Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Lulju 2016 dwar il-finanzjament tal-programm ta’ ħidma tal-2016 għat-taħriġ fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti fil-qafas tal-programm Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel 2016/C 248/05
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Not the law itself: Notice
Address https://gelex.eu/eli/EU/notice/oj/C/2016/248/05@2016-07-07/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b’mod partikolari l-Artikolu 84 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 36(1) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli maħsuba sabiex, b’mod partikolari, jevitaw, jeliminaw jew inaqqsu r-riskji għall-bnedmin u għall-annimali għal livelli aċċettabbli, u biex jiggarantixxu prattiki ġusti fil-kummerċ tal-għalf u tal-ikel u jħarsu l-interessi tal-konsumatur. L-Artikolu 51 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ torganizza korsijiet ta’ taħriġ għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għall-kontrolli uffiċjali msemmija f’dak ir-Regolament, li jistgħu jinfetħu għall-parteċipanti minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Dawk il-korsijiet jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, taħriġ rigward il-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar l-għalf u l-ikel u rigward ir-regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali.
(2) L-Artikolu 2(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE jipprovdi l-bażi legali għall-organizzazzjoni ta’ korsijiet fil-qasam tas-saħħa tal-pjanti.
(3) Il-Programm Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel ġie stabbilit mill-Kummissjoni fl-2006 sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2006 dwar it-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel tesplora l-għażliet għall-organizzazzjoni tat-taħriġ fil-ġejjieni.
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma li jirregolaw is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u r-regoli dwar is-saħħa tal-pjanti. L-Artikolu 31 jipprevedi li l-Unjoni tista’ tiffinanzja t-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, sabiex jiġi żviluppat approċċ armonizzat għall-kontrolli uffiċjali u għal attivitajiet uffiċjali oħra biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti.
(5) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Programm Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel fl-Istati Membri jeħtieġ li tiġi adottata deċiżjoni ta’ finanzjament u l-programm ta’ ħidma dwar it-taħriġ fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti għall-2016. L-Artikolu 94 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 jistabbilixxi regoli dettaljati dwar id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/770/UE tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (minn hawn ’il quddiem l-Aġenzija). Din id-Deċiżjoni tinkariga lill-Aġenzija b’ċerti kompiti ta’ ġestjoni u ta’ implimentazzjoni tal-programm relatati mal-miżuri ta’ taħriġ fis-sikurezza tal-ikel imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE.
(7) Sabiex tkun permessal-flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, jixraq li t-terminu bidla sostanzjali jiġi ddefinit skont it-tifsira tal-Artikolu 94(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012.
(8) Jeħtieġ li jkun jista’ jsir ħlas ta’ imgħax dovut għal ħlas tardiv, abbażi tal-Artikolu 92 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u abbażi tal-Artikolu 111(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012.
(9) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1 Il-programm ta’ ħidma
Il-programm ta’ ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Programm Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel għall-2016, kif stabbilit fl-Anness, huwa b’dan adottat. Dan jikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
Artikolu 2 Kontribuzzjoni tal-Unjoni
1. Il-kontribuzzjoni massima għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma għas-sena 2016 ġiet stabbilita għal EUR 15500000, u għandha tiġi ffinanzjata mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-linja baġitarja 17.04.03 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2016.
2. L-approprjazzjonijiet stipulati fil-punt 1 jistgħu jkopru wkoll l-imgħax dovut għal ħlas tardiv.
Artikolu 3 Klawsola ta’ flessibbiltà
Bidliet akkumulati tal-allokazzjonijiet għal azzjonijiet speċifiċi li ma jaqbżux l-20 % tal-kontribuzzjoni massima stabbilita fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitqiesu bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 94(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012, meta dawk il-bidliet ma jkunux jaffettwaw b’mod sinifikanti n-natura tal-azzjonijiet u l-għan tal-programm ta’ ħidma. Iż-żieda tal-kontribuzzjoni massima stabbilita fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Deċiżjoni ma għandhiex taqbeż l-20 %. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ japplika t-tip ta’ bidliet imsemmija fl-ewwel paragrafu. Dawk il-bidliet għandhom jiġu applikati skont il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-proporzjonalità.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2016. Għall-Kummissjoni Vytenis Andriukaitis Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
Grp. 11. Introduzzjoni Abbażi tal-għanijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u fid-Direttiva 2000/29/KE, dan il-programm ta’ ħidma jinkludi l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u l-analiżi tal-baġit għas-sena 2016 kif ġej: Akkwist (implimentat minn ġestjoni diretta): Kuntratti esterni għat-twettiq tal-programm ta’ taħriġ u ta’ għodod oħra ta’ tagħlim EUR 15500000 TOTAL EUR 15500000 Grp. ġuridika. Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 51 Id-Direttiva 2000/29/KE, l-Artikolu 2(1)(i) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, l-Artikolu 31 u l-Artikolu 36(1) Grp. baġitarja. Linja baġitarja: 17.04.03 Grp_indikattiv_u_tip_ta_kuntratti. previsti. Għal kull waħda mill-kwistjonijiet tekniċi msemmija hawn taħt, se jiġi ffirmat kuntratt ta’ servizz dirett jew ta’ qafas wieħed jew aktar. Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar 15-il kuntratt ta’ servizz dirett jew speċifiku. Il-kuntratturi esterni huma prinċipalment involuti fl-aspetti organizzattivi u loġistiċi tal-attivitajiet ta’ taħriġ. Grp_talkuntratti_previsti_jekk. possibbli. Għall-2016, l-azzjonijiet ta’ taħriġ se jkunu dwar is-suġġetti li ġejjin: Attivitajiet Ammont f’EUR Ir-reżistenza kontra l-mikrobi 1185000 Il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti 1150000 Il-kontroll tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi 320000 Il-valutazzjoni tar-riskju 935000 L-iġjene tal-ikel fil-livell primarju tal-produzzjoni 1095000 Il-preparazzjoni għal tifqigħa u l-ġestjoni tal-ikel 745000 L-informazzjoni dwar l-ikel u l-kompożizzjoni tiegħu 870000 Il-liġi dwar l-għalf 1040000 Il-kontroll tal-kontaminanti 880000 L-ispezzjonijiet ta’ kontroll f’Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera 975000 Il-kontroll tal-movimenti tal-klieb u tal-qtates 610000 TRACES (l-aspetti sanitarji, fitosanitarji u ta’ kwalità) 1180000 It-trattament xieraq tal-annimali 920000 L-ittestjar tal-ikel 1170000 L-istandards tal-ikel tal-UE 1950000 L-assistenza u l-appoġġ għal proġett ta’ tagħlim elettroniku 135000 It-taħriġ ta’ kontinġenza, il-konferenzi, u l-għodod ta’ tagħlim u ta’ disseminazzjoni marbuta mas-saħħa u mat-trattament xieraq tal-annimali, mas-saħħa tal-pjanti u mas-sikurezza tal-ikel 340000 TOTAL 15500000 Grp. implimentazzjoni. EUR 15365000 (il-finanzjament ta’ miżuri tas-sikurezza tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE) se jiġu ġestiti u implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/770/UE). Il-EUR 135000 li jibqa’ se jiġu ġestiti mill-Kummissjoni biex tkopri l-assistenza u l-appoġġ għal proġett ta’ tagħlim elettroniku. Grp_ta_żmien_indikattiv_għattnedija_talproċedura. talakkwist. Bejn wieħed u ieħor matul it-tielet u r-raba’ kwart tal-2016. Grp_indikattiv_tassejħa. għallofferti. EUR 15500000 Grp. 121. Kuntratt estern għat-twettiq tal-programm ta’ taħriġ u ta’ għodod oħra ta’ tagħlim L-allokazzjoni baġitarja globali riżervata għall-kuntratti ta’ akkwist fl-2016 tammonta għal EUR 15500000. Grp_talkuntratti. previsti. L-għoti ta’ servizzi fl-oqsma tal-evalwazzjoni, l-istudji, il-valutazzjoni tal-impatt, il-monitoraġġ u ta’ servizzi oħra relatati, marbuta mal-politiki dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari Grp_ta. kuntratt. Kuntratt qafas ġdid għas-servizzi Grp_indikattiv_ta_kuntratti. previsti. Kuntratt qafas wieħed. Grp_ta_żmien_indikattiv_għattnedija_talproċedura. talakkwist. It-tieni nofs tal-2016. Grp. 122. Kuntratt qafas għall-għoti ta’ servizzi fl-oqsma tal-evalwazzjoni, l-istudji, il-valutazzjoni tal-impatt, il-monitoraġġ u ta’ servizzi oħra relatati, marbuta mal-politiki dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari Grp. 12. Akkwist
ANNESS
1.1. Introduzzjoni Abbażi tal-għanijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u fid-Direttiva 2000/29/KE, dan il-programm ta’ ħidma jinkludi l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u l-analiżi tal-baġit għas-sena 2016 kif ġej: Akkwist (implimentat minn ġestjoni diretta): Kuntratti esterni għat-twettiq tal-programm ta’ taħriġ u ta’ għodod oħra ta’ tagħlim EUR 15500000 TOTAL EUR 15500000
1.2. Akkwist Grp. ġuridika. Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 51 Id-Direttiva 2000/29/KE, l-Artikolu 2(1)(i) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, l-Artikolu 31 u l-Artikolu 36(1) Grp. baġitarja. Linja baġitarja: 17.04.03 Grp_indikattiv_u_tip_ta_kuntratti. previsti. Għal kull waħda mill-kwistjonijiet tekniċi msemmija hawn taħt, se jiġi ffirmat kuntratt ta’ servizz dirett jew ta’ qafas wieħed jew aktar. Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar 15-il kuntratt ta’ servizz dirett jew speċifiku. Il-kuntratturi esterni huma prinċipalment involuti fl-aspetti organizzattivi u loġistiċi tal-attivitajiet ta’ taħriġ. Grp_talkuntratti_previsti_jekk. possibbli. Għall-2016, l-azzjonijiet ta’ taħriġ se jkunu dwar is-suġġetti li ġejjin: Attivitajiet Ammont f’EUR Ir-reżistenza kontra l-mikrobi 1185000 Il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti 1150000 Il-kontroll tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi 320000 Il-valutazzjoni tar-riskju 935000 L-iġjene tal-ikel fil-livell primarju tal-produzzjoni 1095000 Il-preparazzjoni għal tifqigħa u l-ġestjoni tal-ikel 745000 L-informazzjoni dwar l-ikel u l-kompożizzjoni tiegħu 870000 Il-liġi dwar l-għalf 1040000 Il-kontroll tal-kontaminanti 880000 L-ispezzjonijiet ta’ kontroll f’Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera 975000 Il-kontroll tal-movimenti tal-klieb u tal-qtates 610000 TRACES (l-aspetti sanitarji, fitosanitarji u ta’ kwalità) 1180000 It-trattament xieraq tal-annimali 920000 L-ittestjar tal-ikel 1170000 L-istandards tal-ikel tal-UE 1950000 L-assistenza u l-appoġġ għal proġett ta’ tagħlim elettroniku 135000 It-taħriġ ta’ kontinġenza, il-konferenzi, u l-għodod ta’ tagħlim u ta’ disseminazzjoni marbuta mas-saħħa u mat-trattament xieraq tal-annimali, mas-saħħa tal-pjanti u mas-sikurezza tal-ikel 340000 TOTAL 15500000 Grp. implimentazzjoni. EUR 15365000 (il-finanzjament ta’ miżuri tas-sikurezza tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE) se jiġu ġestiti u implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/770/UE). Il-EUR 135000 li jibqa’ se jiġu ġestiti mill-Kummissjoni biex tkopri l-assistenza u l-appoġġ għal proġett ta’ tagħlim elettroniku. Grp_ta_żmien_indikattiv_għattnedija_talproċedura. talakkwist. Bejn wieħed u ieħor matul it-tielet u r-raba’ kwart tal-2016. Grp_indikattiv_tassejħa. għallofferti. EUR 15500000 Grp. 121. Kuntratt estern għat-twettiq tal-programm ta’ taħriġ u ta’ għodod oħra ta’ tagħlim L-allokazzjoni baġitarja globali riżervata għall-kuntratti ta’ akkwist fl-2016 tammonta għal EUR 15500000. Grp_talkuntratti. previsti. L-għoti ta’ servizzi fl-oqsma tal-evalwazzjoni, l-istudji, il-valutazzjoni tal-impatt, il-monitoraġġ u ta’ servizzi oħra relatati, marbuta mal-politiki dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari Grp_ta. kuntratt. Kuntratt qafas ġdid għas-servizzi Grp_indikattiv_ta_kuntratti. previsti. Kuntratt qafas wieħed. Grp_ta_żmien_indikattiv_għattnedija_talproċedura. talakkwist. It-tieni nofs tal-2016. Grp. 122. Kuntratt qafas għall-għoti ta’ servizzi fl-oqsma tal-evalwazzjoni, l-istudji, il-valutazzjoni tal-impatt, il-monitoraġġ u ta’ servizzi oħra relatati, marbuta mal-politiki dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari
1.2.
1.2.1. Kuntratt estern għat-twettiq tal-programm ta’ taħriġ u ta’ għodod oħra ta’ tagħlim L-allokazzjoni baġitarja globali riżervata għall-kuntratti ta’ akkwist fl-2016 tammonta għal EUR 15500000. Grp. ġuridika. Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 51 Id-Direttiva 2000/29/KE, l-Artikolu 2(1)(i) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, l-Artikolu 31 u l-Artikolu 36(1) Grp. baġitarja. Linja baġitarja: 17.04.03 Grp_indikattiv_u_tip_ta_kuntratti. previsti. Għal kull waħda mill-kwistjonijiet tekniċi msemmija hawn taħt, se jiġi ffirmat kuntratt ta’ servizz dirett jew ta’ qafas wieħed jew aktar. Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar 15-il kuntratt ta’ servizz dirett jew speċifiku. Il-kuntratturi esterni huma prinċipalment involuti fl-aspetti organizzattivi u loġistiċi tal-attivitajiet ta’ taħriġ. Grp_talkuntratti_previsti_jekk. possibbli. Għall-2016, l-azzjonijiet ta’ taħriġ se jkunu dwar is-suġġetti li ġejjin: Attivitajiet Ammont f’EUR Ir-reżistenza kontra l-mikrobi 1185000 Il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti 1150000 Il-kontroll tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi 320000 Il-valutazzjoni tar-riskju 935000 L-iġjene tal-ikel fil-livell primarju tal-produzzjoni 1095000 Il-preparazzjoni għal tifqigħa u l-ġestjoni tal-ikel 745000 L-informazzjoni dwar l-ikel u l-kompożizzjoni tiegħu 870000 Il-liġi dwar l-għalf 1040000 Il-kontroll tal-kontaminanti 880000 L-ispezzjonijiet ta’ kontroll f’Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera 975000 Il-kontroll tal-movimenti tal-klieb u tal-qtates 610000 TRACES (l-aspetti sanitarji, fitosanitarji u ta’ kwalità) 1180000 It-trattament xieraq tal-annimali 920000 L-ittestjar tal-ikel 1170000 L-istandards tal-ikel tal-UE 1950000 L-assistenza u l-appoġġ għal proġett ta’ tagħlim elettroniku 135000 It-taħriġ ta’ kontinġenza, il-konferenzi, u l-għodod ta’ tagħlim u ta’ disseminazzjoni marbuta mas-saħħa u mat-trattament xieraq tal-annimali, mas-saħħa tal-pjanti u mas-sikurezza tal-ikel 340000 TOTAL 15500000 Grp. implimentazzjoni. EUR 15365000 (il-finanzjament ta’ miżuri tas-sikurezza tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE) se jiġu ġestiti u implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/770/UE). Il-EUR 135000 li jibqa’ se jiġu ġestiti mill-Kummissjoni biex tkopri l-assistenza u l-appoġġ għal proġett ta’ tagħlim elettroniku. Grp_ta_żmien_indikattiv_għattnedija_talproċedura. talakkwist. Bejn wieħed u ieħor matul it-tielet u r-raba’ kwart tal-2016. Grp_indikattiv_tassejħa. għallofferti. EUR 15500000
1.2.1. BAŻI ĠURIDIKA
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 51 Id-Direttiva 2000/29/KE, l-Artikolu 2(1)(i) Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, l-Artikolu 31 u l-Artikolu 36(1)
LINJA BAĠITARJA
Linja baġitarja: 17.04.03
GĦADD INDIKATTIV U TIP TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Għal kull waħda mill-kwistjonijiet tekniċi msemmija hawn taħt, se jiġi ffirmat kuntratt ta’ servizz dirett jew ta’ qafas wieħed jew aktar. Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar 15-il kuntratt ta’ servizz dirett jew speċifiku. Il-kuntratturi esterni huma prinċipalment involuti fl-aspetti organizzattivi u loġistiċi tal-attivitajiet ta’ taħriġ.
SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI (JEKK POSSIBBLI)
Għall-2016, l-azzjonijiet ta’ taħriġ se jkunu dwar is-suġġetti li ġejjin: Attivitajiet Ammont f’EUR Ir-reżistenza kontra l-mikrobi 1185000 Il-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti 1150000 Il-kontroll tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi 320000 Il-valutazzjoni tar-riskju 935000 L-iġjene tal-ikel fil-livell primarju tal-produzzjoni 1095000 Il-preparazzjoni għal tifqigħa u l-ġestjoni tal-ikel 745000 L-informazzjoni dwar l-ikel u l-kompożizzjoni tiegħu 870000 Il-liġi dwar l-għalf 1040000 Il-kontroll tal-kontaminanti 880000 L-ispezzjonijiet ta’ kontroll f’Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera 975000 Il-kontroll tal-movimenti tal-klieb u tal-qtates 610000 TRACES (l-aspetti sanitarji, fitosanitarji u ta’ kwalità) 1180000 It-trattament xieraq tal-annimali 920000 L-ittestjar tal-ikel 1170000 L-istandards tal-ikel tal-UE 1950000 L-assistenza u l-appoġġ għal proġett ta’ tagħlim elettroniku 135000 It-taħriġ ta’ kontinġenza, il-konferenzi, u l-għodod ta’ tagħlim u ta’ disseminazzjoni marbuta mas-saħħa u mat-trattament xieraq tal-annimali, mas-saħħa tal-pjanti u mas-sikurezza tal-ikel 340000 TOTAL 15500000
IMPLIMENTAZZJONI
EUR 15365000 (il-finanzjament ta’ miżuri tas-sikurezza tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE) se jiġu ġestiti u implimentati mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/770/UE). Il-EUR 135000 li jibqa’ se jiġu ġestiti mill-Kummissjoni biex tkopri l-assistenza u l-appoġġ għal proġett ta’ tagħlim elettroniku.
PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST
Bejn wieħed u ieħor matul it-tielet u r-raba’ kwart tal-2016.
AMMONT INDIKATTIV TAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
EUR 15500000
1.2.2. Kuntratt qafas għall-għoti ta’ servizzi fl-oqsma tal-evalwazzjoni, l-istudji, il-valutazzjoni tal-impatt, il-monitoraġġ u ta’ servizzi oħra relatati, marbuta mal-politiki dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari Grp_talkuntratti. previsti. L-għoti ta’ servizzi fl-oqsma tal-evalwazzjoni, l-istudji, il-valutazzjoni tal-impatt, il-monitoraġġ u ta’ servizzi oħra relatati, marbuta mal-politiki dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari Grp_ta. kuntratt. Kuntratt qafas ġdid għas-servizzi Grp_indikattiv_ta_kuntratti. previsti. Kuntratt qafas wieħed. Grp_ta_żmien_indikattiv_għattnedija_talproċedura. talakkwist. It-tieni nofs tal-2016.
1.2.2. SUĠĠETT TAL-KUNTRATTI PREVISTI
L-għoti ta’ servizzi fl-oqsma tal-evalwazzjoni, l-istudji, il-valutazzjoni tal-impatt, il-monitoraġġ u ta’ servizzi oħra relatati, marbuta mal-politiki dwar is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari
TIP TA’ KUNTRATT
Kuntratt qafas ġdid għas-servizzi
GĦADD INDIKATTIV TA’ KUNTRATTI PREVISTI
Kuntratt qafas wieħed.
PERJODU TA’ ŻMIEN INDIKATTIV GĦAT-TNEDIJA TAL-PROĊEDURA TAL-AKKWIST
It-tieni nofs tal-2016.