Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1110 tal-10 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà inizjali tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 fir-rigward tar-regoli u l-proċeduri għat-tħaddim tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord

In forceVersion 2024-04-10from 2024-06-12
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2024/1110@2024-04-10/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emendi tar-Regolament (UE) Nru 748/2012
  3. Artikolu 2 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947
  4. (2)
  5. (3)
  6. 2a.
  7. (4)
  8. 2.
  9. (5)
  10. ANNEX
  11. ANNESS I
  12. (1)
  13. (2)
  14. (3)
  15. (4)
  16. (5)
  17. (6)
  18. ANNESS II
  19. (1)
  20. (2)
  21. (2)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91, u b’mod partikolari l-Artikoli 57 u l-Artikolu 62(14), il-punt (a) tiegħu;

Billi:

(1) Sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tinkludi l-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU) u l-komponenti tagħha li jenħtieġ li jiġu indirizzati mis-sistema tal-analiżi tal-informazzjoni dwar is-sikurezza implimentata mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-Aġenzija) biex l-awtorità rilevanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jingħataw l-informazzjoni, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet jew l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, biex jirreaġixxu għal problema tas-sikurezza u għal inċident jew vulnerabbiltà tas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni.

(2) Għall-finijiet tal-għoti tal-awtorizzazzjoni operazzjonali meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tqis it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-kundizzjonijiet tat-titjir stabbiliti u approvati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 meta inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord (UA) li d-disinn tiegħu jkun iċċertifikat, ma jkunx jissodisfa, jew ma jkunx intwera li jissodisfa, ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.

(3) Biex tkun żgurata implimentazzjoni uniformi tar-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà għall-operazzjonijiet ta’ UAS, u l-konformità ma’ tali rekwiżiti, meta r-riskju ta’ operazzjoni bil-UAS fil-kategorija speċifika, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, ikun jista’ jittaffa biss bl-użu ta’ UAS li tkun inħarġitilha ċertifikat tat-tip jew ċertifikat tat-tip ristrett għad-disinn, jenħtieġ li jkun meħtieġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà għall-UA. Barra minn hekk, meta l-Aġenzija tkun stabbiliet rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, jenħtieġ li jkun meħtieġ ukoll ċertifikat tal-istorbju.

(4) Għall-finijiet tal-iskambju tal-informazzjoni dwar is-sikurezza f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947, l-operatur tal-UAS ta’ UA li d-disinn tiegħu jkun iċċertifikat jenħtieġ li jirrapporta lid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tal-UAS jew tal-komponent kull avveniment jew kundizzjoni relatati mas-sikurezza tal-UAS jew tal-komponent identifikati mill-organizzazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5) Biex jikkontribwixxi għat-titjib tas-sikurezza, l-operatur tal-UAS ta’ UA li d-disinn tiegħu jkun iċċertifikat jew li juża komponent tal-UAS iċċertifikat jenħtieġ li jimplimenta kull miżura tas-sikurezza awtoritzzata mill-awtorità kompetenti jew informazzjoni obbligatorja rilevanti dwar is-sikurezza maħruġa mill-Aġenzija, inkluż direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà f’konformità mar-rekwiżiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-UAS stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1107.

(6) Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan.

(7) Biex il-partijiet ikkonċernati jingħataw biżżejjed żmien biex jiżguraw il-konformità mal-qafas il-ġdid għall-ajrunavigabbiltà inizjali tal-UAS iċċertifikati, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Mejju 2025.

(8) L-Aġenzija ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ppreżentatu mal-Opinjoni Nru 03/2023 skont l-Artikolu 75(2), il-punti (b) u (c), u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139.

(9) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emendi tar-Regolament (UE) Nru 748/2012

L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 huwa emendat kif ġej:

(1) it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947 tal-24 ta’ Mejju 2019 dwar ir-regoli u l-proċeduri għat-tħaddim tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord;

(2) l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(2)

(i) l-ewwel paragrafu jitħassar;

(ii) fit-tieni paragrafu, il-kliem introduttorju jiġi sostitwit b’dan li ġej: Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:;

(iii) il-punt (1) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(iii)

(1) sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAS) tfisser inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif definit fl-Artikolu 3(30) tar-Regolament (UE) 2018/1139, u l-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ tiegħu;;

(iv) il-punti (26) u (27) jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

(iv)

(26) unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU) tfisser it-tagħmir għall-kontroll u għall-monitoraġġ mill-bogħod tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, kif definit fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (UE) 2018/1139;

(27) konnessjoni C2 tfisser il-konnessjoni tad-data bejn il-UA u s-CMU għall-finijiet tal-ġestjoni tat-titjira;;

(v) jiżdied il-punt (35) ġdid li ġej:

(v)

(35) komponent tal-UAS tfisser kwalunkwe magna, skrun jew parti mill-UA, jew xi element tal-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU);;

(3) fl-Artikolu 7, jiddaħħal il-paragrafu 2a ġdid kif ġej:

(3)

2a. L-operatur ta’ UAS li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 1(d) tal-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 għandu jikseb iċ-ċertifikati li ġejjin:

2a.

(i) ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà maħruġ f’konformità mas-Subparti H tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 ;

(ii) ċertifikat tal-istorbju maħruġ skont is-Subparti I tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 meta l-UA ikun soġġett għar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali stabbiliti fil-punt 21.B.85 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.

(4) l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(4)

(i) il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej: ;

(i)

2. L-awtorità kompetenti għandha tagħti awtorizzazzjoni operazzjonali meta:

2.

(a) l-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1 tikkonkludi li:

(a)

(i) l-objettivi tas-sikurezza operazzjonali jqisu r-riskji tal-operazzjoni;

(ii) il-kombinament tal-miżuri tal-mitigazzjoni li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet operattivi għat-twettiq tal-operazzjonijiet, il-kompetenza tal-persunal involut u l-karatteristiċi tekniċi tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord, huma adegwati u sodi biżżejjed biex l-operazzjoni tinżamm sikura fid-dawl tar-riskji identifikati fuq l-art u fl-ajru;

(b) għall-UAS iċċertifikati jew li se jiġu ċċertifikati skont l-Artikolu 40, il-punt 1(d), tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945, il-UAS ikollhom:

(b)

(i) ċertifikat validu tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat validu ristrett tal-ajrunavigabbiltà u, jekk il-UA jkun soġġett għar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali stabbiliti fil-punt 21.B.85 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, ċertifikat validu tal-istorbju;

(ii) jekk il-UA ma jkunx jissodisfa, jew ma jkunx intwera li jissodisfa, ir-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà, il-kundizzjonijiet tat-titjir approvati skont is-Subparti P tal-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012;

(c) l-operatur tal-UAS ikun ipprovda dikjarazzjoni lill-awtorità kompetenti li tikkonferma li l-operazzjoni maħsuba tikkonforma ma’ kull regola tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli relatata magħha, b’mod partikolari, fir-rigward tal-privatezza, il-protezzjoni tad-data, ir-responsabbiltà, l-assigurazzjoni, is-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali.

(ii) fil-paragrafu 4, il-punt (c), jiżdiedu l-punti (vii) u (viii) li ġejjin:

(ii)

(vii) iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew iċ-ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà u ċ-ċertifikat tal-istorbju, meta dawn iċ-ċertifikati jkunu nħarġu;

(viii) il-kundizzjonijiet tat-titjir approvati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 748/2012 meta l-UAS tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 40, il-punt 1(d) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/945 u l-UA ma jkunx jissodisfa, jew ma jkunx intwera li jissodisfa, ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli.;

(5) fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej: ;

(5)

6. Minkejja r-Regolament (UE) Nru 376/2014, l-operatur tal-UAS ta’ inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li d-disinn tiegħu jkun iċċertifikat għandu jirrapporta lid-detentur tal-approvazzjoni tad-disinn tal-UAS jew tal-komponent tal-UAS kull avveniment jew kundizzjoni relatata mas-sikurezza tal-UAS jew tal-komponent tal-UAS identifikat mill-organizzazzjoni. B’mod partikolari, l-operatur tal-UAS għandu jirrapporta kull aċċident jew inċident serju li jinvolvi l-UAS jew il-komponent tal-UAS, li jipperikola jew, jekk ma jissewwiex jew jiġi indirizzat kif xieraq, jista’ jipperikola s-sikurezza tal-UAS jew ta’ xi persuna fiżika jew ġuridika.

(6) l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2025. Madankollu, l-Anness I, il-punt (2) għandu japplika mit-22 ta’ Frar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2024. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS I

L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:

(1) fil-punt 21.B.20, il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(1)

(b) L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza sew kull informazzjoni rilevanti għas-sikurezza li tkun irċeviet, u biex mingħajr dewmien żejjed tipprovdi kull informazzjoni lill-awtorità rilevanti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet jew l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, skont il-ħtieġa għal reazzjoni fil-ħin għal problema tas-sikurezza li tkun tinvolvi prodotti, partijiet, tagħmir, unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMUs), komponenti tas-CMU, u persuni jew organizzazzjonijiet li huma soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.;

(2) fil-punt 21.B.20 A, il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(2)

(b) L-Aġenzija għandha timplimenta sistema biex tanalizza sew kull informazzjoni rilevanti sinifikanti għas-sikurezza li tkun irċeviet f’konformità mal-punt 21.B.15(c) u biex mingħajr dewmien żejjed tipprovdi kull informazzjoni lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet jew l-azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu, skont il-ħtieġa għal reazzjoni fil-ħin għal inċident jew vulnerabbiltà tas-sigurtà tal-informazzjoni b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-avjazzjoni li jinvolvu prodotti, partijiet, unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMUs), komponenti tas-CMU, tagħmir mhux installat, u persuni jew organizzazzjonijiet soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1139 u għall-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu.;

(3) fil-punt 21.B.120, il-punt (a) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(3)

(a) Malli tirċievi applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ittra ta’ ftehim biex tintwera l-konformità tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMUs) u tal-komponenti tas-CMU individwali, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-applikant mar-rekwiżiti applikabbli.;

(4) fil-punt 21.B.125, il-punt (d), il-paragrafu introduttorju jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(4)

(d) Meta jkun hemm sejba waqt sorveljanza jew b’xi mezz ieħor, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr preġudizzju għal xi azzjoni addizzjonali meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tiegħu, tikkomunika s-sejba bil-miktub lill-organizzazzjoni u titlob għal azzjoni korrettiva li tindirizza n-nonkonformità jew in-nonkonformitajiet identifikati. Meta sejba tal-livell 1 tkun relatata direttament ma’ inġenju tal-ajru, jew ma’ unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU), l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun irreġistrat l-inġenju tal-ajru, jew l-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord (UA) ikkontrollat minn dik is-CMU.;

(5) il-punt 21.B.135 huwa emendat kif ġej:

(5)

(a) il-kliem introduttorju u l-punt (a) huma sostitwiti b’dan li ġej: L-awtorità kompetenti għandha żżomm l-ittra ta’ ftehim sakemm:

(a)

(a) il-manifattur juża kif suppost il-Formola 52 tal-EASA (ara l-Appendiċi VIII) bħala dikjarazzjoni tal-konformità għal inġenju tal-ajru sħiħ, u l-Formola 1 tal-EASA (ara l-Appendiċi I) għall-prodotti għajr l-inġenji tal-ajru, il-partijiet, it-tagħmir, l-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMUs) u l-komponenti tas-CMU sħaħ; u;

(b) fil-punt (b), il-punt 1. jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(b)

1. il-Ftehim ikopri l-prodott, il-parti, it-tagħmir, l-unità tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMU) jew il-komponent tas-CMU li jrid jiġi vvalidat, u għadu validu;;

(6) fil-punt 21.B.222, il-punt (b)1.(ii) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(6)

(ii) l-awditjar tal-prodotti ta’ kampjun rilevanti tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ (CMUs) u tal-komponenti tas-CMU li jinsabu fl-ambitu tal-organizzazzjoni;.

ANNESS II

L-Anness (OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJI MIFTUĦA U SPEĊIFIKA) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/947 huwa emendat kif ġej:

(1) fil-PARTI B (OPERAZZJONIJIET TAL-UAS FIL-KATEGORIJA SPEĊIFIKA), il-punt UAS.SPEC.100 jiġi sostitwit b’dan li ġej: UAS.SPEC.100 Użu tat-tagħmir iċċertifikat u tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord iċċertifikati

(1)

(1) Meta l-operatur tal-UAS juża inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalih ikun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà, l-operatur tal-UAS għandu jiżgura li s-sistema tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord tkun konformi mar-Regolament Delegat (UE) 2024/1107;

(2) Meta l-operatur tal-UAS juża tagħmir iċċertifikat fuq inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord li għalih la jkun inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà u lanqas ċertifikat ristrett tal-ajrunavigabbiltà, l-operatur tal-UAS għandu jwettaq il-kompiti kollha li ġejjin:

(2)

(i) jirreġistra l-ħin tal-operazzjoni jew tas-servizz skont l-istruzzjonijiet jew il-proċeduri applikabbli għat-tagħmir iċċertifikat;

(ii) jimxi mal-istruzzjonijiet imsemmija fiċ-ċertifikat tat-tagħmir, u jikkonforma wkoll ma’ kull direttiva tal-ajrunavigabbiltà applikabbli maħruġa mill-Aġenzija;

(iii) jimplimenta kull miżura tas-sikurezza awtorizzata mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 19(4);

(iv) juża kwalunkwe informazzjoni obbligatorja rilevanti dwar is-sikurezza maħruġa mill-Aġenzija.;

(2) L-Appendiċi 1 huwa emendat kif ġej:

(2)

(a) fil-punt UAS.STS-01.040, fil-punt (2), il-punt (f) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(a)

(f) ma għandux jagħti l-kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord lil CMU oħra;;

(b) fil-punt UAS.STS-02.040, fil-punt (2), il-punt (e) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(b)

(e) ma għandux jagħti l-kontroll tal-inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord lil CMU oħra;.

Versions

  1. 2024-04-10