Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2026 li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Litwanja C/2026/2450

In forceVersion 2026-04-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Not the law itself: Notice

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/notice/C/2026/2450/oj@2026-04-21/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni tat-28 ta' Marzu 2023, il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027.

(2) Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Inga RUGINIENĖ, sar vakanti siġġu ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-impjegati.

(3) L-organizzazzjoni tal-impjegati KETU nnominat kandidat għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Is-Sa Odeta LEŠINSKAITĖ hija maħtura membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sa Inga RUGINIENĖ għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Marzu 2027.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ April 2026. Għall-Kunsill Il-President K. Kallas

Versions

  1. 2026-04-21