazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-aħjar interessi tat-tfal, kif ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari ta’ kwalunkwe applikant li jkun dipendenti fuq membri tal-familja jew qraba stretti bħal aħwa minuri mhux miżżewġa li jkunu diġà preżenti fl-Istat Membru.

(36) Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikorru għal soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni temporanja ta’ standard aktar baxx fejn il-kapaċitajiet ta’ akkomodazzjoni li jkunu normalment disponibbli jkunu ġew eżawriti temporanjament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll jirrikorru għal dawk is-soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni temporanja, meta, minħabba numru sproporzjonat ta’ persuni li jridu jiġu akkomodati jew minħabba diżastru naturali jew ikkawżat mill-bniedem, il-kapaċitajiet ta’ akkomodazzjoni normalment disponibbli jkunu temporanjament mhux disponibbli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw li jipprovdu tali soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni temporanja fi strutturi ta’ bini fiss sa fejn ikun possibbli.

(37) L-akkoljenza ta’ persuni bi bżonnijiet ta’ akkoljenza speċjali jenħtieġ li tkun ta’ interess primarju għall-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiżguraw li tali akkoljenza tkun imfassla b’mod speċifiku biex tissodisfa l-bżonnijiet tagħhom ta’ akkoljenza speċjali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll, sa fejn ikun possibbli, il-prevenzjoni ta’ attakki u vjolenza, inkluża vjolenza mwettqa b’motiv sesswali, ta’ ġeneru, razzist jew reliġjuż, meta jipprovdu l-akkomodazzjoni. Il-vjolenza b’motiv reliġjuż tinvolvi wkoll vjolenza diretta lejn persuni li ma għandhomx twemmin reliġjuż jew li rrinunzjaw it-twemmin reliġjuż tagħhom.

(38) Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jfittxu li jiżguraw rispett sħiħ tal-prinċipji tal-aħjar interessi tat-tfal u tal-unità tal-familja, f’konformità mal-Karta, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u, fejn applikabbli, il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika.

(39) Jeħtieġ li l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza jiġu adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-minuri u l-bżonnijiet tagħhom ta’ akkoljenza speċjali, kemm jekk mhux akkumpanjati kif ukoll jekk fil-familji, b’attenzjoni dovuta għas-sigurtà tagħhom, inkluża s-sigurtà kontra l-vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru, u għall-kura fiżika u emozzjonali tagħhom u jeħtieġ li jiġu pprovduti b’mod li jħeġġeġ l-iżvilupp ġenerali tagħhom.

(40) Il-minuri, bħala regola, jenħtieġ li ma jinżammux f’detenzjoni. Jenħtieġ li jitqiegħdu f’akkomodazzjoni xierqa b’kundizzjonijiet speċjali għall-minuri, inkluż, fejn xieraq, f’postijiet mhux ta’ kustodja bbażati fil-komunità. Minħabba l-impatt negattiv tad-detenzjoni fuq il-minuri, jenħtieġ li tali detenzjoni tintuża biss, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, esklużivament f’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta jkun strettament meħtieġ, bħala miżura tal-aħħar istanza u għall-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli, wara li jkun ġie stabbilit li miżuri alternattivi oħra inqas koerċittivi ma jkunux jistgħu jiġu applikati b’mod effettiv, u wara li d-detenzjoni tiġi vvalutata li tkun fl-aħjar interessi tagħhom. Jenħtieġ li l-minuri qatt ma jkunu detenuti f’ħabs jew f’faċilità oħra użata għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi. Jenħtieġ li l-minuri ma jiġux separati mill-ġenituri jew mill-indokraturi tagħhom, u jenħtieġ li l-prinċipju tal-unità tal-familja ġeneralment iwassal għall-użu ta’ alternattivi adegwati għad-detenzjoni ta’ familji b’minuri, f’akkomodazzjoni xierqa għalihom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsir kull ma hu possibbli biex jiġi żgurat li jkun hemm disponibbli u aċċessibbli firxa vijabbli ta’ alternattivi adegwati għad-detenzjoni tal-minuri. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu d-Dikjarazzjoni ta’ New York għar-Refuġjati u l-Migranti tad-19 ta’ Settembru 2016, gwida awtoritattiva rilevanti mill-korp tat-Trattat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, u l-ġurisprudenza rilevanti.

(41) Fil-komunikazzjoni tagħha tat-12 ta’ April 2017 Il-protezzjoni tat-tfal migranti, il-Kummissjoni ssottolinjat li l-Istati Membri jeħtiġilhom idaħħlu fis-seħħ salvagwardji xierqa biex jipproteġu lit-tfal kollha migranti preżenti fit-territorju tagħhom, inkluż bl-adozzjoni ta’ miżuri biex jiżguraw li t-tfal jingħataw akkomodazzjoni sikura u xierqa, kif ukoll is-servizzi ta’ appoġġ meħtieġa biex jiġu żgurati l-aħjar interessi u l-benesseri tat-tfal, f’konformità mal-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw mil-liġi nazzjonali, mil-liġi tal-Unjoni u mil-liġi internazzjonali.

(42) Ir-rappreżentanti għandhom rwol kruċjali biex jiggarantixxu l-aċċess għad-drittijiet skont din id-Direttiva u jissalvagwardjaw l-aħjar interessi tat-tfal kollha mhux akkumpanjati. Il-ħatra bikrija ta’ rappreżentanti hija essenzjali biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ tfal migranti li jgħibu fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jinħatru rappreżentanti malajr kemm jista’ jkun, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, biex jiżguraw li t-tfal mhux akkumpanjati jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom bħala applikanti għall-protezzjoni internazzjonali mogħtija skont din id-Direttiva.

(43) Jenħtieġ li r-rwol ewlieni ta’ rappreżentant ikun li jiggarantixxi l-aħjar interessi tat-tfal u li jirrappreżenta, jassisti jew jaġixxi f’isem minuri mhux akkumpanjat. Jenħtieġ li r-rappreżentant ikun jista’ jispjega l-informazzjoni pprovduta lill-minuri mhux akkumpanjat, iżomm kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti biex jiżgura aċċess immedjat għall-minuri mhux akkumpanjat għall-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u l-kura tas-saħħa u jirrappreżenta, jassisti jew, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jaġixxi f’isem minuri mhux akkumpanjat biex jiżgura li dak il-minuri jkun jista’ jibbenefika mid-drittijiet u jikkonforma mal-obbligi previsti f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li r-rappreżentanti jinħatru f’konformità mal-proċedura definita mil-liġi nazzjonali.

(44) Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru rappreżentant meta ssir applikazzjoni minn persuna li tiddikjara li hija minuri u li ma tkunx akkumpanjata. Jenħtieġ li rappreżentant jinħatar ukoll meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom raġunijiet oġġettivi biex jemmnu li l-persuna hija minuri fid-dawl ta’ sinjali viżibbli, dikjarazzjonijiet jew imġiba rilevanti. Meta Stat Membru jkun ivvaluta li persuna li tiddikjara li hija minuri ikollha mingħajr ebda dubju aktar minn 18-il sena, ma jeħtieġx li jaħtar rappreżentant.

(45) Sakemm ir-rappreżentant ikun inħatar, jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeżinjaw persuna xierqa biex provviżorjament taġixxi bħala rappreżentant skont din id-Direttiva. Dik il-persuna tista’ tkun, pereżempju impjegat ta’ ċentru ta’ akkoljenza, ta’ faċilità ta’ kura tat-tfal, ta’ servizzi soċjali, jew ta’ organizzazzjoni rilevanti oħra ddeżinjata biex twettaq il-kompiti ta’ rappreżentant. Persuni li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew potenzjalment jistgħu joħolqu kunflitt ma’ dawk tal-minuri mhux akkumpanjat jenħtieġ li ma jkunux iddeżinjati bħala persuna xierqa biex taġixxi b’mod proviżorju bħala rappreżentant. Huwa importanti wkoll li tali persuna tiġi infurmata immedjatament meta ssir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn minuri mhux akkumpanjat.

(46) Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-applikanti jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa, kemm jekk din tingħata minn tobba ġeneralisti, kif ukoll, fejn meħtieġ, minn tobba speċjalisti. Jenħtieġ li l-kura tas-saħħa meħtieġa tkun ta’ kwalità adegwata u li tinkludi, għall-anqas, kura ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard, inklużi disturbi mentali serji, u kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva essenzjali biex tiġi indirizzata kundizzjoni fiżika serja. Sabiex iwieġbu għall-preokkupazzjonijiet tas-saħħa pubblika rigward il-prevenzjoni tal-mard u jissalvagwardjaw is-saħħa tal-applikanti, jenħtieġ li l-aċċess tal-applikanti għall-kura tas-saħħa jinkludi wkoll trattament mediku preventiv, bħall-vaċċinazzjonijiet. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll jirrikjedu skrinjar mediku għall-applikanti għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika. Jenħtieġ li r-riżultati tal-iskrinjar mediku ma jinfluwenzawx il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, li jenħtieġ li dejjem isir b’mod oġġettiv, imparzjali u fuq bażi individwali f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1348.

(47) Jenħtieġ li jkun possibbli għad-dritt ta’ applikant għal kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali skont din id-Direttiva li jitnaqqas f’ċerti ċirkostanzi, bħal meta applikant ikun ħarab lejn Stat Membru ieħor mill-Istat Membru fejn dak l-applikant ikun meħtieġ li jkun preżenti. Madankollu, f’kull ċirkostanza, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw aċċess għall-kura tas-saħħa u standard tal-għajxien għall-applikanti li jkun f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluża l-Karta u obbligi internazzjonali oħra, inkluża l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Jenħtieġ li l-Istati Membri b’mod partikolari jipprovdu għas-sussistenza u l-bżonnijiet bażiċi tal-applikant, kemm f’termini tas-sikurezza fiżika u d-dinjità, kif ukoll f’termini tar-relazzjonijiet interpersonali, b’attenzjoni partikolari għall-vulnerabbiltajiet inerenti tal-persuna bħala applikant għall-protezzjoni internazzjonali u dik tal-familja jew tal-indokratur tagħha. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lill-applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-bżonnijiet speċifiċi tal-applikanti li jkunu esperjenzaw vjolenza sesswali jew abbażi tas-sess, b’mod partikolari n-nisa, anke billi jiġi żgurat aċċess, fi stadji differenti tal-proċedura għal protezzjoni internazzjonali, għal kura tas-saħħa, assistenza legali, u għal konsulenza għal trawma u kura psikosoċjali.

(48) Jenħtieġ li jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tal-minuri, b’mod partikolari rigward ir-rispett għad-dritt tat-tfal għal edukazzjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa. Jenħtieġ li t-tfal minuri ta’ applikanti u applikanti li huma minuri jingħataw l-istess aċċess għall-edukazzjoni bħaċ-ċittadini proprji tal-Istati Membri u b’kundizzjonijiet simili. Ma jkunx hemm bżonn li dak l-aċċess jiġi pprovdut waqt il-btajjel tal-iskola. Jenħtieġ li, bħala regola, l-edukazzjoni tagħhom tkun integrata ma’ dik taċ-ċittadini proprji tal-Istati Membri u tkun tal-istess kwalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-kontinwità tal-edukazzjoni tal-minuri sal-mument meta miżura ta’ tkeċċija kontrihom jew kontra l-ġenituri tagħhom tkun infurzata.

(49) Fid-dawl tal-Karta, tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-ġurisprudenza rilevanti, u sabiex ma ssirx diskriminazzjoni kontra l-membri tal-familja abbażi tal-post fejn ġiet iffurmata l-familja, il-kunċett ta’ familja jenħtieġ li jinkludi wkoll familji ffurmati barra mill-pajjiż ta’ oriġini tal-applikanti, iżda qabel il-wasla tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri.

(50) Sabiex tkun promossa l-awtosuffiċjenza tal-applikanti u biex ikunu limitati d-diskrepanzi kbar bejn l-Istati Membri, huwa essenzjali li jingħataw regoli ċari dwar l-aċċess tal-applikanti għas-suq tax-xogħol u li jiġi żgurat li dan l-aċċess ikun effettiv, billi ma jiġux imposti kundizzjonijiet li effettivament ixekklu lill-applikant milli jfittex impjieg, billi ma jiġux ristretti indebitament l-aċċess għal setturi speċifiċi tas-suq tax-xogħol jew il-ħinijiet tax-xogħol tal-applikant u billi ma jiġux stabbiliti formalitajiet amministrattivi mhux raġonevoli. L-applikanti li jkollhom aċċess effettiv għas-suq tax-xogħol u ġew permessi jirrisjedu biss f’post speċifiku jenħtieġ li jkunu jistgħu jfittxu impjieg f’distanza raġonevoli minn dak il-post. Meta kuntratt ta’ xogħol tal-applikant hekk jirrikjedi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu lill-applikant jitlaq mit-territorju tagħhom biex iwettaq kompiti ta’ xogħol speċifiċi fi Stat Membru ieħor f’konformità mal-liġi nazzjonali. It-testijiet tas-suq tax-xogħol użati biex jagħtu prijorità liċ-ċittadini jew lil ċittadini oħra tal-Unjoni jew lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li jirrisjedu fl-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li ma jxekklux l-aċċess effettiv għall-applikanti għas-suq tax-xogħol u jenħtieġ li jiġu implimentati mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti tal-Adeżjoni applikabbli.

(51) Jenħtieġ li l-aċċess għas-suq tax-xogħol jintitola lill-applikant ifittex impjieg. Huwa possibbli għall-Istati Membri wkoll li jippermettu lill-applikanti jaħdmu għal rashom.

(52) Sabiex jiżdiedu l-prospetti ta’ integrazzjoni u awtosuffiċjenza tal-applikanti, huwa mħeġġeġ aċċess aktar kmieni għas-suq tax-xogħol meta l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba, inkluż meta l-eżami tagħha jkun ingħata prijorità f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1348. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu li jnaqqsu dak il-perjodu ta’ żmien kemm jista’ jkun f’każijiet meta l-applikazzjoni aktarx ikollha bażi tajba. Jenħtieġ li l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma jingħatax, jew, jekk ikun diġà ngħata, jenħtieġ li jiġi rtirat meta applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tal-applikant aktarx tkun bla bażi u li għaliha tkun għalhekk ġiet applikata proċedura ta’ eżami aċċellerata, inkluż meta l-informazzjoni jew dokumenti rilevanti għall-identità tal-applikant tkun ġiet moħbija.

(53) Ladarba l-applikanti jingħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, jenħtieġ li jkunu intitolati għal sett komuni ta’ drittijiet abbażi tat-trattament ugwali maċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ikopru għall-anqas il-ħlas u s-sensja, ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, is-sigħat tax-xogħol, il-liv u l-vaganzi, filwaqt li jitqiesu l-ftehimiet kollettivi fis-seħħ. Jenħtieġ li tali applikanti jgawdu wkoll minn trattament ugwali fir-rigward tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u, fir-rigward tal-applikanti impjegati, is-sigurtà soċjali. Huwa possibbli għall-Istati Membri li jagħtu trattament ugwali wkoll lill-applikanti li jkunu jaħdmu għal rashom. L-Istati Membri għandhom jużaw l-aħjar sforzi tagħhom biex jipprevjenu l-isfruttament tal-applikanti jew kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni kontrihom fuq il-post tax-xogħol permezz ta’ prattiki tax-xogħol mhux iddikjarati u forom oħra ta’ sfruttament sever tax-xogħol.

(54) Ladarba l-applikanti jkunu ngħataw aċċess għas-suq tax-xogħol, jenħtieġ li Stat Membru jirrikonoxxi l-kwalifiki professjonali miksuba minn applikant fi Stat Membru ieħor bl-istess mod ta’ dawk ta’ ċittadini tal-Unjoni u jenħtieġ li jqis il-kwalifiki miksuba f’pajjiż terz skont id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll miżuri sabiex jiġu indirizzati b’mod effettiv id-diffikultajiet prattiċi li jiltaqgħu magħhom l-applikanti dwar l-awtentikazzjoni tad-diplomi u ċ-ċertifikati barranin tagħhom jew ta’ evidenza oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom, b’mod partikolari meta l-applikanti ma jkunux jistgħu jipprovdu evidenza dokumentarja u ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-ispejjeż relatati mal-proċeduri ta’ rikonoxximent.

(55) Il-fergħat tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikoli 3(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill japplikaw fir-rigward ta’ applikanti fl-impjieg.

(56) Minħabba n-natura possibbilment temporanja tas-soġġorn tal-applikanti u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jeskludu benefiċċji ta’ sigurtà soċjali li mhumiex dipendenti fuq perjodi ta’ impjieg jew fuq kontribuzzjonijiet minn trattament ugwali bejn l-applikanti u ċ-ċittadini proprji tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll jirristrinġu l-applikazzjoni tat-trattament ugwali b’relazzjoni mal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u r-rikonoxximent ta’ kwalifiki formali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu wkoll jillimitaw id-dritt ta’ libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni billi jeskludu applikanti milli jieħdu sehem fil-ġestjoni ta’ ċerti korpi u milli jokkupaw kariga pubblika.

(57) Il-liġi tal-Unjoni ma tillimitax is-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, huwa fil-kompitu ta’ kull Stat Membru li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jingħataw il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, kif ukoll l-ammont ta’ tali benefiċċji u l-perjodu li għalih jingħataw. Madankollu, meta jkunu qed jeżerċitaw dik is-setgħa, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

(58) Il-ħiliet lingwistiċi huma importanti sabiex jiġi żgurat li l-applikanti jkollhom standard tal-għajxien adegwat. Dawk il-ħiliet jikkostitwixxu wkoll deterrent kontra movimenti sekondarji. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw jew jiffaċilitaw l-aċċess għal korsijiet tal-lingwa sa fejn iqisu tali korsijiet xierqa sabiex jgħinu biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-applikant li jaġixxi b’mod awtonomu u jinteraġixxi mal-awtoritajiet kompetenti.

(59) Jenħtieġ li d-dritt għal trattament ugwali ma jagħtix lok għal drittijiet b’relazzjoni ma’ sitwazzjonijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(60) Sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li jingħataw lill-applikanti jkunu konformi mal-prinċipji stipulati f’din id-Direttiva, huwa meħtieġ li tkompli tiġi ċċarata n-natura ta’ dawk il-kundizzjonijiet, li jenħtieġ li jinkludu mhux biss l-akkomodazzjoni, l-ikel u l-ħwejjeġ iżda anke oġġetti ta’ iġjene personali. Jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiddeterminaw il-livell ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali pprovduti fil-forma ta’ allowances finanzjarji jew vawċers fuq il-bażi ta’ referenzi rilevanti applikati biex jiżguraw standard tal-għajxien adegwat għaċ-ċittadini, bħal, skont il-kuntest nazzjonali, benefiċċji ta’ introjtu minimu, pagi minimi, pensjonijiet minimi, benefiċċji ta’ qgħad u benefiċċji ta’ assistenza soċjali. Madankollu, mhuwiex meħtieġ li l-ammont mogħti lill-applikanti jkun l-istess bħal dak taċ-ċittadini. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu trattament anqas favorevoli lill-applikanti minn dak li jagħtu liċ-ċittadini kif speċifikat f’din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom ukoll il-possibbiltà li jadattaw il-livell ta’ allowances finanzjarji jew il-vawċers mogħtija lill-applikanti fir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), dment li l-istandard tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza previst f’din id-Direttiva jiġi żgurat.

(61) Sabiex inaqqsu l-possibbiltà tal-abbuż tas-sistema ta’ akkoljenza, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali biss sa fejn l-applikanti ma jkollhomx biżżejjed mezzi biex jipprovdu għalihom infushom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrikjedu li l applikanti b’mezzi suffiċjenti jkopru l-ispiżatal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jew tal-kura tas-saħħa riċevuta, jikkontribwixxu għalihom, jew jirritornawhom, inkluż permezz ta’ garanziji finanzjarji. Huwa possibbli għall-applikanti li jitqiesu bħala li għandhom mezzi suffiċjenti biex jipprovdu għalihom infushom jekk, pereżempju, kienu qed jaħdmu għal perjodu ta’ żmien raġonevoli. Meta jivvalutaw ir-riżorsi ta’ applikant u jirrikjedu li applikant ikopri jew jikkontribwixxi għall-ispiża tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jew tal-kura tas-saħħa riċevuta, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità u jqisu ċ-ċirkustanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li d-dinjità jew l-integrità personali tiegħu jiġu rrispettati, inklużi l-bżonnijiet ta’ akkoljenza speċjali tal-applikant. Jenħtieġ li l-applikanti ma jkunux meħtieġa jkopru jew jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa neċessarja tagħhom meta l-kura tas-saħħa tiġi pprovduta mingħajr ħlas liċ-ċittadini tal-Istati Membri. Jenħtieġ li l-applikanti ma jkunux meħtieġa jieħdu self biex iħallsu għall-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza.

(62) Jenħtieġ ukoll li l-possibbiltà ta’ abbuż tas-sistemi ta’ akkoljenza tkun prevenuta billi jkunu speċifikati ċ-ċirkostanzi meta kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jistgħu jitnaqqsu jew jiġu rtirati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jnaqqsu jew jirtiraw l-allowance għall-ispejjeż ta’ kuljum jew, meta debitament ġustifikat u proporzjonat, inaqqsu kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali oħra meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, inkluż meta l-applikant ma jikkooperax mal-awtoritajiet kompetenti jew ma jikkonformax mar-rekwiżiti proċedurali stabbiliti minnhom. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni jew in-nuqqas ta’ konformità jistgħu jitqiesu li jseħħu b’mod partikolari meta: l-applikanti jonqsu milli jattendu għal appuntamenti fissi jew milli jikkonformaw mal-obbligi ta’ rappurtar għal raġunijiet li ma jkunux barra mill-kontroll tagħhom; l-applikanti jonqsu milli jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2024/1348 minkejja li jkun kellhom opportunità effettiva biex jagħmlu dan; jew l-applikanti jonqsu milli jirrispettaw it-talbiet biex jipprovdu informazzjoni sabiex l-identifikazzjoni tagħhom tiġi ffaċilitata, inkluż billi jirrifjutaw li jipprovdu data bijometrika jew informazzjoni neċessarja ta’ kuntatt jew billi jirrifjutaw li jikkooperaw matul proċeduri ta’ skrinjar mediku. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri, meta jkun debitament ġustifikat u proporzjonat, ikunu jistgħu jirtiraw kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali oħra meta l-applikant ikun kiser serjament jew ripetutament ir-regoli taċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni jew ikun ġab ruħu b’mod vjolenti jew wera mġiba ta’ theddid fiċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri dejjem jiżguraw standard tal-għajxien għall-applikanti kollha f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluża l-Karta, u l-obbligi internazzjonali, b’kont meħud tal-applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza u fl-aħjar interessi tat-tfal.

(63) Huwa possibbli għall-Istati Membri li japplikaw penali oħra, inklużi miżuri dixxiplinarji f’konformità mar-regoli taċ-ċentru ta’ akkoljenza, dment li dawk il-penali u miżuri ma jmorrux kontra din id-Direttiva.

(64) Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu gwida, monitoraġġ u kontroll xierqa tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza tagħhom. Sabiex jiżguraw kundizzjonijiet ta’ akkoljenza paragunabbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jqisu, fis-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tagħhom, standards operazzjonali mhux vinkolanti disponibbli, indikaturi, linji gwida u l-aħjar prattiki rigward il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza żviluppati mill-Aġenzija għall-Ażil. Dment li l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jipprovdu standard tal-għajxien adegwat, il-kundizzjonijiet f’bini għall-akkomodazzjoni tal-applikanti jistgħu jitqiesu xierqa anke jekk ikunu differenti minn faċilità għall-oħra. Jenħtieġ li jkunu żgurati l-effiċjenza ta’ sistemi nazzjonali ta’ akkoljenza u l-kooperazzjoni fost Stati Membri fil-qasam tal-akkoljenza tal-applikanti, inkluż permezz tan-network tal-Aġenzija għall-Ażil tal-awtoritajiet ta’ akkoljenza.

(65) Jenħtieġ li tiġi inkoraġġita koordinazzjoni xierqa bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-akkoljenza tal-applikanti, u għalhekk jenħtieġ li jkunu promossi relazzjonijiet armonjużi bejn il-komunitajiet lokali u ċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni.

(66) L-esperjenza turi li l-ippjanar ta’ kontinġenza huwa meħtieġ biex tiġi żgurata sa fejn ikun possibbli akkoljenza xierqa tal-applikanti f’każijiet fejn l-Istati Membri jħabbtu wiċċhom ma’ għadd sproporzjonat ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li jsir monitoraġġ u valutazzjoni ta’ jekk il-miżuri previsti fil-pjanijiet ta’ kontinġenza tal-Istati Membri humiex adegwati. L-ippjanar ta’ kontinġenza huwa parti integrali mill-proċessi tal-ippjanar tal-Istati Membri u ma jistax jitqies bħala attività eċċezzjonali.

(67) Jenħtieġ li l-Aġenzija għall-Ażil tassisti lill-Istati Membri jfasslu u jirrieżaminaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom, bil-qbil tal-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li pjan ta’ kontinġenza jikkonsisti minn sett komprensiv ta’ miżuri li huma meħtieġa sabiex tiġi indirizzata l-possibbiltà ta’ pressjoni sproporzjonata fuq is-sistemi ta’ akkoljenza tal-Istati Membri, u biex tissaħħaħ l-effiċjenza ta’ dawk is-sistemi. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, sitwazzjoni ta’ pressjoni sproporzjonata tista’ tiġi kkaratterizzata minn influss massiv għall-għarrieda ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ta’ persuni apolidi sal-punt li dak l-influss iqiegħed piż estrem anke fuq sistema ta’ akkoljenza mħejjija tajjeb. Biex tinkiseb tħejjija akbar għal tali sitwazzjoni, il-mudell żviluppat mill-Aġenzija għall-Ażil jenħtieġ li jinkludi gwida dwar kif jiġu identifikati xenarji possibbli, l-impatt ta’ dawk ix-xenarji, l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu u r-riżorsi disponibbli biex jingħata rispons għal dawk ix-xenarji.

(68) Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa li jintroduċu jew iżommu provvedimenti iktar favorevoli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi li jitolbu protezzjoni internazzjonali mingħand Stat Membru.

(69) L-Istati Membri huma mistiedna japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva b’konnessjoni ma’ proċeduri biex ikunu deċiżi applikazzjonijiet għal forom ta’ protezzjoni għajr dawk previsti fir-Regolament (UE) 2024/1347 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(70) Jenħtieġ li l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva tiġi vvalutata f’intervalli regolari. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissodisfa l-obbligi ta’ rappurtar tagħha skont din id-Direttiva.

(71) Minħabba li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tistabbilixxi standards armonizzati dwar il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza tal-applikanti fl-Istati Membri, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(72) F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jżidu man-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom, f’każijiet ġustifikati, dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dokumenti ta’ dak it-tip hija ġustifikata.

(73) F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(74) F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(75) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali, u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-dinjità tal-bniedem u li tippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1, 4, 6, 7, 18, 21, 24 u 47 tal-Karta u trid tiġi implimentata b’mod korrispondenti.

(76) Jenħtieġ li l-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbel mad-Direttiva ta’ qabel. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula joħroġ mid-Direttiva ta’ qabel.

(77) Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness I,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I SUĠĠETT, DEFINIZZJONIJIET U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Artikolu 1 Suġġett

Din id-Direttiva tippreskrivi standards għall-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali fl-Istati Membri.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew applikazzjoni tfisser talba għal protezzjoni minn Stat Membru magħmula minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li tista’ tinftiehem li qed tfittex status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja;

(2) applikant tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li għamlet applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali li dwarha tkun għadha ma tteħditx deċiżjoni finali;

(3) membri tal-familja tfisser, dment li l-familja tkun diġà teżisti qabel ma l-applikant ikun wasal fit-territorju tal-Istati Membri, il-membri tal-familja tal-applikant li ġejjin, li jkunu preżenti fit-territorju tal-istess Stat Membru matul il-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali:

(3)

(a) il-konjuġi tal-applikant jew is-sieħeb/sieħba tiegħu/tagħha mhux miżżewġin f’relazzjoni stabbli, meta l-liġi jew il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat tittratta koppji mhux miżżewġin bħala koppji ekwivalenti għal koppji miżżewġin;

(b) it-tfal minuri jew adulti dipendenti tal-koppji, kif imsemmi fil-punt (a) jew tal-applikant, dment li ma jkunux miżżewġin u irrispettivament mill-fatt jekk twildux ġewwa jew barra ż-żwieġ jew adottati kif previst skont il-liġi nazzjonali; minuri huwa meqjus mhux miżżewweġ dment li, abbażi ta’ valutazzjoni individwali, iż-żwieġ tal-minuri ma jkunx f’konformità mal-liġi nazzjonali rilevanti li kieku ġie kkuntrattat fl-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari, meta tiġi kkunsidrata l-età legali taż-żwieġ.

(c) meta l-applikant huwa minuri u mhux miżżewweġ, il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għal dak l-applikant, inkluż aħwaadulti, sew jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat; minuri huwa meqjus mhux miżżewweġ dment li, abbażi ta’ valutazzjoni individwali, iż-żwieġ tal-minuri ma jkunx f’konformità mal-liġi nazzjonali rilevanti li kieku ġie kkuntrattat fl-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari meta tiġi kkunsidrata l-età legali taż-żwieġ.

(4) minuri tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida taħt l-età ta’ 18-il sena;

(5) minuri mhux akkumpanjat tfisser minuri li jasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkumpanjat minn adult responsabbli għalih kemm jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, u għaż-żmien sakemm dak il-minuri ma jitteħidx effettivament fir-responsabbiltà ta’ tali adult, inkluż minuri li jitħalla mhux akkumpanjat wara li jkun daħal fit-territorju tal-Istati Membri;

(6) kundizzjonijiet ta’ akkoljenza tfisser is-sett sħiħ ta’ miżuri li Stati Membri jagħtu lill-applikanti f’konformità ma’ din id-Direttiva;

(7) kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali tfisser kundizzjonijiet ta’ akkoljenza li jinkludu akkomodazzjoni, ikel, ħwejjeġ u oġġetti tal-iġjene personali pprovduti in natura, jew bħala allowances finanzjarji, bħala vawċers, jew b’kombinazzjoni magħhom, kif ukoll allowance għall-ispejjeż ta’ kuljum;

(8) allowance għall-ispejjeż ta’ kuljum tfisser allowance mogħtija lill-applikanti perjodikament biex ikunu jistgħu jgawdu grad minimu ta’ awtonomija fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, ipprovduta fil-forma ta’ ammont monetarju, f’vawċers, in natura, jew b’kombinazzjoni tagħhom, dment li din l-allowance tinkludi ammont monetarju;

(9) detenzjoni tfisser restrizzjoni ta’ applikant minn Stat Membru f’post partikulari, fejn l-applikant ikun imċaħħad mil-libertà ta’ moviment tiegħu;

(10) ċentru ta’ akkomodazzjoni tfisser kwalunkwe post użat għall-akkomodazzjoni kollettiva tal-applikanti;

(11) riskju ta’ ħarba tfisser l-eżistenza ta’ raġunijiet u ċirkostanzi speċifiċi f’każ individwali, li jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi ddefiniti mil-liġi nazzjonali, biex wieħed jemmen li applikant jista’ jaħrab;

(12) ħarba tfisser l-azzjoni li biha applikant ma jibqax disponibbli għall-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji kompetenti, bħal meta jitlaq mit-territorju tal-Istat Membru mingħajr permess mill-awtoritajiet kompetenti, għal raġunijiet li ma jkunux barra mill-kontroll tal-applikant;

(13) rappreżentant tfisser persuna fiżika jew organizzazzjoni, inkluża awtorità pubblika, maħtura mill-awtoritajiet kompetenti, bil-ħiliet u l-għarfien espert meħtieġa, inkluż fir-rigward tat-trattament u l-bżonnijiet speċifiċi ta’ minuri, sabiex jirrappreżentaw, jassistu u jaġixxu f’isem minuri mhux akkumpanjat, kif applikabbli, sabiex jissalvagwardjaw l-aħjar interessi u l-benesseri ġenerali ta’ dak il-minuri mhux akkumpanjat u sabiex il-minuri mhux akkumpanjat ikun jista’ jibbenefika mid-drittijiet u jikkonforma mal-obbligi previsti f’din id-Direttiva;

(14) applikant bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza tfisser applikant li jeħtieġ kundizzjonijiet jew garanziji speċjali sabiex jibbenefika mid-drittijiet u biex jikkonforma mal-obbligi previsti f’din id-Direttiva.

Artikolu 3 Kamp ta’ applikazzjoni

1. Din id-Direttiva tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi u għall-persuni apolidi li jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fit-territorju, inkluż fil-fruntiera esterna, fl-ibħra territorjali jew fiż-żoni ta’ tranżitu tal-Istati Membri, dment li dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi jitħallew joqogħdu fit-territorju bħala applikanti. Din id-Direttiva tapplika wkoll għall-membri tal-familja ta’ applikant dment li dawk il-membri tal-familja jkunu koperti minn tali applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f’konformità mal-liġi nazzjonali.

2. Din id-Direttiva ma tapplikax f’każijiet ta’ rikjesti għall-ażil diplomatiku jew territorjali ppreżentati quddiem ir-rappreżentanzi tal-Istati Membri.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din id-Direttiva b’konnessjoni ma’ proċeduri biex ikunu deċiżi applikazzjonijiet għal forom ta’ protezzjoni għajr dawk skont ir-Regolament (UE) 2024/1347.

Artikolu 4 Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza għall-applikanti kif ukoll għall-membri tal-familja u qraba stretti tal-applikanti li jkunu preżenti fl-istess Stat Membru, dment li tali membri tal-familja u qraba stretti jkunu dipendenti fuq l-applikanti, jew għal raġunijiet umanitarji, dment li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu kompatibbli ma’ din id-Direttiva.

KAPITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET TA’ AKKOLJENZA

Artikolu 5 Informazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-applikanti informazzjoni relatata mal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluża informazzjoni speċifika għas-sistemi ta’ akkoljenza tagħhom, malajr kemm jista’ jkun, u fi żmien biżżejjed biex effettivament jippermettu lill-applikanti jibbenefikaw mid-drittijiet u jikkonformaw mal-obbligi previsti f’din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jagħtu lill-applikanti informazzjoni standard relatata mal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-użu ta’ mudell li għandu jiġi żviluppat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (l-Aġenzija għall-Ażil). Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn tlett ijiem minn meta ssir l-applikazzjoni jew fi ħdan il-qafas ta’ żmien għar-reġistrazzjoni tagħha f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1348. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jiġu pprovduti b’informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi ta’ persuni li jipprovdu assistenza u rappreżentanza legali speċifika, inkluża informazzjoni dwar organizzazzjonijiet jew gruppi ta’ persuni li jipprovdu dik l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas, u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuhom jew jinfurmawhom dwar il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza disponibbli, inkluża l-kura tas-saħħa.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tingħata bil-miktub, b’mod konċiż, trasparenti, li tinftiehem u li tkun faċilment aċċessibbli, u jintuża lingwaġġ ċar u sempliċi u f’lingwa li l-applikant jifhem jew li huwa raġonevolment mistenni li jifhem. Meta jkun meħtieġ, dik l-informazzjoni għandha wkoll tiġi pprovduta oralment jew, fejn xieraq, f’forma viżiva pereżempju permezz ta’ vidjos jew pittogrammi, u għandha tiġi adattata għall-bżonnijiet tal-applikant. Fil-każ ta’ minuri mhux akkumpanjat, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’mod adatt għall-età u b’mod li jiżgura li l-minuri mhux akkumpanjat jifhimha, billi jużaw materjali ta’ informazzjoni adattati speċifikament għall-minuri fejn xieraq. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fil-preżenza tar-rappreżentant tal-minuri mhux akkumpanjat jew tal-persuna xierqa biex taġixxi b’mod proviżorju bħala rappreżentant sakemm jinħatar ir-rappreżentant. F’każijiet eċċezzjonali, Stat Membru jista’ jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-applikant permezz ta’ traduzzjoni orali, jew fejn xieraq f’forma viżiva bħal vidjos jew pittogrammi, meta: Fil-każijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu, l-Istat Membru għandu malajr kemm jista’ jkun jikseb traduzzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bil-miktub u jagħtiha lill-applikant, ħlief meta jkun ċar li tali provvediment ma jkunx għadu meħtieġ.

2.

(a) ma tkunx tista’ tiġi pprovduta dik l-informazzjoni bil-miktub fil-limitu ta’ żmien stabbilit f’dak il-paragrafu għaliex il-lingwa li l-applikant jifhem jew huwa raġonevolment mistenni li jifhem hija lingwa rari; u

(b) dak l-applikant sussegwentement jikkonferma li jifhem l-informazzjoni pprovduta.

Artikolu 6 Dokumentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2024/1348.

2. L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu li l-applikanti, għall-unika raġuni li jkunu applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jew fuq il-bażi unika tan-nazzjonalità tagħhom, jipprovdu ammont mhux meħtieġ jew sproporzjonat ta’ dokumentazzjoni jew jimponu rekwiżiti amministrattivi oħra fuq l-applikanti qabel ma jagħtuhom id-drittijiet li huma intitolati għalihom skont din id-Direttiva.

3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-applikanti dokument tal-ivvjaġġar biss meta raġunijiet umanitarji serji jew raġunijiet imperattivi oħra jirrikjedu l-preżenza tagħhom fi Stat ieħor. Il-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tkun limitata wkoll għall-finijiet u għat-tul neċessarju għar-raġuni li minħabba fiha jkunu nħarġu.

Artikolu 7 Organizzazzjoni tas-sistemi ta’ akkoljenza

1. L-Istati Membri jistgħu jorganizzaw b’mod liberu s-sistemi ta’ akkoljenza tagħhom f’konformità ma’ din id-Direttiva. L-applikanti jistgħu jiċċaqilqu b’mod liberu fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

2. Dment li l-applikanti kollha jibbenefikaw b’mod effettiv mid-drittijiet tagħhom skont din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jallokaw applikanti f’akkomodazzjoni fit-territorju tagħhom sabiex jimmaniġġjaw is-sistemi ta’ ażil u akkoljenza tagħhom.

3. Meta l-applikanti jiġu allokati jew allokati mill-ġdid f’akkomodazzjoni, l-Istati Membri għandhom iqisu fatturi oġġettivi, inkluża l-unità tal-familja msemmija fl-Artikolu 14 u l-bżonnijiet ta’ akkoljenza speċjali tal-applikanti.

4. L-għoti ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali mill-Istati Membri jista’ jiġi magħmul soġġett għar-residenza reali mill-applikanti fl-akkomodazzjoni allokata lilhom f’konformità mal-paragrafu 2.

5. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll mekkaniżmi biex jivvalutaw u jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-sistemi ta’ akkoljenza tagħhom, inklużi mekkaniżmi bil-fini li jivverifikaw li l-applikanti jkunu realment qed jirrisjedu fl-akkomodazzjoni allokata lilhom f’konformità mal-paragrafu 2.

6. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-applikanti jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-indirizz kurrenti tagħhom, b’numru tat-telefown fejn jistgħu jintlaqħu u, jekk disponibbli, b’indirizz tal-posta elettronika. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-applikanti jinnotifikaw lil tali awtoritajiet kompetenti bi kwalunkwe bidla fl-indirizz, fin-numru tat-telefown jew fl-indirizz tal-posta elettronika mill-aktar fis possibbli.

7. L-Istati Membri ma jkunux meħtieġa jieħdu deċiżjonijiet amministrattivi għall-fini ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 8 Allokazzjoni ta’ applikanti f’żona ġeografika

1. L-Istati Membri jistgħu jallokaw l-applikanti f’żona ġeografika fit-territorju tagħhom li fih ikunu jistgħu jiċċaqilqu liberament, għat-tul tal-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1348.

2. L-Istati Membri jistgħu jallokaw lill-applikanti f’żona ġeografika fi ħdan it-territorju tagħhom skont il-paragrafu 1 biss għall-fini li jiġi żgurat l-ipproċessar rapidu, effiċjenti u effettiv tal-applikazzjonijiet tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1348 jew id-distribuzzjoni ġeografika ta’ dawk l-applikanti, b’kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet taż-żoni ġeografiċi kkonċernati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti f’konformità mal-Artikolu 5 dwar l-allokazzjoni tagħhom f’żona ġeografika, inkluż dwar il-konfini ġeografiċi ta’ dik iż-żona.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess effettiv għad-drittijiet tagħhom skont din id-Direttiva u għall-garanziji proċedurali għall-protezzjoni internazzjonali fi ħdan iż-żona ġeografika li fiha dawk l-applikanti jkunu ġew allokati. Dik iż-żona ġeografika għandha tkun kbira biżżejjed, tippermetti aċċess għall-infrastruttura pubblika meħtieġa u ma għandhiex taffettwa l-isfera inaljenabbli tal-ħajja privata tal-applikanti.

4. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa jieħdu deċiżjonijiet amministrattivi għall-fini tal-paragrafu 1.

5. L-Istati Membri, fuq talba tal-applikant, għandhom jagħtu permess lil dak l-applikant biex temporanjament jitlaq miż-żona ġeografika għal raġunijiet familjari urġenti u serji debitament ġustifikati, jew għal trattament mediku meħtieġ li ma jkunx disponibbli fiż-żona ġeografika. Meta applikant jitlaq miż-żona ġeografika mingħajr permess, Stat Membru ma għandux japplika penali għajr dawk previsti skont din id-Direttiva. L-applikant ma għandux ikun meħtieġ jitlob permess biex jattendi għal appuntamenti ma’ awtoritajiet u qrati jekk l-attendenza ta’ dak l-applikant tkun neċessarja. L-applikant għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti minn qabel għal dawn l-appuntamenti.

6. Meta jkun ġie stabbilit, inkluż b’konsegwenza ta’ talba ta’ applikant għal appell jew rieżami f’konformità mal-Artikolu 29, li applikant ma jkunx ingħata aċċess effettiv għad-drittijiet tiegħu skont din id-Direttiva jew għall-garanziji proċedurali fil-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali fi ħdan iż-żona ġeografika, l-allokazzjoni ta’ dak l-applikant fiż-żona ġeografika ma tibqax tapplika.

7. Qabel ma jiġi applikat dan l-Artikolu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu fil-liġi nazzjonali u jinforma lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għall-Ażil f’konformità mal-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/2303.

Artikolu 9 Restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ moviment

1. Meta jkun meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li applikant jitħalla biss jirrisjedi f’post speċifiku li jkun adattat għall-akkomodazzjoni tal-applikanti, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew biex jipprevjenu b’mod effettiv lill-applikant milli jaħrab, meta jkun hemm riskju ta’ ħarba, b’mod partikolari fir-rigward ta’: Meta applikant ikollu permess jirrisjedi biss f’post speċifiku f’konformità ma’ dan il-paragrafu, il-provvediment tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali għandu jkun soġġett għar-residenza reali mill-applikant f’dak il-post speċifiku.

1.

(a) l-applikanti li jkunu meħtieġa jkunu preżenti fi Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2024/1351; jew

(b) applikanti li jkunu ġew ittrasferiti lejn l-Istat Membru fejn ikunu meħtieġa li jkunu preżenti f’konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2024/1351 wara li jkunu ħarbu lejn Stat Membru ieħor.

2. L-Istati Membri jistgħu, meta jkun meħtieġ, jirrikjedu li l-applikanti jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien speċifiku jew f’intervalli raġonevoli, mingħajr ma jiġu affettwati b’mod sproporzjonat id-drittijiet tal-applikanti skont din id-Direttiva. Tali rekwiżiti ta’ rappurtar jistgħu jiġu imposti biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu rispettati jew għall-prevenzjoni b’mod effettiv li l-applikanti jaħarbu.

3. Fuq talba tal-applikant, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lil dak l-applikant permess biex jirrisjedi temporanjament barra l-post speċifiku ddeżinjat f’konformità mal-paragrafu 1. Id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw tali permess għandhom jittieħdu b’mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw raġunijiet jekk tali permess ma jingħatax. L-applikant ma għandux ikun meħtieġ jitlob permess biex jattendi għal appuntamenti ma’ awtoritajiet u qrati jekk l-attendenza ta’ dak l-applikant tkun neċessarja. L-applikant għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti b’tali appuntamenti.

4. Id-deċiżjonijiet imsemmija f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 għandhom jkunu proporzjonati u jqisu l-aspetti rilevanti tas-sitwazzjoni individwali tal-applikant, inklużi l-bżonnijiet ta’ akkoljenza speċjali ta’ dak l-applikant.

5. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw raġunijiet fil-fatt u, fejn rilevanti, fil-liġi għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu f’dik id-deċiżjoni. L-applikanti għandhom jiġu infurmati bil-miktub b’din id-deċiżjoni, kif ukoll bil-proċeduri biex jikkontestaw id-deċiżjoni skont l-Artikolu 29 u bil-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi imposti mid-deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti b’tali informazzjoni b’lingwa li huma jifhmu jew li raġonevolment mistennija li jifhmu u b’mod konċiż, trasparenti, li jinftiehem u aċċessibbli faċilment, bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda f’konformità ma’ dan l-Artikolu jiġu rieżaminati minn awtorità ġudizzjarja ex officio meta dawk id-deċiżjonijiet ikunu ġew applikati għal aktar minn xahrejn, u li dawk id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu appellati fuq talba tal-applikant ikkonċernat f’konformità mal-Artikolu 29.

Artikolu 10 Detenzjoni

1. L-Istati Membri ma għandhomx iżommu persuna f’detenzjoni għall-unika raġuni li dik il-persuna hija applikant jew fuq il-bażi tan-nazzjonalità ta’ dak l-applikant. Id-detenzjoni għandha tkun ibbażata biss fuq waħda jew aktar mir-raġunijiet għad-detenzjoni stabbiliti fil-paragrafu 4. Id-detenzjoni ma għandhiex tkun ta’ natura punittiva.

2. Meta jkun meħtieġ u fuq il-bażi ta’ valutazzjoni individwali ta’ kull każ, l-Istati Membri jistgħu jżommu applikant f’detenzjoni, sakemm miżuri inqas koerċittivi alternattivi ma jistgħux ikunu applikati b’mod effettiv.

3. Meta applikant jiġi detenut, l-Istati Membri għandhom iqisu kwalunkwe sinjal viżibbli, dikjarazzjoni jew imġiba li tindika li l-applikant għandu bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza. Meta l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 25 tkun għadha ma tlestietx, għandha titlesta mingħajr dewmien żejjed u r-riżultati tagħha għandhom jitqiesu meta jiġi deċiż jekk id-detenzjoni għandhiex titkompla jew jekk il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni għandhomx jiġu aġġustati.

4. Applikant jista’ jinżamm f’detenzjoni biss fuq il-bażi ta’ waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin: Ir-raġunijiet għad-detenzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu stabbiliti fil-liġi nazzjonali.

4.

(a) biex tiġi determinata jew ivverifikata l-identità jew in-nazzjonalità tiegħu;

(b) biex jiġu determinati l-elementi li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u li ma jkunux ottenibbli fin-nuqqas ta’ detenzjoni, b’mod partikolari fejn ikun hemm riskju ta’ ħarba;

(c) biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi ġuridiċi imposti fuq l-applikant permezz ta’ deċiżjoni individwali f’konformità mal-Artikolu 9(1) f’każijiet meta l-applikant ma jkunx ikkonforma ma’ tali obbligi u jkun jibqa’ riskju ta’ ħarba;

(d) biex tittieħed deċiżjoni, fil-kuntest ta’ proċedura fuq il-fruntiera f’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2024/1348, fuq id-dritt tal-applikant li jidħol fit-territorju;

(e) meta l-applikant jinżamm f’detenzjoni soġġett għal proċedura ta’ ritorn skont id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex iħejji r-ritorn, jew iwettaq il-proċess ta’ tneħħija, u l-Istat Membru kkonċernat ikun jista’ jissostanzja abbażi ta’ kriterji oġġettivi, inkluż li l-applikant diġà kellu l-opportunità li jaċċessa l-proċedura għall- protezzjoni internazzjonali, li hemm raġunijiet raġonevoli biex jemmen li l-applikant qed jagħmel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali sempliċiment sabiex itawwal jew jipprevjeni l-infurzar tad-deċiżjoni ta’ ritorn;

(f) meta l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku jeħtieġu hekk;

(g) f’konformità mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) 2024/1351.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli rigward l-alternattivi għad-detenzjoni, bħal rappurtaġġ regolari lill-awtoritajiet, id-depożitu ta’ garanzija finanzjarja, jew obbligu li joqgħod f’post assenjat, huma stabbiliti fil-liġi nazzjonali.

Artikolu 11 Garanziji għal applikanti detenuti

1. Applikant għandu jiġi detenut biss għal żmien qasir kemm jista’ jkun u għandu jinżamm detenut biss sakemm ikunu applikabbli r-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(4). Il-proċeduri amministrattivi rilevanti għar-raġunijiet għad-detenzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10(4) għandhom jiġi eżegwiti bid-diliġenza dovuta. Dewmien fl-ipproċessar tal-proċeduri amministrattivi li ma jistgħux ikunu attribwiti lill-applikant ma għandux jiġġustifika l-kontinwazzjoni tad-detenzjoni.

2. Id-detenzjoni tal-applikanti għandha tiġi ordnata bil-miktub minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi. L-ordni tad-detenzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet fil-fatt u fil-liġi li fuqhom hija bbażata kif ukoll għaliex ma jistgħux jiġu applikati miżuri alternattivi inqas koerċittivi.

3. Meta d-detenzjoni tiġi ordnata minn awtoritajiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu stħarriġ ġudizzjarju rapidu tal-legalità tad-detenzjoni li jiġi mwettaq ex officio jew fuq it-talba tal-applikant, jew it-tnejn li huma. Meta jitwettaq ex officio, tali stħarriġ għandu jiġi konkluż mill-aktar fis possibbli, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ, u mhux aktar tard minn 15-il jum jew, f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, mhux aktar tard minn 21 jum mill-bidu tad-detenzjoni. Meta jitwettaq fuq it-talba tal-applikant, tali stħarriġ għandu jiġi konkluż mill-aktar fis possibbli, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ, u mhux aktar tard minn 15-il jum jew, f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, mhux aktar tard minn 21 jum mit-tnedija tal-proċedimenti rilevanti. Meta l-istħarriġ ġudizzjarju msemmi fl-ewwel subparagrafu jitwettaq ex officio u ma jkunx ġie konkluż fi żmien 21 jum mill-bidu tad-detenzjoni jew, meta dan jitwettaq fuq it-talba tal-applikant u ma jkunx ġie konkluż fi żmien 21 jum mit-tnedija tal-proċedimenti rilevanti, l-applikant ikkonċernat għandu jinħeles minnufih.

4. L-applikanti detenuti għandhom jiġu infurmati minnufih bil-miktub, f’lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment mistennija li jifhmu, dwar ir-raġunijiet għad-detenzjoni u l-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali għall-kontestazzjoni tal-ordni tad-detenzjoni, kif ukoll dwar il-possibbiltà li jitolbu assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

5. Id-detenzjoni għandha tiġi mistħarrġa minn awtorità ġudizzjarja f’intervalli raġonevoli ta’ żmien, ex officio jew fuq it-talba tal-applikant ikkonċernat, b’mod partikolari kull meta din tkun għal perjodu estiż, iqumu ċirkostanzi rilevanti jew issir disponibbli informazzjoni ġdida li jista’ jkollha effett fuq il-legalità tad-detenzjoni. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, id-detenzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjati għandha tiġi mistħarrġa ex officio f’intervalli regolari. Meta, b’riżultat tal-istħarriġ ġudizzjarju, id-detenzjoni tinstab li kienet illegali, l-applikant ikkonċernat għandu jinħeles minnufih.

6. Fil-każ ta’ stħarriġ ġudizzjarju tal-ordni tad-detenzjoni previst fil-paragrafi 3 u 5 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti għandhom aċċess għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29.

Artikolu 12 Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni

1. Id-detenzjoni tal-applikanti għandha sseħħ, bħala regola, f’faċilitajiet ta’ detenzjoni speċjalizzati. Meta Stat Membru ma jkunx jista’ jipprovdi akkomodazzjoni f’faċilità ta’ detenzjoni speċjalizzata u jkun obbligat li jirrikorri għall-akkomodazzjoni f’ħabs, l-applikant detenut għandu jinżamm separatament mill-ħabsin ordinarji u għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni previsti f’din id-Direttiva. Sakemm ikun possibbli, l-applikanti detenuti għandhom jinżammu separatament minn ċittadini oħra ta’ pajjiżi terzi li ma jippreżentawx applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Meta l-applikanti ma jkunux jistgħu jinżammu separatament minn ċittadini ta’ pajjiż terz oħrajn, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li japplikaw il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni previsti f’din id-Direttiva.

2. Applikanti f’detenzjoni għandu jkollhom aċċess għal spazji fil-beraħ.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li jirrappreżentaw lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) ikollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw mal-applikanti u li jżuruhom f’kundizzjonijiet li jirrispettaw il-privatezza. Dik il-possibilità għandha tapplika wkoll għal organizzazzjoni li taħdem fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat f’isem il-UNHCR skont ftehim ma’ dak l-Istat Membru.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li membri tal-familja, konsulenti legali u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat ikollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw mal-applikanti u jżuruhom f’kundizzjonijiet li jirrispettaw il-privatezza . Limiti għall-aċċess għall-faċilità ta’ detenzjoni jistgħu jiġu imposti biss meta, minħabba l-liġi nazzjonali, dawn ikunu oġġettivament meħtieġa għas-sigurtà, l-ordni pubbliku jew il-ġestjoni amministrattiva tal-faċilità tad-detenzjoni, dment li l-aċċess ma jkunx ristrett severament jew magħmul impossibbli.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li b’mod sistematiku jipprovdu lill-applikanti f’detenzjoni informazzjoni li tispjega r-regoli li japplikaw fil-faċilità u jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi ta’ dawk l-applikanti f’lingwa li jifhmu jew li huma raġonevolment mistennija li jifhmu. Fil-każ li applikant jiġi detenut f’punt ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew f’żona ta’ tranżitu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dak l-obbligu f’każijiet debitament ġustifikati u għal perjodu ta’ żmien raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista’ jkun. Din id-deroga ma għandhiex tapplika f’każijiet msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2024/1348.

Artikolu 13 Detenzjoni ta’ applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza

1. Is-saħħa, inkluża s-saħħa mentali, tal-applikanti f’detenzjoni li jkollhom bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza għandha tkun it-tħassib ewlieni tal-awtoritajiet nazzjonali. Meta d-detenzjoni ta’ applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza tpoġġi s-saħħa fiżika u mentali tagħhom f’riskju serju, dawk l-applikanti ma għandhomx jinżammu f’detenzjoni. Meta applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza jinżammu f’detenzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir monitoraġġ regolari tal-applikanti u li dawk l-applikanti jiġu pprovduti b’appoġġ adegwat u f’waqtu filwaqt li titqies il-qagħda partikolari tagħhom, inkluża s-saħħa fiżika u mentali tagħhom.

2. Bħala regola, il-minuri ma għandhomx jinżammu f’detenzjoni. Huma għandhom jitqiegħdu f’akkomodazzjoni xierqa f’konformità mal-Artikoli 26 u 27. Alternattivi adegwati għad-detenzjoni għandhom, bħala regola, jintużaw għal familji b’minuri f’konformità mal-prinċipju tal-unità tal-familja. Tali familji għandhom jitqiegħdu f’akkomodazzjoni xierqa għalihom. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħala miżura tal-aħħar istanza u wara li jkun ġie stabbilit li ma jistgħux jiġu applikati miżuri alternattivi inqas koerċittivi b’mod effettiv, u wara li detenzjoni hija vvalutata bħala fl-aħjar interess tagħhom f’konformità mal-Artikolu 26, il-minuri jistgħu jinżammu f’detenzjoni: Tali detenzjoni għandha tkun għall-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli. Il-minuri qatt ma għandhom ikunu detenuti f’ħabs jew f’faċilità oħra użata għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi. Għandu jsir kull sforz biex id-detenuti minuri jinħelsu u jitqiegħdu f’akkomodazzjoni adatta għall-minuri. L-aħjar interessi tal-minuri, kif imsemmi fl-Artikolu 26, għandhom ikunu l-kunsiderazzjoni primarja tal-Istati Membri. Meta l-minuri jkunu detenuti, huma għandhom ikollhom id-dritt għal edukazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16, sakemm l-għoti tal-edukazzjoni ma tkunx ta’ valur limitat għalihom minħabba l-perjodu qasir ħafna tad-detenzjoni tagħhom. Dawk il-minuri għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta’ rikreazzjoni li huma xierqa għall-età tagħhom.

2.

(a) fil-każ ta’ minuri akkumpanjati, meta l-ġenitur jew l-indokratur prinċipali tal-minuri jkun detenut; jew

(b) fil-każ ta’ minuri mhux akkumpanjati, meta d-detenzjoni tissalvagwardja lill-minuri.

3. Meta minuri mhux akkumpanjati jkunu detenuti, huma għandhom jiġu akkomodati f’faċilitajiet adattati għall-akkomodazzjoni ta’ minuri mhux akkumpanjati. Tali faċilitajiet għandu jkollhom persunal li jkun ikkwalifikat biex jissalvagwardja d-drittijiet ta’ minuri mhux akkumpanjati u li jieħu ħsieb il-bżonnijiet tagħhom. Meta jiġu detenuti minuri mhux akkumpanjati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu akkomodati b’mod separat mill-adulti.

4. Familji detenuti għandhom ikunu pprovduti b’akkomodazzjoni separata li tiggarantixxi privatezza xierqa. Familji detenuti b’minuri għandhom jiġu akkomodati f’faċilitajiet ta’ detenzjoni adattati għall-ħtiġijiet tal-minuri.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti rġiel u nisa detenuti jiġu akkomodati separatament, ħlief jekk dawk l-applikanti detenuti jkunu membri ta’ familja u l-individwi kollha kkonċernati jagħtu l-kunsens tagħhom li jiġu akkomodati flimkien. Jistgħu japplikaw ukoll eċċezzjonijiet għall-ewwel subparagrafu għall-użu tal-ispazji komuni mfassla għal attivitajiet rikreattivi jew soċjali, inkluż il-forniment tal-ikliet.

6. Meta applikant jiġi detenut f’punt ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew f’żona ta’ tranżitu, bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2024/1348, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-paragrafu 4 u l-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, f’każijiet debitament ġustifikati u għal perjodu ta’ żmien raġonevoli, li għandu jkun qasir kemm jista’ jkun. L-Istati Membri għandu jkollhom biżżejjed faċilitajiet u riżorsi fis-seħħ biex jiżguraw li japplikaw id-derogi previsti f’dan il-paragrafu biss f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali. Meta japplikaw dawk id-derogi, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għall-Ażil b’dan.

Artikolu 14 Familji

Meta Stat Membru jipprovdi lill-applikanti b’akkomodazzjoni, huwa għandu jieħu l-miżuri xierqa biex iżomm, kemm jista’ jkun, l-unità tal-familja preżenti fit-territorju tiegħu. Tali miżuri għandhom ikunu implimentati bil-kunsens tal-applikant.

Artikolu 15 Kontroll mediku

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu kontroll mediku għal applikanti għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika.

Artikolu 16 Tagħlim u edukazzjoni tal-minuri

1. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-ulied minuri ta’ applikanti u lill-applikanti minuri l-istess aċċess għall-edukazzjoni bħaċ-ċittadini tagħhom stess u taħt kundizzjonijiet simili sakemm ma tkunx tabilħaqq infurzata miżura ta’ tkeċċija kontra tagħhom jew il-ġenituri tagħhom. Għandhom jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi tal-minuri, b’mod partikulari fir-rigward tar-rispett għad-dritt tat-tfal għall-edukazzjoni u l-aċċess għall-kura tas-saħħa. L-edukazzjoni tal-minuri għandha, bħala regola, tkun integrata ma’ dik taċ-ċittadini proprji tal-Istati Membri u tkun tal-istess kwalità. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw il-kontinwità tal-edukazzjoni tal-minuri sakemm miżura ta’ tkeċċija kontrihom jew kontra l-ġenituri tagħhom ma tkunx effettivament infurzata. L-Istati Membri ma għandhomx jirtiraw l-edukazzjoni sekondarja għall-unika raġuni li l-minuri jkun laħaq l-età maġġuri.

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-minuri msemmija fil-paragrafu 1 l-aċċess għal sistema edukattiva mill-aktar fis possibbli u ma għandhomx jipposponu l-għoti tal-aċċess għal iktar minn xahrejn mid-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet ippreżentata b’kont meħud tal-btajjel tal-iskola. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-edukazzjoni fi ħdan is-sistema edukattiva ġenerali. Madankollu, bħala miżura temporanja u għal perjodu massimu ta’ xahar, Stat Membru jista’ jipprovdi dik l-edukazzjoni barra mis-sistema edukattiva ġenerali. Klassijiet preparatorji, inklużi lezzjonijiet tal-lingwa, għandhom jiġu pprovduti lill-minuri meta dan hu meħtieġ sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-sistema edukattiva ġenerali.

3. Meta l-aċċess għas-sistema edukattiva ġenerali ma jkunx possibbli minħabba s-sitwazzjoni speċifika tal-minuri, l-Istat Membru kkonċernat għandu joffri arranġamenti edukattivi oħra f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali tiegħu.

Artikolu 17 Impjiegi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol mhux iktar tard minn sitt xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet irreġistrata dment li ma tkunx ittieħdet deċiżjoni amministrattiva mill-awtorità kompetenti u d-dewmien ma jistax ikun attribwit lill-applikant. Meta l-Istati Membri jaċċeleraw l-eżami fuq il-merti ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 42(1), il-punti (a) sa (f) tar-Regolament (UE) 2024/1348, l-aċċess għas-suq tax-xogħol ma għandux jingħata, jew jekk ikun diġà ngħata, għandu jiġi rtirat.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, li jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol f’konformità mal-paragrafu 1, ikollhom aċċess effettiv għas-suq tax-xogħol f’konformità mal-liġi nazzjonali. Għal raġunijiet ta’ politika tas-suq tax-xogħol, inkluż fir-rigward tal-livelli tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, l-Istati Membru jistgħu jivverifikaw jekk post vakanti speċifiku li impjegatur qed jikkunsidra li jimla b’applikant li għandu aċċess għas-suq tax-xogħol f’konformità mal-paragrafu 1 setax jimtela minn ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat, minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni, jew minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi legalment residenti f’dak l-Istat Membru. Jekk l-Istat Membru jsib li l-post vakanti speċifiku jista’ jimtela minn tali persuni, l-Istat Membru jew l-impjegatur jistgħu jirrifjutaw lill-applikant għal dak il-post vakanti.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, li jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol f’konformità mal-paragrafu 1, igawdu trattament ugwali għaċ-ċittadini tagħhom rigward:

3.

(a) it-termini ta’ impjieg, l-età minima tax-xogħol, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż il-paga u s-sensja, is-sigħat tax-xogħol, il-liv u l-vaganzi, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

(b) il-libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ma’ organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew l-impjegaturi jew ta’ kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji mogħtija minn tali organizzazzjonijiet, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika;

(c) edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, inklużi korsijiet ta’ taħriġ għat-titjib tal-ħiliet, esperjenza prattika fuq il-post tax-xogħol u servizzi ta’ gwida dwar l-impjiegi;

(d) ir-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali fil-kuntest ta’ proċeduri eżistenti għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki barranin; u

(e) aċċess għal skemi xierqa għall-valutazzjoni, il-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-apprendiment u l-esperjenza preċedenti tal-applikanti.

4. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali tal-applikanti li jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol f’konformità mal-paragrafu 1:

4.

(a) fir-rigward tal-paragrafu 3, il-punt (b), bl-esklużjoni tagħhom milli jieħdu sehem fil-ġestjoni tal-korpi rregolati bil-liġi pubblika u milli jokkupaw kariga rregolata bil-liġi pubblika;

(b) fir-rigward tal-paragrafu 3, il-punt (c), billi jiġu esklużi:

(b)

(i) għotjiet u self relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħlas ta’ tariffi f’konformità mal-liġi nazzjonali fir-rigward tal-aċċess għal edukazzjoni universitarja jew postsekondarja; u

(ii) edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali li ma jkunux ipprovduti fil-qafas ta’ kuntratt ta’ impjieg eżistenti, inkluż meta pprovduti għal finijiet ta’ promozzjoni tal-impjieg;

(c) fir-rigward tal-paragrafu 3, il-punt (d) jew (e),billi ma jingħatax trattament ugwali sa mill-inqas tliet xhur mid-data meta l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kienet irreġistrata.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti li huma impjegati jew, abbażi ta’ impjieg preċedenti, huma intitolati għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali, igawdu minn trattament ugwali bħaċ-ċittadini tagħhom rigward il-fergħat tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

6. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu billi jeskludu l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali li mhumiex dipendenti fuq perjodi ta’ impjieg jew fuq kontribuzzjonijiet.

7. Id-dritt għat-trattament ugwali skont dan l-Artikolu ma għandux jagħti lok għal dritt ta’ residenza f’każijiet fejn deċiżjoni meħuda f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1348 tkun temmet id-dritt li l-applikant jibqa’.

8. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2(2) u 3(3) tad-Direttiva 2005/36/KE, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, sa fejn ikun possibbli, aċċess sħiħ għall-proċeduri eżistenti għar-rikonoxximent ta’ kwalifiki barranin għall-applikanti li ma jistgħux jipprovdu evidenza dokumentarja tal-kwalifiki tagħhom.

9. Aċċess għas-suq tax-xogħol ma għandux ikun irtirat matul proċedura ta’ appell, meta l-applikant ikollu d-dritt li jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru matul dik il-proċedura u sa meta deċiżjoni negattiva fuq l-appell tkun innotifikata.

Artikolu 18 Korsijiet tal-lingwa u taħriġ vokazzjonali

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għal korsijiet tal-lingwa, korsijiet ta’ edukazzjoni ċivika jew korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali li dawk l-Istati Membri jqisu xierqa sabiex jgħinu fit-tisħiħ tal-kapaċità tal-applikanti li jaġixxu b’mod awtonomu, biex jinteraġixxu mal-awtoritajiet kompetenti jew biex isibu impjieg, jew, skont is-sistema nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għal tali korsijiet, irrispettivament minn jekk l-applikanti għandhomx aċċess għas-suq tax-xogħol f’konformità mal-Artikolu 17. Meta l-applikanti jkollhom mezzi suffiċjenti, l-Istati Membri jistgħu jitolbuhom ikopru l-ispejjeż tal-korsijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jew jikkontribwixxu għalihom.

Artikolu 19 Regoli ġenerali dwar kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u kura tas-saħħa

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kundizzjonijiet ta’ akkoljenza jkunu disponibbli lill-applikanti mill-mument li jagħmlu l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tagħhom f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/1348.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u l-kura tas-saħħa riċevuta f’konformità mal-Artikolu 22 jipprovdu standard xieraq tal-għajxien għall-applikanti, li jiggarantixxi s-sussistenza tagħhom, jipproteġi s-saħħa fiżika u mentali tagħhom u jirrispetta d-drittijiet tagħhom skont il-Karta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istandard tal-għajxien adegwat imsemmi fl-ewwel subparagrafu jkun issodisfat fis-sitwazzjoni speċifika ta’ applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, kif ukoll fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ persuni li huma f’detenzjoni.

3. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu d-dispożizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali kollha jew ta’ xi wħud minnhom soġġetti għall-kundizzjoni li l-applikanti ma jkollhomx mezzi suffiċjenti biex ikollhom standard tal-għajxien adegwat kif imsemmi fil-paragrafu 2.

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-applikanti jkopru l-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jew jikkontribwixxu għalihom, meta dawk l-applikanti jkollhom mezzi suffiċjenti biex jagħmlu dan, pereżempju jekk kienu qegħdin jaħdmu għal perjodu ta’ żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu wkoll jirrikjedu li l-applikanti jkopru l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa riċevuta jew jikkontribwixxu għalihom, meta dawk l-applikanti jkollhom mezzi suffiċjenti biex jagħmlu dan, ħlief meta l-kura tas-saħħa tingħata mingħajr ħlas liċ-ċittadini ta’ dawk l-Istati Membri.

5. Jekk jinstab li applikant kellu mezzi suffiċjenti biex ikopri l-ispiża tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jew tal-kura tas-saħħa riċevuta f’konformità mal-paragrafu 4 fiż-żmien li l-applikant ġie pprovdut bi standard tal-għajxien adegwat, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu rimborż mingħand l-applikant tal-ispejjeż ta’ dawk il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jew tal-kura tas-saħħa.

6. Meta jiġu vvalutati r-riżorsi ta’ applikant, meta jkun meħtieġ li applikant ikopri l-ispejjeż tal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali u tal-kura tas-saħħa riċevuta jew jikkontribwixxi għalihom jew meta applikant ikun meħtieġ jagħti rimborż tal-ispejjeż f’konformità mal-paragrafu 5, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkostanzi individwali tal-applikant u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-dinjità tiegħu jew l-integrità personali tiegħu, inkluż il-bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza tal-applikant.

7. Meta l-Istati Membri jipprovdu kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali fil-forma ta’ allowances finanzjarji jew vawċers, l-ammont tagħhom għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-livelli stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat kemm bil-liġi jew bil-prattika sabiex ikunu żgurati standards tal-għajxien adegwati għaċ-ċittadini. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għall-Ażil b’dawk il-livelli. L-Istati Membri jistgħu jagħtu trattament inqas favorevoli lill-applikanti meta mqabbla maċ-ċittadini f’dan ir-rigward, b’mod partikolari fejn il-materjal ta’ appoġġ jingħata kollu kemm hu jew parzjalment in natura jew fejn dawk il-livelli applikati għaċ-ċittadini jkollhom l-għan li jiżguraw standard tal-għajxien ogħla minn dak preskritt għall-applikanti b’din id-Direttiva.

Artikolu 20 Arranġamenti għal kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali

1. Meta l-Istati Membri jipprovdu akkomodazzjoni in natura, huma għandhom jiżguraw li tali akkomodazzjoni tipprovdi lill-applikant bi standard adegwat tal-għajxien f’konformità mal-Artikolu 19(2) kif ukoll b’appoġġ meħtieġ biex jittieħed kont tal-bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza tal-applikanti. L-akkomodazzjoni pprovduta għandha tieħu waħda mill-forom li ġejjin jew kombinazzjoni tagħhom:

1.

(a) binjiet użati għall-fini li tingħata akkomodazzjoni lill-applikanti matul l-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li ssir mal-fruntiera jew fiż-żoni ta’ tranżitu;

(b) ċentri ta’ akkomodazzjoni;

(c) djar privati, appartamenti, lukandi jew binjiet oħra li jiġu addattati għall-akkomodazzjoni tal-applikanti.

2. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kundizzjoni speċifika ta’ detenzjoni prevista fl-Artikoli 12 u 13, rigward l-akkomodazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

2.

(a) l-applikanti jkunu ggarantiti protezzjoni għall-ħajja familjari tagħhom;

(b) l-applikanti jkollhom il-possibbiltà li jikkomunikaw mal-qraba, konsulenti legali, persuni li jirrappreżentaw lill-UNHCR u organizzazzjonijiet u korpi oħra nazzjonali, internazzjonali u mhux governattivi rilevanti;

(c) il-membri tal-familja, il-konsulenti legali, il-persuni li jirrappreżentaw lill-UNHCR u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat jingħataw aċċess għall-akkomodazzjoni pprovduta sabiex jgħinu lill-applikanti; limiti dwar tali aċċess jistgħu jkunu imposti biss għal raġunijiet relatati mas-sigurtà tal-binjiet u tal-applikanti.

3. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw interessi speċifiċi tal-ġeneru u l-età u s-sitwazzjoni tal-applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza meta jiġu pprovduti kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali.

4. Meta jipprovdu akkomodazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw, kemm jista’ jkun, il-prevenzjoni ta’ attakki u vjolenza, inkluża l-vjolenza mwettqa b’motiv sesswali, ta’ ġeneru, razzist jew reliġjuż.

5. Meta l-applikanti nisa jitqiegħdu f’ċentri ta’ akkomodazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu faċilitajiet sanitarji separati u post sikur f’dawk iċ-ċentri għalihom u għat-tfal minuri tagħhom.

6. L-Istati Membri għandhom, kemm jista’ jkun, jiżguraw li applikanti adulti dipendenti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza jkunu akkomodati flimkien ma’ qraba stretti adulti li jkunu diġà preżenti fl-istess Stat Membru u li jkunu responsabbli għalihom kemm bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li trasferimenti ta’ applikanti minn faċilità ta’ akkomodazzjoni għal oħra jsiru biss meta meħtieġa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li l-applikanti jinformaw lill-konsulenti legali tagħhom bit-trasferiment u bl-indirizz il-ġdid tagħhom.

8. Persuni li jipprovdu kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali, inklużi dawk li jipprovdu l-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni f’ċentri ta’ akkomodazzjoni, għandhom ikunu mħarrġa b’mod adegwat u għandhom ikunu marbuta bir-regoli tal-kunfidenzjalità previsti fil-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ kull informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.

9. L-Istati Membri jistgħu jinvolvu applikanti fil-ġestjoni tar-riżorsi materjali u aspetti mhux materjali tal-ħajja fiċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni permezz ta’ bord konsultattiv jew kunsill li jirrappreżenta lir-residenti. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17, l-Istati Membri jistgħu wkoll jippermettu lill-applikanti jwettqu xogħol volontarju barra ċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni soġġett għall-kundizzjonijiet tal-liġi nazzjonali.

10. F’każijiet debitament ġustifikati u għal perjodu ta’ żmien raġonevoli li għandu jkun qasir kemm jista’ jkun, l-Istati Membri jistgħu b’mod eċċezzjonali jipprovdu kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li huma differenti minn dawk previsti f’dan l-Artikolu meta: Kundizzjonijiet differenti ta’ akkoljenza materjali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom fi kwalunkwe każ jiżguraw l-aċċess għall-kura tas-saħħa f’konformità mal-Artikolu 22 u standard tal-għajxien għall-applikanti kollha f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluża l-Karta, u mal-obbligi internazzjonali. Meta Stat Membru jipprovdi kundizzjonijiet differenti ta’ akkoljenza materjali f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, dak l-Istat Membru għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil f’konformità mal-Artikolu 32(2) dwar l-attivazzjoni tal-pjan ta’ kontinġenza. Dak l-Istat Membru għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għall-Ażil hekk kif ir-raġunijiet għall-għoti ta’ dawk il-kundizzjonijiet differenti materjali ma jibqgħux jeżistu.

10.

(a) valutazzjoni tal-bżonnijiet speċifiċi tal-applikant hija rekwiżita, f’konformità mal-Artikolu 25;

(b) il-kapaċitajiet ta’ akkomodazzjoni normalment disponibbli huma temporanjament eżawriti jew, minħabba għadd sproporzjonat ta’ persuni li għandhom jiġu akkomodati jew minħabba diżastru naturali jew maħluq mill-bniedem, il-kapaċitajiet ta’ akkomodazzjoni normalment disponibbli ma jkunux disponibbli temporanjament.

Artikolu 21 Kundizzjonijiet ta’ akkoljenza fi Stat Membru għajr dak li fih l-applikant ikun meħtieġ ikun preżenti

Mill-mument li l-applikanti jiġu notifikati b’deċiżjoni li jiġu ttrasferiti lejn l-Istat Membru responsabbli f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1351, huma ma għandhomx ikunu intitolati għall-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza stabbiliti fl-Artikoli 17 sa 20 ta’ din id-Direttiva fi kwalunkwe Stat Membru għajr dak li fih ikunu meħtieġa jkunu preżenti skont ir-Regolament (UE) 2024/1351. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li jiġi żgurat standard tal-għajxien f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluża l-Karta, u mal-obbligi internazzjonali. Dment li ma tinħariġx deċiżjoni separata, id-deċiżjoni tat-trasferiment għandha tiddikjara li l-kundizzjonijiet rilevanti ta’ akkoljenza ġew irtirati f’konformità ma’ dan l-Artikolu. L-applikant għandu jkun infurmat dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu fir-rigward ta’ dik id-deċiżjoni.

Artikolu 22 Kura tas-saħħa

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti, irrispettivament minn jekk humiex meħtieġa jkunu preżenti f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1351, jirċievu l-kura tas-saħħa meħtieġa, kemm jekk din tingħata minn prattikanti mediċi ġenerali kif ukoll, meta meħtieġa, minn tabib speċjalista. Tali kura tas-saħħa meħtieġa għandha tkun ta’ kwalità adegwata u tinkludi, mill-inqas, kura ta’ emerġenza, trattament essenzjali ta’ mard, inkluż ta’ disturbi mentali serji, u kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva essenzjali biex tiġi indirizzata kundizzjoni fiżika serja.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tfal minuri tal-applikanti u l-applikanti li huma minuri jirċievu l-istess aċċess għall-kura tas-saħħa kif ipprovdut għaċ-ċittadini tagħhom li jkunu minuri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li trattament speċifiku pprovdut f’konformità ma’ dan l-Artikolu, li jkun beda qabel ma l-minuri laħaq l-età maġġuri u li jitqies li huwa meħtieġ, jiġi riċevut mingħajr interruzzjoni jew dewmien wara li l-minuri jilħaq l-età maġġuri.

3. Meta jkun meħtieġ għal raġunijiet mediċi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa, bħal riabilitazzjoni u tagħmir mediku ta’ assistenza meħtieġa, lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa.

KAPITOLU III TNAQQIS JEW IRTIRAR TA’ KUNDIZZJONIJIET TA’ AKKOLJENZA MATERJALI

Artikolu 23 Tnaqqis jew irtirar ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali

1. Fir-rigward ta’ applikanti li huma meħtieġa jkunu preżenti fit-territorju tagħhom f’konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2024/1351, l-Istati Membri jistgħu inaqqsu jew jirtiraw l-allowance għall-ispejjeż ta’ kuljum. Jekk ikun debitament ġustifikat u proporzjonat, l-Istati Membri jistgħu wkoll:

1.

(a) inaqqsu kundizzjonijiet oħra ta’ akkoljenza materjali, jew

(b) meta japplika l-paragrafu 2, il-punt (e), jirtiraw kundizzjonijiet oħra ta’ akkoljenza materjali.

2. L-Istati Membri jistgħu jieħdu deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 1 meta applikant:

2.

(a) jabbanduna żona ġeografika li fiha l-applikant jista’ jiċċaqlaq liberament f’konformità mal-Artikolu 8 jew ir-residenza f’post speċifiku ddeżinjat mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 9 mingħajr permess, jew jaħrab;

(b) ma jikkooperax mal-awtoritajiet kompetenti, jew ma jikkonformax mar-rekwiżiti proċedurali stabbiliti minnhom;

(c) ikun ippreżenta applikazzjoni sussegwenti kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (19), tar-Regolament (UE) 2024/1348;

(d) meta applikant ikun ħeba riżorsi finanzjarji u għalhekk ikun ibbenefika minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali indebitament;

(e) ikun kiser serjament jew ripetutament ir-regoli taċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni jew ikun ġab ruħu b’mod vjolenti jew ta’ theddida fiċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni; jew

(f) ikun naqas milli jipparteċipa f’miżuri ta’ integrazzjoni obbligatorji, meta pprovduti jew iffaċilitati mill-Istat Membru, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-applikant.

3. Meta Stat Membru jieħu deċiżjoni f’sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a), (b) jew (f), u ċ-ċirkostanzi li fuqhom kienet ibbażata dik id-deċiżjoni jkunu ntemmu, huwa għandu jqis jekk xi wħud mill-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali li ġew irtirati jew imnaqqsa, jew l-kundizzjonijiet kollha kemm huma, jistgħux jiddaħħlu mill-ġdid fis-seħħ. Meta mhux il-kundizzjonijiet kollha ta’ akkoljenza materjali jiddaħħlu mill-ġdid fis-seħħ, l-Istat Membru għandu jieħu deċiżjoni debitament ġustifikata u jinnotifikaha lill-applikant.

4. Deċiżjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jittieħdu b’mod oġġettiv u imparzjali fuq il-merti tal-każ individwali u għandhom jingħataw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-applikant, b’mod speċjali fir-rigward ta’ applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa f’konformità mal-Artikolu 22 u għandhom jiżguraw standard tal-għajxien f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, inkluża l-Karta, u mal-obbligi internazzjonali, għall-applikanti kollha.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali ma jkunux irtirati jew imnaqqsa qabel ma tittieħed deċiżjoni fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL APPLIKANTI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI TA’ AKKOLJENZA

Artikolu 24 Applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza

L-Istati Membri għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta’ applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza. L-Istati Membri għandhom iqisu l-fatt li xi applikanti bħal dawk li jaqgħu taħt kwalunkwe minn dawn il-kategoriji li ġejjin, huwa aktar probabbli li jkollhom bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza:

(a) minuri;

(b) minuri mhux akkumpanjati;

(c) persuni b’diżabilità;

(d) persuni anzjani;

(e) nisa tqal;

(f) persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneri u intersesswali;

(g) ġenituri waħedhom bi tfal minuri;

(h) vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;

(i) persuni b’mard serju;

(j) persuni b’disturbi mentali inkluż disturb minn stress postrawmatiku;

(k) persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, pereżempju vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, ta’ mutilazzjoni ġenitali femminili, ta’ żwieġ tat-tfal jew żwieġ furzat, jew vjolenza mwettqa b’motiv sesswali, ta’ ġeneru, razzist jew reliġjuż.

Artikolu 25 Valutazzjoni tal-bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza

1. Sabiex jimplimentaw l-Artikolu 24 b’mod effettiv, l-Istati Membri għandhom, malajr kemm jista’ jkun wara li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, jivvalutaw individwalment jekk l-applikant għandux bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, bl-użu ta’ traduzzjoni orali meta jkun meħtieġ. Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tiġi integrata fil-proċeduri nazzjonali eżistenti jew fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2024/1348. Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha tinbeda billi jiġu identifikati bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza bbażati fuq sinjali viżibbli jew fuq id-dikjarazzjonijiet jew l-imġiba tal-applikanti jew, meta applikabbli, dikjarazzjonijiet tal-ġenituri jew tar-rappreżentant tal-applikant. Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha titlesta fi żmien 30 jum minn meta tkun saret l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew, meta ġiet integrata fil-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2024/1348, fil-perjodu ta’ żmien stabbilit f’dak ir-Regolament, u l-bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza identifikati abbażi ta’ tali valutazzjoni għandhom jiġu indirizzati. Meta bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza jirriżultaw fi stadju aktar tard fil-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw u jindirizzaw dawk il-bżonnijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ mogħti lill-applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza f’konformità ma’ din id-Direttiva iqis il-bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza tagħhom matul id-durata tal-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali u għandhom jipprovdu għall-monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni tagħhom.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal li jevalwa l-bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza f’konformità ma’ dan l-Artikolu: L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (c) meta jiddeċiedu dwar it-tip ta’ appoġġ ta’ akkoljenza speċjali li jista’ jingħata lill-applikant.

2.

(a) ikun imħarreġ u jkompli jitħarreġ biex isib sinjali li applikant għandu bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza u biex jindirizza dawk il-bżonnijiet meta jiġu identifikati;

(b) jinkludi informazzjoni dwar in-natura tal-bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza tal-applikant fil-fajl tal-applikant miżmum mill-awtoritajiet kompetenti, flimkien ma’ deskrizzjoni tas-sinjali viżibbli jew id-dikjarazzjonijiet jew imġiba tal-applikant rilevanti għall-valutazzjoni tal-bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza tal-applikant kif ukoll il-miżuri li ġew identifikati bħala risposta għal dawk il-bżonnijiet u l-awtoritajiet responsabbli biex jindirizzaw dawk il-bżonnijiet; u

(c) soġġetti għall-kunsens minn qabel f’konformità mal-liġi nazzjonali, jirreferi lil applikanti għand prattikant mediku jew psikologu xieraq għal valutazzjoni ulterjuri tal-istat psikoloġiku u fiżiku tagħhom meta jkun hemm indikazzjonijiet li s-saħħa mentali jew fiżika tagħhom tista’ taffettwa l-bżonnijiet ta’ akkoljenza tagħhom; meta meħtieġ, għandha tiġi pprovduta traduzzjoni orali minn professjonisti mħarrġa fit-traduzzjoni sabiex jiġi żgurat li l-applikant ikun jista’ jikkomunika mal-persunal mediku; meta n-nuqqas ta’ tali professjonisti mħarrġa jirriskja li jdewwem it-trattament, traduzzjoni orali tista’ tkun ipprovduta minn individwi adulti oħra, soġġett għall-kunsens tal-applikant.

3. Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandiex tinħtieġ tieħu l-forma ta’ proċedura amministrattiva.

4. Huma biss l-applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza li jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ speċifiku mogħti f’konformità ma’ din id-Direttiva.

5. Il-valutazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-bżonnijiet ta’ protezzjoni internazzjonali skont ir-Regolament (UE) 2024/1347.

Artikolu 26 Minuri

1. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-kunsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li possibbilment jaffettwaw lil minuri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard tal-għajxien xieraq għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tal-minuri.

2. Meta jivvalutaw l-aħjar interessi tat-tfal, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod partikolari dawn il-fatturi li ġejjin:

2.

(a) il-possibbiltajiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja;

(b) il-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minuri, billi titqies b’mod partikolari l-isfond tal-minuri u l-bżonn ta’ stabbiltà u kontinwità fil-kura;

(c) kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà u sikurezza, b’mod partikolari fejn hemm riskju li l-minuri jkunu vittmi ta’ xi forma ta’ vjolenza jew sfruttament, inkluż it-traffikar tal-bnedmin;

(d) l-opinjonijiet tal-minuri skont l-età u l-maturità tagħhom.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-minuri jkollhom aċċess għal attivitajiet ta’ rikreazzjoni, inkluż logħob u attivitajiet ta’ rikreazzjoni li jkunu xierqa għall-età tagħhom, u għal attivitajiet fil-beraħ fil-postijiet u ċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1)(a) u (b), kif ukoll għal materjali tal-iskola meta jkun meħtieġ.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal servizzi ta’ riabilitazzjoni għal minuri li kienu vittmi ta’ xi forma ta’ abbuż, traskuraġni, esplojtazzjoni, tortura jew trattament kiefer, inuman u degradanti, jew li jkunu sofrew minn kunflitt armat, u jiżguraw li l-kura ta’ saħħa mentali xierqa tkun żviluppata u l-konsulenza kkwalifikata tkun ipprovduta meta meħtieġa.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tfal minuri ta’ applikanti jew applikanti li huma minuri jiġu akkomodati mal-ġenituri tagħhom jew mal-adult responsabbli għalihom u mal-aħwa minuri mhux miżżewġa tagħhom kemm jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru kkonċernat, dment li jkun fl-aħjar interessi tal-minuri kkonċernati.

6. Persuni li jaħdmu ma’ minuri, inklużi rappreżentanti u persuni xierqa biex jaġixxu b’mod proviżorju bħala rappreżentanti kif imsemmi fl-Artikolu 27, ma għandux ikollhom reġistru ta’ reati jew offiżi relatati ma’ tfal, jew ta’ reati jew offiżi li jwasslu għal dubji serji dwar il-kapaċità tagħhom li jaqdu rwol ta’ responsabbiltà fir-rigward tal-minuri, għandhom jirċievu taħriġ inizjali u kontinwu xieraq dwar id-drittijiet u l-bżonnijiet ta’ minuri, inkluż dawk relatati ma’ kwalunkwe standard applikabbli għas-salvagwardar tat-tfal, u għandhom jintrabtu bir-regoli ta’ kunfidenzjalità previsti fil-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.

Artikolu 27 Minuri mhux akkompanjati

1. Meta applikazzjoni ssir minn persuna li tiddikjara li hija minuri, jew li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet oġġettivi biex wieħed jemmen li dik il-persuna hija minuri, l-Istati Membri għandhom jaħtru: Ir-rappreżentant u l-persuna xierqa biex taġixxi b’mod proviżorju bħala rappreżentant għandhom jiltaqgħu mal-minuri mhux akkumpanjat u jqisu l-opinjonijiet tal-minuri stess dwar il-bżonnijiet tiegħu. Meta Stat Membru jkun ivvaluta li applikant li jiddikjara li huwa minuri jkollu mingħajr ebda dubju aktar minn 18-il sena, dak l-Istat Membru ma għandux għalfejn jaħtar rappreżentant jew jiddeżinja persuna adatta biex taġixxi b’mod proviżorju bħala rappreżentant f’konformità mal-ewwel jew it-tieni subparagrafu, rispettivament. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom imsemmija fl-Artikolu 32 miżuri li għandhom jittieħdu biex jiżguraw il-ħatra ta’ rappreżentanti u d-deżinjazzjoni ta’ persuni xierqa li jaġixxu b’mod proviżorju bħala rappreżentanti f’konformità ma’ dan l-Artikolu f’każijiet meta jkunu ffaċċjati b’għadd sproporzjonat ta’ applikazzjonijiet magħmula minn minuri mhux akkumpanjati. Meta l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fir-raba’ subparagrafu hija insuffiċjenti sabiex twieġeb għal għadd sproporzjonat ta’ applikazzjonijiet magħmula minn minuri mhux akkumpanjati, jew f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali oħra, il-ħatra ta’ rappreżentanti tista’ tiġi posposta għal għaxart ijiem ta’ xogħol u l-għadd ta’ minuri mhux akkumpanjati għal kull rappreżentant jista’ jiżdied, sa massimu ta’ 50 minuri mhux akkumpanjati. Meta japplikaw il-ħames subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għall-Ażil b’dan. Id-dmirijiet tar-rappreżentant u tal-persuna xierqa biex taġixxi b’mod proviżorju bħala rappreżentant għandhom jieqfu meta l-awtoritajiet kompetenti, wara l-valutazzjoni tal-età msemmija fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2024/1348, ma jassumux li l-applikant ikun minuri jew iqisu li l-applikant ma jkunx minuri, jew meta l-applikant ma jibqax minuri mhux akkumpanjat.

1.

(a) persuna xierqa biex taġixxi b’mod proviżorju bħala rappreżentant jiġi appuntat rappreżentant;

(b) rappreżentant kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 15-il jum ta’ xogħol mid-data li fiha ssir l-applikazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuna xierqa biex taġixxi b’mod proviżorju bħala rappreżentant tiġi infurmata minnufih, meta applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ssir minn minuri mhux akkumpanjat, dwar kwalunkwe fatt rilevanti rigward dak il-minuri. Persuni li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew potenzjalment jistgħu joħolqu kunflitt ma’ dawk tal-minuri mhux akkumpanjat ma għandhomx ikunu ddeżinjati bħala persuna xierqa biex taġixxi b’mod proviżorju bħala rappreżentant. Il-minuri mhux akkumpanjat għandu jiġi informat minnufih li ġiet iddeżinjata persuna xierqa biex taġixxi b’mod proviżorju bħala rappreżentant.

3. Meta organizzazzjoni tinħatar bħala rappreżentant jew deżinjata bħala persuna adatta biex taġixxi provviżorjament bħala rappreżentanta, hi għandha taħtar persuna fiżika għat-twettiq tal-kompiti tar-rappreżentant fir-rigward tal-minuri mhux akkumpanjat f’konformità ma’ din id-Direttiva.

4. Ir-rappreżentant previst fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista’ jkun l-istess persuna kif previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2024/1348.

5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom minnufih jinfurmaw:

5.

(a) lill-minuri mhux akkumpanjat li rappreżentant ġie maħtur għal dak il-minuri u dwar kif jagħmel ilment kontra dak ir-rappreżentant b’mod kunfidenzjali u sikur u b’mod adattat għall-età u b’tali mod li jiżgura li l-minuri jifhem dik l-informazzjoni;

(b) lill-awtorità responsabbli li tipprovdi l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza li rappreżentant ġie maħtur għall-minuri mhux akkumpanjat; u

(c) lir-rappreżentant dwar il-fatti rilevanti rigward il-minuri mhux akkumpanjat.

6. Ir-rappreżentant jew il-persuna xierqa biex taġixxi b’mod proviżorju bħala rappreżentant għandha tinbidel biss meta meħtieġ, b’mod partikolari meta l-awtoritajiet kompetenti jqisu li dak ir-rappreżentant jew dik il-persuna ma wettqux il-kompiti tagħhom b’mod adegwat. Organizzazzjonijiet jew persuni fiżiċi li l-interessi tagħhom joħolqu kunflitt jew potenzjalment jistgħu joħolqu kunflitt ma’ dawk tal-minuri mhux akkumpanjati ma għandhomx jinħatru bħala rappreżentant jew jiġu ddeżinjati bħala persuna xierqa biex taġixxi b’mod proviżorju bħala rappreżentant.

7. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu persuna fiżika maħtura bħala rappreżentant jew iddeżinjata bħala persuna xierqa biex taġixxi b’mod proviżorju bħala rappreżentant responsabbli għal għadd proporzjonat u limitat ta’ minuri mhux akkumpanjati u, f’ċirkostanzi normali, ta’ mhux aktar minn 30 minuri mhux akkumpanjat fl-istess ħin, sabiex jiġi żgurat li dik il-persuna tkun tista’ twettaq il-kompiti b’mod effettiv.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji jew entitajiet oħra responsabbli biex jissorveljaw it-twettiq xieraq tal-kompiti mir-rappreżentanti u l-persuni xieraq biex jaġixxu b’mod proviżorju bħala rappreżentanti, inkluż billi jistħarrġu r-rekords kriminali ta’ dawk ir-rappreżentanti maħtura u l-persuni ddeżinjati f’intervalli regolari sabiex jiġu identifikati inkompatibbiltajiet potenzjali mar-rwol tagħhom. Dawk l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji jew entitajiet oħra għandhom jistħarrġu l-ilmenti mressqa minn minuri mhux akkumpanjati kontra r-rappreżentanti maħtura jew il-persuni ddeżinjati tagħhom.

9. Minuri mhux akkumpanjati li jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, mill-mument li jkunu ammessi fit-territorju ta’ Stat Membru li fih tkun saret jew fejn tkun qiegħda tiġi eżaminata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali sal-mument li huma obbligati jħallu dak l-Istat Membru, għandhom jitqiegħdu: L-Istati Membri jistgħu jqiegħdu minuri mhux akkompanjati ta’ 16-il sena jew aktar f’ċentri ta’ akkomodazzjoni għal applikanti adulti, jekk dan ikun fl-aħjar interess tagħhom, kif previst fl-Artikolu 26(2). Sakemm hu possibbli, aħwa għandhom jinżammu flimkien, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tal-minuri kkonċernati u, b’mod partikolari, l-età u l-grad ta’ maturità tagħhom. Bdil ta’ residenza ta’ minuri mhux akkumpanjati għandu jinżamm limitat għall-minimu.

9.

(a) ma’ qraba adulti;

(b) ma’ familja foster;

(c) f’ċentri ta’ akkomodazzjoni bi provvedimenti speċjali għall-minuri;

(d) f’akkomodazzjoni oħra addattata għall-minuri.

10. L-Istati Membri għandhom jibdew jittraċċaw il-membri tal-familja tal-minuri mhux akkumpanjati, meta meħtieġ bl-assistenza ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra, mill-aktar fis wara li ssir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, filwaqt li jipproteġu l-aħjar interessi tal-minuri mhux akkumpanjati. Meta hemm il-possibbiltà ta’ theddida għall-ħajja jew għall-integrità tal-minuri jew tal-qraba stretti tagħhom, b’mod partikolari jekk dawk il-qraba jkunu baqgħu fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, trid tingħata attenzjoni biex ikun żgurat li l-ġbir, l-ipproċessar u ċ-ċirkolazzjoni ta’ informazzjoni dwar dawk il-persuni ssir fuq bażi kunfidenzjali, sabiex jiġi evitat li s-sikurezza tagħhom titqiegħed fil-periklu.

Artikolu 28 Vittmi ta’ tortura u vjolenza

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni li kienu soġġetti għat-traffikar tal-bnedmin, it-tortura, l-istupru jew atti serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali, inkluż vjolenza mwettqa b’motiv sesswali, tal-ġeneru, razzist jew reliġjuż, jingħataw it-trattament u l-kura mediċi u psikoloġiċi meħtieġa, inkluż meta meħtieġ servizzi ta’ riabilitazzjoni u konsulenza, għall-ħsara kkawżata b’tali atti. Dawk il-persuni għandhom jiġu pprovduti, meta meħtieġ, bi traduzzjoni orali f’konformità mal-Artikolu 25(2), il-punt (c). L-aċċess għal tali trattament u kura għandu jiġi pprovdut malajr kemm jista’ jkun wara li jkunu ġew identifikati l-bżonnijiet ta’ dawk il-persuni.

2. Dawk li jaħdmu mal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-professjonisti tas-saħħa, għandhom ikunu mħarrġa b’mod xieraq u għandhom jibqgħu jirċievu taħriġ xieraq dwar il-bżonnijiet ta’ dawk il-persuni u t-trattamenti adegwati, inklużi servizzi ta’ riabilitazzjoni meħtieġa. Huma għandhom ukoll ikunu marbuta bir-regoli tal-kunfidenzjalità previsti fil-liġi nazzjonali u l-kodiċijiet ta’ etika professjonali applikabbli fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni li jiksbu matul xogħolhom.

KAPITOLU V RIMEDJI

Artikolu 29 Appelli

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet relatati mal-għotja, l-irtirar jew it-tnaqqis ta’ benefiċċji skont din id-Direttiva, deċiżjonijiet li jirrifjutaw l-għoti tal-permess imsemmi fl-Artikolu 8(5), l-ewwel subparagrafu, jew deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 9 li jaffettwaw lill-applikanti individwalment jistgħu jkunu soġġetti għal appell fi ħdan il-proċedura stabbilita fil-liġi nazzjonali. Għall-anqas fl-aħħar istanza għandha tingħata l-possibbiltà ta’ appell jew stħarriġ, fil-fatt u bil-liġi, quddiem awtorità ġudizzjarja.

2. Fil-każijiet ta’ appell jew stħarriġ quddiem awtorità ġudizzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u fil-każ tal-istħarriġ ġudizzjarju msemmi fl-Artikolu 11(3) u (5), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas ikunu disponibbli kif meħtieġ sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja. Tali assistenza u rappreżentanza legali għandhom jikkonsistu fit-tħejjija tal-appell u t-talba għall-istħarriġ, inkluż, tal-inqas, it-tħejjija tad-dokumenti proċedurali meħtieġa, u l-parteċipazzjoni fis-smigħ quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji f’isem l-applikant. L-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas għandhom jingħataw minn konsulenti legali jew persuni kwalifikati oħra xierqa, kif ammessi jew permessi skont il-liġi nazzjonali, li l-interessi tagħhom ma jkunux f’kunflitt jew li potenzjalment ma jistgħux ikunu f’kunflitt ma’ dawk tal-applikant.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas meta: Meta tittieħed deċiżjoni li ma tingħatax assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas minn awtorità li mhix qorti jew tribunal fuq il-bażi li l-appell jew l-istħarriġ ma jkollu l-ebda prospettiva tanġibbli ta’ suċċess, l-applikant għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal kontra dik id-deċiżjoni, u għal dak il-fini għandu jkun intitolat li jitlob assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li l-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas jingħataw biss permezz ta’ konsulenti legali jew konsulenti oħra li huma speċifikament ddeżinjati skont il-liġi nazzjonali biex jassistu u jirrappreżentaw lill-applikanti jew minn organizzazzjonijiet mhux governattivi akkreditati skont il-liġi nazzjonali biex jipprovdu assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas.

3.

(a) l-applikant ikollu riżorsi suffiċjenti; jew

(b) l-appell jew l-istħarriġ jitqies li ma jkollu l-ebda prospett tanġibbli ta’ suċċess, b’mod partikolari jekk l-appell jew l-istħarriġ ikun fit-tieni livell tal-appell jew ogħla.

4. L-Istati Membri jistgħu wkoll:

4.

(a) jimponu limiti taż-żmien jew monetarji dwar l-għoti ta’ assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas, sakemm tali limiti ma jillimitawx b’mod arbitrarju l-aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas;

(b) jipprovdu li, fir-rigward ta’ tariffi u spejjeż u rimborżi oħra, it-trattament tal-applikanti għandu jkun ugwali iżda mhux aktar favorevoli mit-trattament ġenerali mogħti liċ-ċittadini tagħhom f’materji li jikkonċernaw l-assistenza legali.

5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19(2) ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jitolbu rimborż totali jew parzjali ta’ kwalunkwe spiża imġarrba meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-applikant tkun tjiebet konsiderevolment matul il-proċedura għall- protezzjoni internazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1348 jew meta d-deċiżjoni li tingħata assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas ittieħdet abbażi ta’ informazzjoni falza mogħtija mill-applikant.

6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli proċedurali speċifiċi li jirregolaw il-mod kif jitressqu u jiġu pproċessati talbiet għal assistenza u rappreżentanza legali mingħajr ħlas, jew għandhom japplikaw ir-regoli eżistenti għal talbiet nazzjonali ta’ natura simili, dment li dawk ir-regoli ma jagħmlux l-aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali mingħajr ħlas impossibbli jew eċċessivament diffiċli.

KAPITOLU VI AZZJONIJIET BIEX TITJIEB L-EFFIĊJENZA TAS-SISTEMA TA’ AKKOLJENZA

Artikolu 30 Awtoritajiet kompetenti

Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-identità ta’ tali awtoritajiet.

Artikolu 31 Sistema ta’ gwida, monitoraġġ u kontroll

1. L-Istati Membri għandhom, b’rispett dovut għall-istruttura kostituzzjonali tagħhom, jistabbilixxu mekkaniżmi rilevanti sabiex jiżguraw l-istabbiliment ta’ gwida, monitoraġġ u kontroll xierqa tal-livell ta’ kundizzjonijiet ta’ akkoljenza. L-Istati Membri għandhom iqisu l-istandards operazzjonali, l-indikaturi, il-linji gwida jew l-aħjar prattiki disponibbli u mhux vinkolanti dwar il-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza żviluppati mill-Aġenzija għall-Ażil f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/2303, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi ta’ akkoljenza tagħhom f’konformità ma’ din id-Direttiva.

2. Is-sistemi ta’ akkoljenza tal-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għal mekkaniżmu ta’ monitoraġġ stabbilit fil-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/2303.

Artikolu 32 Ippjanar ta’ kontinġenza

1. Kull Stat Membru għandu jfassal pjan ta’ kontinġenza b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, kif xieraq. Il-pjan ta’ kontinġenza għandu jistabbilixxi l-miżuri ppjanati li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata akkoljenza xierqa ta’ applikanti f’konformità ma’ din id-Direttiva f’każijiet meta l-Istat Membru jiġi kkonfrontat b’għadd sproporzjonat ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, inkluż minn minuri mhux akkumpanjati. Il-pjan ta’ kontinġenza għandu jinkludi wkoll miżuri biex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 20(10), il-punt (b), kemm jista’ jkun malajr.

2. Il-pjan ta’ kontinġenza msemmi fil-paragrafu 1 għandu jqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi, bl-użu ta’ mudell li għandu jiġi żviluppat mill-Aġenzija għall-Ażil, u għandu jiġi nnotifikat lill-Aġenzija għall-Ażil sat-12 ta’ April 2025. Dak il-pjan għandu jiġi rieżaminat meta jkun meħtieġ minħabba ċirkostanzi mibdula u mill-inqas kull tliet snin u, jekk ikun aġġornat, dan għandu jiġi innotifikat lill-Aġenzija għall-Ażil. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija għall-Ażil kull meta l-pjan ta’ kontinġenza tagħhom jiġi attivat.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija għall-Ażil, fuq talba tagħha, b’informazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 u l-Aġenzija għall-Ażil għandha tassisti lill-Istati Membri, bil-kunsens tagħhom, biex ifasslu u jirrieżaminaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom.

Artikolu 33 Persunal u riżorsi

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra direttament responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jkun irċieva t-taħriġ meħtieġ fir-rigward tal-bżonnijiet tal-applikanti, inklużi minuri. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jinkludu partijiet ewlenin rilevanti tal-kurrikulu Ewropew tal-ażil relatati mal-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza kif ukoll l-għodda għall-identifikazzjoni ta’ applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza żviluppati mill-Aġenzija għall-Ażil fit-taħriġ tal-persunal tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jallokaw ir-riżorsi meħtieġa, inkluż il-persunal, it-tradutturi u l-interpreti meħtieġa, għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet staġjonali fl-għadd ta’ applikanti. Meta organizzazzjonijiet lokali u reġjonali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew internazzjonali jipparteċipaw fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, dawn għandhom jiġu allokati r-riżorsi meħtieġa.

Artikolu 34 Monitoraġġ u evalwazzjoni

Sat-12 ta’ Ġunju 2028, u mill-inqas ħames snin minn dak iż-żmien ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandha tipproponi kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa. L-Istati Membri, fuq talba tal-Kummissjoni, għandhom jibagħtu l-informazzjoni neċessarja għat-tfassil tar-rapport sat-12 ta’ Ġunju 2027 u kull tliet snin minn dak iż-żmien ’il quddiem.

Artikolu 35 Transpożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 10, 12, 13, 17 sa 29 u 31 sa 34 sat-12 ta’ Ġunju 2026. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li fiha jingħad li kull meta fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti jkun hemm referenzi għad-Direttiva mħassra minn din id-Direttiva dawk għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 36 Tħassir

Id-Direttiva 2013/33/UE hi mħassra, għall-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, b’effett mit-12 ta’ Ġunju 2026, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2013/33/UE stabbilit fl-Anness I. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 37 Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 38 Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2024. Għall-Parlament Ewropew Il-President R. Metsola Għall-Kunsill Il-President H. Lahbib

ANNEX

ANNESS I Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmija fl-Artikolu 35)

Direttiva Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni 2013/33/UE 20 ta’ Lulju 2015

ANNESS II Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 2013/33/UE Din id-Direttiva Artikolu 1 Artikolu 1 Artikolu 2, formulazzjoni introduttorja Artikolu 2, formulazzjoni introduttorja Artikolu 2, il-punt (a) Artikolu 2, il-punt (1) Artikolu 2, il-punt (b) Artikolu 2, il-punt (2) Artikolu 2, il-punt (c) Artikolu 2, il-punt (3) Artikolu 2, il-punt (d) Artikolu 2, il-punt (4) Artikolu 2, il-punt (e) Artikolu 2, il-punt (5) Artikolu 2, il-punt (f) Artikolu 2, il-punt (6) Artikolu 2, il-punt (g) Artikolu 2, il-punt (7) — Artikolu 2, il-punt (8) Artikolu 2, il-punt (h) Artikolu 2, il-punt (9) Artikolu 2, il-punt (i) Artikolu 2, il-punt (10) — Artikolu 2, il-punt (11) — Artikolu 2, il-punt (12) Artikolu 2, il-punt (j) Artikolu 2, il-punt (13) Artikolu 2, il-punt (k) Artikolu 2, il-punt (14) Artikolu 3 Artikolu 3 Artikolu 4 Artikolu 4 Artikolu 5(1) Artikolu 5(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi — Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu Artikolu 5(2) Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu — Artikolu 5(2), it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi Artikolu 6(1) sa (4) Artikolu 6(1) Artikolu 6(5) Artikolu 6(3) Artikolu 6(6) Artikolu 6(2) Artikolu 7(1) Artikolu 7(1), (2) u (3) u Artikolu 8(3) — Artikolu 7(5) u (7) Artikolu 7(2) Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, u Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu — Artikolu 8(1), Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu, u Artikolu 8(4), (6) u (7) — Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu — Artikolu 9(2) Artikolu 7(3) Artikolu 7(4) Artikolu 7(4) Artikolu 8(5) u Artikolu 9(3) Artikolu 7(5) Artikolu 7(6) — Artikolu 9(4) u (5) Artikolu 8(1) u (2) Artikolu 10(1) u (2) — Artikolu 10(3) Artikolu 8(3), il-punti (a) u (b) Artikolu 10(4), il-punti (a) u (b) — Artikolu 10(4), il-punt (c) Artikolu 8(3), il-punt (c) Artikolu 10(4), il-punt (d) Artikolu 8(3), il-punt (d) Artikolu 10(4), il-punt (e) Artikolu 8(3), il-punt (e) Artikolu 10(4) il-punt (f) Artikolu 8(3), il-punt (f) Artikolu 10(4), il-punt (g) Artikolu 8(3), it-tieni subparagrafu Artikolu 10(4), it-tieni subparagrafu Artikolu 8(4) Artikolu 10(5) Artikolu 9 Artikolu 11 Artikolu 10 Artikolu 12 Artikolu 11 Artikolu 13 Artikolu 12 Artikolu 14 Artikolu 13 Artikolu 15 Artikolu 14 Artikolu 16 Artikolu 15(1) Artikolu 17(1), l-ewwel subparagrafu — Artikolu 17(1), it-tieni subparagrafu Artikolu 15(2) Artikolu 17(2) — Artikolu 17(4) sa (8) Artikolu 15(3) Artikolu 17(9) — Artikolu 18 Artikolu 16 — Artikolu 17(1) sa (4) Artikolu 19(1) sa (5) — Artikolu 19(6) Artikolu 17(5) Artikolu 19(7) Artikolu 18(1) sa (8) Artikolu 20(1) sa (4) u (6) sa (9) — Artikolu 20(5) Artikolu 18(9), l-ewwel u t-tieni subparagrafi Artikolu 20(10), l-ewwel u t-tieni subparagrafi — Artikolu 20(10), it-tielet subparagrafu — Artikolu 21 Artikolu 19 Artikolu 22(1) u (3) — Artikolu 22(2) Artikolu 20, formulazzjoni introduttorja Artikolu 23(1) Artikolu 20(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) Artikolu 23(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) — Artikolu 23(2), l-ewwel subparagrafu, il-punti (e) u (f) Artikolu 20(1), it-tieni subparagrafu Artikolu 20(3) Artikolu 20(2) — Artikolu 20(3) Artikolu 23(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) Artikolu 20(4) — Artikolu 20(5) Artikolu 23(4) Artikolu 20(6) Artikolu 23(5) Artikolu 21 Artikolu 24 Artikolu 22(1) Artikolu 25(1) — Artikolu 25(2) Artikolu 22(2), (3) u (4) Artikolu 25(3), (4) u (5) Artikolu 23(1) sa (5) Artikolu 26(1) sa (5) Artikolu 24(1), l-ewwel subparagrafu Artikolu 27(1), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 27(6) Artikolu 24(1), it-tieni subparagrafu — — Artikolu 27(1), it-tieni subparagrafu sat-tmien subparagrafu, u l-Artikolu 27(2) sa (5), (7) u (8) Artikolu 24(2) u (3) Artikolu 27(9) u (10) Artikolu 24(4) Artikolu 26(6) Artikolu 25 Artikolu 28 Artikolu 26 Artikolu 29 Artikolu 27 Artikolu 30 Artikolu 28 Artikolu 31 — Artikolu 32 Artikolu 29 Artikolu 33 Artikolu 30(1) u (2) Artikolu 34 Artikolu 30(3) — Artikolu 31 Artikolu 35 Artikolu 32 Artikolu 36 Artikolu 33(1) Artikolu 37 Artikolu 33(2) — Artikolu 34 Artikolu 38 Anness I — Anness II Anness I Anness III Anness II

Versions

  1. 2024-05-14