Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2502 tas-7 ta’ Settembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġustament tal-valuri tal-massa ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2023-09-07from 2023-12-03
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2023/2502@2023-09-07/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011, u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

(1) F’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631, il-massa fi stat ta’ tħaddim medja użata għall-fini ta’ kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tad-diossidu tal-karbonju (CO2) tal-flotta kollha tal-Unjoni għal kull manifattur ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda (il-valur M0) għandha tiġi aġġustata regolarment sal-2024 biex jitqiesu l-bidliet fil-massa medja tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni.

(2) Abbażi tad-data fl-Annessi I sa IV tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/973, fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2087 u fl-Annessi I sa III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1623, il-massa medja fi stat ta’ tħaddim ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fis-snin kalendarji 2019, 2020 u 2021, ponderata skont l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ġodda f’kull waħda minn dawk is-snin, kienet 1875,07 kg. Għalhekk jenħtieġ li l-valur M0 għas-sena kalendarja 2024 imsemmi fil-Parti B, il-punt 4, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 ikun ugwali għal dak il-valur.

(3) F’konformità mar-Regolament (UE) 2019/631, mill-2025, il-massa tat-test medja tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha (il-valuri TM0) għandha tintuża għall-fini ta’ kalkolu tal-miri ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għal kull manifattur ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal kull manifattur ta’ vetturi kummerċjali ħfief. Il-valuri TM0 li għandhom jintużaw għall-kalkolu għandhom jiġu aġġustati regolarment għall-massa tat-test medja rispettiva tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati.

(4) Il-valuri TM0 indikattivi għall-2025 jenħtieġ li jiġu kkalkolati bħala l-massa tat-test medja rispettiva tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda kollha u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fis-sena kalendarja 2021. Abbażi tad-data fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1623, il-massa tat-test medja tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena kalendarja 2021 kienet 1609,6 kg, u l-massa tat-test medja tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fis-sena kalendarja 2021 kienet 2163,0 kg. Għalhekk, il-valuri indikattivi TM0 għas-sena kalendarja 2025 imsemmija fil-Parti A, il-punt 6.2.1, u fil-Parti B, il-punt 6.2.1, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631, jenħtieġ li jkunu ugwali għal dawk il-valuri.

(5) Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness I għar-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej: (1) fil-Parti A, il-punt 6.2.1, l-entrata TM0 hija sostitwita b’dan li ġej: TM0 huwa 1609,6 kg fl-2025 u l-valur f’kilogrammi (kg) iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punt (d), fis-snin kalendarji l-oħra.; (2) fil-Parti B, il-punt 4, l-entrata M0 hija sostitwita b’dan li ġej: M0 huwa 1766,4 fl-2020, 1825,23 fl-2021, fl-2022 u fl-2023, u 1875,07 fl-2024; (3) fil-Parti B, il-punt 6.2.1, l-entrata TM0 hija sostitwita b’dan li ġej: TM0 huwa 2163,0 kg fl-2025 u l-valur f’kilogrammi (kg) iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punt (d), fis-snin kalendarji l-oħra..

Artikolu 1

(1) fil-Parti A, il-punt 6.2.1, l-entrata TM0 hija sostitwita b’dan li ġej: TM0 huwa 1609,6 kg fl-2025 u l-valur f’kilogrammi (kg) iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punt (d), fis-snin kalendarji l-oħra.;

(2) fil-Parti B, il-punt 4, l-entrata M0 hija sostitwita b’dan li ġej: M0 huwa 1766,4 fl-2020, 1825,23 fl-2021, fl-2022 u fl-2023, u 1875,07 fl-2024;

(3) fil-Parti B, il-punt 6.2.1, l-entrata TM0 hija sostitwita b’dan li ġej: TM0 huwa 2163,0 kg fl-2025 u l-valur f’kilogrammi (kg) iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punt (d), fis-snin kalendarji l-oħra..

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2023. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2023-09-07