Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2012 li taħtar membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għad-Danimarka 2012/C 334/02

In forceVersion 2012-10-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Not the law itself: Notice

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/notice/oj/C/2012/334/02@2012-10-29/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi tal-kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u ta' min iħaddem,

Billi:

(1) Permezz tad-Deċiżjonijiet tiegħu tat-22 ta' Novembru 2010, tas-7 ta' Marzu 2011, tat-12 ta' Lulju 2011 u tal-20 ta' Settembru 2011 il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta' Novembru 2013, bl-eċċezzjoni ta' ċerti Stati Membri.

(2) L-organizzazzjoni tal-impjegati ETUC ippreżentat nomina għal post li jrid jimtela',

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI

Dan li ġej huwa maħtur membru supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta’ Novembru 2013: Pajjiż Membru Membru Supplenti Danimarka Is-Sinjura Heidi RØNNE MØLLER

Artikolu 2 Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ottubru 2012. Għall-Kunsill Il-President E. Flourentzou

Versions

  1. 2012-10-29