Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2379 tad-29 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward il-l-addittiv tal-ikel tartrat tal-istearil (E 483) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2023/2379@2023-09-29/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 14 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel approvati biex jintużaw fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.
(2) Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel tista’ tiġi aġġornata jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.
(4) It-tartrat tal-istearil (E 483) huwa sustanza awtorizzata f’ċertu ikel f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.
(5) Fil-11 ta’ Marzu 2020, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) ħarġet opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tat-tartrat tal-istearil(E 483) bħala addittiv tal-ikel. Fl-opinjoni ddikjarat li ma kienx hemm biżżejjed data tossikoloġika adegwata dwar it-tartrat tal-istearil. Barra minn hekk, kien hemm nuqqas ta’ data adegwata li tista’ tippermetti read-across minn data dwar sustanzi oħra. Konsegwentement, l-Awtorità ma setgħetx tikkonferma s-sikurezza tat-tartrat tal-istearil bħala addittiv tal-ikel u kkonkludiet li d-doża aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) għal din is-sustanza ma setgħetx tiġi kkonfermata.
(6) Fid-19 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni nediet sejħa pubblika għal data teknika u xjentifika dwar l-addittiv tal-ikel permess tartrat tal-istearil (E 483), li kellha fil-mira l-ħtiġijiet tad-data identifikati mill-Awtorità. Madankollu, l-ebda operatur tan-negozju ma ħa l-impenn li jipprovdi d-data tossikoloġika mitluba għat-tartrat tal-istearil (E 483). Mingħajr dik id-data, l-Awtorità ma tistax tlesti l-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sikurezza tat-tartrat tal-istearil bħala addittiv tal-ikel. Għalhekk, ma jistax jiġi ddeterminat jekk din is-sustanza għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għall-inklużjoni fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati.
(7) Għaldaqstant jixraq li t-tartrat tal-istearil (E 483) jitneħħa mil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati.
(8) Minħabba n-nuqqas ta’ data tossikoloġika xierqa biex tiġi kkonfermata s-sikurezza tat-tartrat tal-istearil (E 483) bħala addittiv tal-ikel, l-inklużjoni tiegħu fil-lista ta’ addittivi tal-ikel awtorizzati ma tistax tibqa’ tiġi ġustifikata u jenħtieġ li t-tartrat tal-istearil (E 483) jitneħħa mil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel awtorizzati. L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 u l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.
(9) Sabiex l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jsibu alternattivi għat-tartrat tal-istearil (E 483), jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
(10) Jixraq ukoll li jkun previst perjodu tranżitorju biex l-oġġetti tal-ikel li fihom it-tartrat tal-istearil (E 483) li jkunu ġew introdotti fis-suq legalment qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ikunu jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati.
(11) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, titħassar l-entrata għall-addittiv tal-ikel tartrat tal-istearil (E 483).
Artikolu 3 L-oġġetti tal-ikel li fihom it-tartrat tal-istearil (E 483) li ġew introdotti fis-suq legalment qabel it-23 ta’ April 2024 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati sad-data ta’ durabbiltà minima tagħhom jew sad-id-data sa meta jistgħu jintużaw l-aħħar.
Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mit-23 ta’ April 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2023. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
(1) fil-Parti B, fit-Tabella 3 Addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, titħassar l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 483 Tartrat tal-istearil; (a) fil-kategorija 01.4 (Prodotti tal-ħalib iffermentat b’togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana), titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil); (b) fil-kategorija 07.1 (Ħobż u bziezen) titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil); (c) fil-kategorija 07.2 (Prodotti fini tal-forn), titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil); (d) fil-kategorija 16 (Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4), titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil). (2) il-Parti E hija emendata kif ġej: Anx. anness. L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej: (1) fil-Parti B, fit-Tabella 3 Addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, titħassar l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 483 Tartrat tal-istearil; (a) fil-kategorija 01.4 (Prodotti tal-ħalib iffermentat b’togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana), titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil); (b) fil-kategorija 07.1 (Ħobż u bziezen) titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil); (c) fil-kategorija 07.2 (Prodotti fini tal-forn), titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil); (d) fil-kategorija 16 (Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4), titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil). (2) il-Parti E hija emendata kif ġej:
(1) fil-Parti B, fit-Tabella 3 Addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, titħassar l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 483 Tartrat tal-istearil;
(2) il-Parti E hija emendata kif ġej: (a) fil-kategorija 01.4 (Prodotti tal-ħalib iffermentat b’togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana), titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil); (b) fil-kategorija 07.1 (Ħobż u bziezen) titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil); (c) fil-kategorija 07.2 (Prodotti fini tal-forn), titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil); (d) fil-kategorija 16 (Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4), titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil).
(2)
(a) fil-kategorija 01.4 (Prodotti tal-ħalib iffermentat b’togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana), titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil);
(b) fil-kategorija 07.1 (Ħobż u bziezen) titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil);
(c) fil-kategorija 07.2 (Prodotti fini tal-forn), titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil);
(d) fil-kategorija 16 (Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4), titħassar l-entrata li tikkonċerna l-addittivi tal-ikel E 483 (Tartrat tal-istearil).