Gelex

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ġunju 2007 li tikkonċerna l-pjan emendat għar-rimi ta' skart radjuattiv mill-impjant ta' dekontaminazzjoni u rkupru ta' l-uranju SOCATRI fis-sit Tricastin fi Franza, skond l-Artikolu 37 tat-Trattat ta' l-Euratom (It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku) (2007/C 138/01)

Version 2007-06-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Not the law itself: Notice

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/notice/oj/C/2007/138/01@2007-06-21/mt

Contents
  1. Preamble

Fil-25 ta' Ottubru 2006, skond l-Artikolu 37 tat-Trattat ta' l-Euratom, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mill-Gvern Franċiż Dejta Ġenerali rigward pjan emendat għar-rimi ta' skart radjuattiv mill-impjant ta' dekontaminazzjoni u ta' rkupru ta' l-uranju SOCATRI. Abbażi tad-Dejta Ġenerali u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet din l-opinjoni li ġejja:

1. Id-distanza bejn l-impjant u l-eqreb punt fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, f'dan il-każ l-Italja, hija ta' madwar 170 km.

2. Ir-riżultat ġenerali tal-modifika ppjanata se jkun li tiżdied l-awtorizzazzjoni tal-ħruġ ta' skariki radjuattivi fl-arja fir-rigward tat-titanju, il-karbonju-14 u r-radjunuklidi prodotti matul it-trattament ta' l-iskariki li jippreżentaw spektrum ta' riproċessar ta' l-uranju.

3. Matul operat normali, il-modifika ppjanata mhix se toħloq esponiment li jista' jaffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni fi Stati Membri oħra.

4. F'każ ta' rilaxxi mhux ippjanati ta' skariki radjuattivi li jirriżultaw minn inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali inizjali, il-modifika ppjanata mhix se tagħti lok għal dożi fi Stati Membri oħra li jistgħu jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan emendat għar-rimi ta' skart radjuattiv taħt kwalunkwe forma mill-impjant ta' dekontaminazzjoni u rkupru ta' l-uranju SOCATRI fis-sit Tricastin fi Franza, kemm matul operat normali u anki f'każ ta' inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, ma tistax tirriżulta f'kontaminazzjoni radjuattiva ta' l-ilma, il-ħamrija jew l-atmosfera ta' Stat Membru ieħor.

Versions

  1. 2007-06-21