Gelex

Regoli standard ta’ proċedura għall-kumitati Regoli ta’ proċedura għall-kumitat [isem il-kumitat] 2011/C 206/06

Version 2011-07-12
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Not the law itself: Notice

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/notice/oj/C/2011/206/06@2011-07-12/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Sejħa għal laqgħa
  3. Artikolu 2 L-aġenda
  4. 2.
  5. Artikolu 3 Id-dokumentazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-membri tal-kumitat
  6. Artikolu 4 L-opinjoni tal-kumitat
  7. Artikolu 5 Rappreżentanza
  8. 2.
  9. Artikolu 6 Gruppi ta’ ħidma
  10. Artikolu 7 Partijiet terzi u esperti
  11. Artikolu 8 Proċedura bil-miktub
  12. Artikolu 9 Appoġġ segretarjali
  13. Artikolu 10 Minuti u rekord imqassar tal-laqgħat
  14. Artikolu 11 Lista ta' attendenza u kunflitti ta' interess
  15. Artikolu 12 Il-korrispondenza
  16. Artikolu 13 Aċċess għad-dokumenti u kunfidenzjalità
  17. Artikolu 14 Protezzjoni tad-dejta personali

IL-KUMITAT [ISEM IL-KUMITAT],

Wara li kkunsidra [titlu sħiħ tal-att bażiku] u partikolarment l-Artikolu … [l-Artikolu li jistabbilixxi l-Kumitat] tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, u b'mod partikulari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-regoli standard ta' proċedura ppubblikati mill-Kummissjoni,

[Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2010/427/UE)]

ADOTTA R-REGOLI TA' PROĊEDURA LI ĠEJJIN:

Artikolu 1 Sejħa għal laqgħa

1. Għandha tissejjaħ laqgħa tal-kumitat mill-president, fuq l-inizjattiva tiegħu/tagħha stess jew fuq talba ta' maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

2. Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, fejn il-proċedura bil-miktub tiġi mitmuma mingħajr riżultat, il-president għandu/ha j/tlaqqa' lill-kumitat fi żmien raġonevoli.

3. Jistgħu jissejħu laqgħat konġunti tal-kumitat ma’ kumitati oħrajn biex jiġu diskussi l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma tar-responsabbiltà rispettivi tagħhom.

Artikolu 2 L-aġenda

1. Il-president għandu/ha j/tfassal l-aġenda u j/tippreżentaha lill-kumitat.

2. L-aġenda għandha tagħmel distinzjoni bejn: (a) abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni u li l-kumitat jintalab jagħti opinjoni dwarhom, skont il-proċedura [konsultattiva/ta' analiżi] li jipprovdi għaliha l-Artikolu … (…) ta' … [l-att bażiku]; (b) kwistjonijiet oħra ppreżentati lill-kumitat biex ikun infurmat jew skambju sempliċi ta’ fehmiet, fuq l-inizjattiva tal-President jew inkella b'talba bil-miktub ta' membru tal-kumitat [jew fi qbil ma’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Artikolu … (…) ta’ [l-att bażiku] …].

2.

(a) abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni u li l-kumitat jintalab jagħti opinjoni dwarhom, skont il-proċedura [konsultattiva/ta' analiżi] li jipprovdi għaliha l-Artikolu … (…) ta' … [l-att bażiku];

(b) kwistjonijiet oħra ppreżentati lill-kumitat biex ikun infurmat jew skambju sempliċi ta’ fehmiet, fuq l-inizjattiva tal-President jew inkella b'talba bil-miktub ta' membru tal-kumitat [jew fi qbil ma’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Artikolu … (…) ta’ [l-att bażiku] …].

Artikolu 3 Id-dokumentazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-membri tal-kumitat

1. Għall-fini tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-president għandu/ha j/tissottometti l-istedina, l-abbozz tal-aġenda u l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni li l-kumitat jintalab jagħti opinjoni dwaru lill-membri tal-kumitat bil-quddiem sew qabel il-laqgħa, b'mod li jagħti kas tal-urġenza u tal-kumplessità tal-materja, u mhux aktar minn 14-il jum tal-kalendarju qabel id-data tal-laqgħa. Dokumenti oħrajn relatati mal-laqgħa, b'mod partikulari dokumenti li jakkumpanjaw lill-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, għandhom, safejn ikun possibbli, jiġu sottomessi fl-istess limitu ta' żmien. Id-dokumenti kollha għandhom jiġu sottomessi skont l-Artikolu 12(2).

2. F'każijiet debitament iġġustifikati, il-president j/tista', b'inizjattiva tiegħu/tagħha stess jew b'talba ta' membru tal-kumitat, i/tqassar il-limitu taż-żmien biex jiġu sottomessi d-dokumenti msemmijin fil-paragrafu 1. Ħlief f'każijiet ta' urġenza estrema, il-limitu taż-żmien m'għandux ikun iqsar minn 5 ijiem tal-kalendarju.

Artikolu 4 L-opinjoni tal-kumitat

1. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar abbozz ta' att ta' implimentazzjoni fil-limitu ta' żmien preskritt mill-president skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Fejn il-proċedura konsultattiva twassal għal vot, l-eżitu tal-vot għandu jiġi deċiż b'maġġoranza sempliċi tal-membri li jiffurmaw il-kumitat, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun mitluba skont il-proċedura ta' analiżi, l-eżitu tal-vot għandu jiġi deċiż b'maġġoranza kkwalifikata, skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Dment li l-ebda membru tal-kumitat ma joġġezzjona, il-president jista'/tista', mingħajr ma j/tgħaddi għal vot formali, j/tistabbilixxi li l-kumitat ta' appell ikun ta opinjoni pożittiva, b'konsensus, dwar l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni.

4. Il-president, b'konsultazzjoni mal-membri tal-kumitat, j/tista', b'inizjattiva tiegħu/tagħha stess jew b'talba ta’ membru tal-kumitat, j/tipposponi vot sa tmiem il-laqgħa jew għal laqgħa oħra aktar ’il quddiem.

5. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-president għandu/ha j/tipprova jsib/issib soluzzjonijiet li jiksbu l-ikbar appoġġ possibbli fil-kumitat. Qabel il-vot, il-president għandu/ha j/tinforma lill-kumitat dwar il-mod kif ikunu ġew ikkunsidrati d-diskussjonijiet u s-suġġerimenti għal emendi, b'mod partikulari fir-rigward ta' dawk is-suġġerimenti li jkunu ngħataw appoġġ kbir fil-kumitat.

Artikolu 5 Rappreżentanza

1. Kull Stat Membru għandu jitqies bħala membru wieħed tal-kumitat. Kull membru tal-kumitat għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni tiegħu u jgħarraf lill-president. Bil-permess tal-president, id-delegazzjonijiet jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti li ma jkunux jagħmlu parti mid-delegazzjoni.

2. F'perjodu raġonevoli ta' żmien u mhux aktar tard minn 5 ijiem tal-kalendarju qabel id-data ta' laqgħa tal-kumitat, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi kkomunikata lill-president: Jekk il-president ma j/toġġezzjonax għall-parteċipazzjoni ta' espert qabel il-laqgħa tal-kumitat, il-permess imsemmi fil-paragrafu 1 jitqies bħala li jkun ingħata. (a) kif tkun se tkun magħmula kull delegazzjoni, ħlief fejn il-president i/tkun diġà j/taf; (b) l-ismijiet u l-funzjonijiet ta' kwalunkwe esperti li jkunu se jakkumpanjaw lid-delegazzjonijiet u r-raġunijiet li għalihom tkun meħtieġa l-preżenza tagħhom.

2.

(a) kif tkun se tkun magħmula kull delegazzjoni, ħlief fejn il-president i/tkun diġà j/taf;

(b) l-ismijiet u l-funzjonijiet ta' kwalunkwe esperti li jkunu se jakkumpanjaw lid-delegazzjonijiet u r-raġunijiet li għalihom tkun meħtieġa l-preżenza tagħhom.

3. Ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-Kummissjoni għandu jitħallas skont ir-regoli applikabbli, suġġett għall-fondi baġitarji pprovduti għal dan il-għan.

4. Id-delegazzjoni ta’ Stat Membru tista’ tirrappreżenta mhux aktar minn Stat Membru ieħor wieħed. L-Istat Membru li jkun qed jiġi rrappreżentat għandu jgħarraf lill-president b'dan qabel il-laqgħa jew, l-aktar tard, qabel il-vot.

Artikolu 6 Gruppi ta’ ħidma

1. Il-kumitat jista' joħloq gruppi ta' ħidma sabiex jeżaminaw kwistjonijiet partikolari. Il-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu ppreseduti minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Il-gruppi ta' ħidma għandhom jirrappurtaw lill-kumitat li jkun jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-president tagħhom.

Artikolu 7 Partijiet terzi u esperti

1. Ir-rappreżentanti ta' [speċifika l-pajjiż jew l-organizzazzjoni terza inkwistjoni] għandhom jiġu mistedin jattendu għal-laqgħat tal-kumitat, skont [speċifika l-att legali, bħal ftehim magħmul mill-Unjoni, deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jew strument bażiku ieħor li jipprovdu għall-preżenza ta’ dawn l-osservaturi].

2. Rappreżentanti ta' pajjiżi aderenti għandhom jiġu mistednin jattendu għal-laqgħat tal-kumitat mid-data tal-firma tat-Trattat tal-adeżjoni 'l quddiem.

3. Il-president j/tista' j/tiddeċiedi li j/tistieden rappreżentanti ta' partijiet terzi oħrajn jew esperti oħrajn sabiex jitkellmu dwar kwistjonijiet partikolari, b'inizjattiva tiegħu/tagħha stess jew b'talba ta' membru tal-kumitat. Madanakollu, maġġoranza sempliċi tal-membri li jiffurmaw il-kumitat jistgħu jopponu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħa.

4. Ir-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi u l-esperti li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 1, 2 u 3 la għandhom ikunu preżenti u lanqas għandhom jipparteċipaw waqt il-votazzjonijiet tal-kumitat.

Artikolu 8 Proċedura bil-miktub

1. Il-president j/tista' j/tikseb l-opinjoni tal-kumitat permezz tal-proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. B'mod partikulari, il-president j/tista' j/tagħmel użu mill-proċedura bil-miktub biex j/tikseb l-opinjoni tal-kumitat f'każijiet fejn l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni jkun diġà ġie diskuss waqt laqgħa tal-kumitat.

2. Il-president għandu/ha j/tgħarraf lill-membri tal-kumitat dwar l-eżitu ta' proċedura bil-miktub minnufih, u mhux aktar tard minn 14-il jum tal-kalendarju wara li jiskadi l-limiti ta' żmien.

Artikolu 9 Appoġġ segretarjali

Il-Kummissjoni se tipprovdi appoġġ segretarjali lill-Kumitat u, jekk ikun meħtieġ, għall-gruppi ta’ ħidma maħluqin skont l-Artikolu 6(1).

Artikolu 10 Minuti u rekord imqassar tal-laqgħat

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-minuti ta' kull laqgħa għandhom jitħejjew taħt ir-responsabbiltà tal-president. Il-membri tal-kumitat għandhom id-dritt li jitolbu li l-pożizzjoni tagħhom tkun reġistrata fil-minuti. Il-president għandu/ha j/tibgħat il-minuti lill-membri tal-kumitat mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn xahar wara l-laqgħa. Il-membri tal-kumitat għandhom jibagħtu bil-miktub kwalunkwe kummenti li jista' jkollhom dwar l-abbozz tal-minuti lill-president. Jekk ikun hemm xi nuqqas ta’ qbil, il-kwistjoni għandha tiġi diskussa mill-kumitat. Jekk in-nuqqas ta’ qbil jippersisti, il-kummenti rilevanti għandhom jiġu annessi mal-minuti aħħarin.

2. Għall-fini tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-president għandu/ha j/tkun responsabbli għat-tfassil ta' kitba fil-qosor li tagħti deskrizzjoni fuq fuq ta' kull punt fuq l-aġenda u tar-riżultati tal-vot fuq kwalunkwe abbozz ta' att ta' implimentazzjoni mressaq quddiem il-kumitat. Din il-kitba fil-qosor m'għandhiex issemmi l-pożizzjoni individwali tal-membri waqt id-diskussjonijiet tal-kumitat.

Artikolu 11 Lista ta' attendenza u kunflitti ta' interess

1. F'kull laqgħa, il-president għandu/ha j/tagħmel lista ta' attendenza li tispeċifika l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet li jkunu jappartjenu għalihom dawk magħżulin mill-Istati Membri biex jirrappreżentawhom.

2. Fil-ftuħ ta' kull laqgħa, kwalunkwe persuna nnominata mill-Istati Membri, kif ukoll l-esperti li jkunu ġew awtorizzati mill-president biex jieħdu sehem fil-laqgħa skont l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7(3), u r-rappreżentanti ta' partijiet terzi li jkunu ġew mistednin jattendu għal-laqgħa skont l-Artikolu 7, għandhom jinfurmaw lill-president dwar kwalunkwe kunflitt ta' interess rigward xi punt partikulari tal-aġenda. Fil-każ ta’ kunflitt ta’ interess bħal dan, il-persuna kkonċernata għandha, b'talba tal-president, tirtira mil-laqgħa waqt li jkunu qed jiġu indirizzati l-punti rilevanti tal-aġenda.

Artikolu 12 Il-korrispondenza

1. Il-korrispondenza li tirrigwarda lill-kumitat għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni, għall-attenzjoni tal-president tal-kumitat.

2. Il-korrispondenza għall-membri tal-kumitat għandha tiġi sottomessa lir-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri, preferibbilment elettronikament. Fejn Rappreżentanza Permanenti tindika lill-Kummissjoni indirizz elettroniku ċentrali speċifiku għall-korrispondenza relatata max-xogħol tal-kumitati, għall-korrispondenza għandu jintuża dak l-indirizz. Barra minn hekk, il-korrispondenza tista' tingħadda mill-ewwel lill-persuni magħżulin mill-Istati Membri biex jirrappreżentawhom fil-kumitat.

Artikolu 13 Aċċess għad-dokumenti u kunfidenzjalità

1. Talbiet għal aċċess għal dokumenti tal-kumitat għandhom jiġu ttrattati skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Hija l-Kummissjoni li tieħu deċiżjoni dwar talbiet għall-aċċess għal dawk id-dokumenti skont ir-Regoli ta' Proċedura tagħha kif emendati permezz tad-Deċiżjoni 2001/937/KE, KESE, Euratom. Jekk it-talba tkun indirizzata lil Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

2. Id-diskussjonijiet tal-kumitat għandhom ikunu kunfidenzjali.

3. Dokumenti mgħoddija lil membri tal-kumitat, lil esperti u lil rappreżentanti ta' partijiet terzi għandhom ikunu kunfidenzjali, dment li ma jingħatax aċċess għal dawk id-dokumenti skont il-paragrafu 1 jew li ma jsirux pubbliċi b'mod ieħor mill-Kummissjoni.

4. Il-membri tal-kumitat, kif ukoll l-esperti u r-rappreżentanti ta' partijiet terzi, għandhom ikunu mitlubin jirrispettaw l-obbligi tal-kunfidenzjalità preskritti f'dan l-Artikolu. Il-president għandu/ha j/tiżgura li l-esperti u r-rappreżentanti ta' partijiet terzi jkunu jafu bir-rekwiżiti dwar il-kunfidenzjalità imposti fuqhom.

Artikolu 14 Protezzjoni tad-dejta personali

L-ipproċessar tad-dejta personali mill-kumitat u mill-gruppi ta' ħidma tagħha għandu jkun skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, taħt ir-responsabbiltà tal-president, li j/taġixxi bħala l-kontrollur, skont it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament.

Versions

  1. 2011-07-12