Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2016 li ġġedded il-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali 2016/C 271/02
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Not the law itself: Notice
Address https://gelex.eu/eli/EU/notice/oj/C/2016/271/02@2016-07-12/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Grieg,
Billi:
(1) Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 u tal-14 ta’ Settembru 2015, il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018.
(2) Post ta’ membru fuq il-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru huwa disponibbli għall-Greċja fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern bħala riżultat tar-riżenja tas-Sur Dimitrios CHASAPIS.
(3) Jenħtieġ li l-membri tal-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru msemmi hawn fuq jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1 RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN:
Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord Amministrattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018: IL-GREĊJA Is-Sur Pafsanias PAPAGEORGIOU
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata, għall-informazzjoni, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2016. Għall-Kunsill Il-President P. Kažimír