Gelex

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien FEŻ) għas-sena finanzjarja 2015 2017/C 58/01

Version 2017-02-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Not the law itself: Notice

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/notice/oj/C/2017/58/01@2017-02-21/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-raba’ Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f’Lomé fil-15 ta’ Diċembru 1989 u emendata bil-Ftehim iffirmat f’Mauritius fl-4 ta’ Novembru 1995,

Wara li kkunsidra l-Ftehim intern bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni tal-għajnuna tal-Komunità taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-raba’ Konvenzjoni ACP-KE (il-Ftehim Intern) li jistabbilixxi, fost oħrajn, it-tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien FEŻ), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-kooperazzjoni għall-finanzjament tal-iżvilupp skont ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KE, u b’mod partikolari l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tat-tmien FEŻ kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2015 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, mid-9, mill-10 u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni li jinsabu f’dak ir-Rapport Annwali,

Billi:

(1) F’konformità mal-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tat-tmien FEŻ għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2) L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tat-tmien FEŻ matul is-sena finanzjarja 2015 kienet sodisfaċenti,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-tmien FEŻ għas-sena finanzjarja 2015. Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2017. Għall-Kunsill Il-President E. Scicluna

Versions

  1. 2017-02-21