Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1768 tas-26 ta’ Ġunju 2024 li japprova s-sustanza bażika pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2024/1768@2024-06-26/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) Fit-18 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand Multifolia Sas għall-approvazzjoni tal-pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) bħala sustanza bażika biex tintuża fil-protezzjoni tal-pjanti bħala nematiċida fid-dwieli.
(2) Wara l-kontroll tal-ammissibbiltà, l-applikazzjoni, kif waslet f’Marzu 2021, kienet akkumpanjata mill-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 23(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
(3) Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) għall-assistenza xjentifika skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fid-9 ta’ Diċembru 2022, l-Awtorità pprovdiet rapport tekniku dwar il-pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) lill-Kummissjoni.
(4) Fil-21 ta’ Marzu 2024 u fit-23 ta’ Mejju 2024 rispettivament, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ rieżami u abbozz ta’ dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.
(5) L-informazzjoni pprovduta mill-applikant turi li l-pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) bħalissa jinsabu fis-suq bħala għalf tal-annimali u bħala fertilizzant. Barra minn hekk, din ma tintużax b’mod predominanti għal skopijiet ta’ protezzjoni tal-pjanti, iżda l-pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) huma utli għall-protezzjoni tal-pjanti. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni u fir-rapport tekniku mill-Awtorità, jista’ jiġi konkluż ukoll li l-pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) mhijiex sustanza ta’ tħassib; Ma għandhiex kapaċità inerenti li tikkawża effetti ta’ tfixkil tas-sistema endokrinali, effetti newrotossiċi jew immunotossiċi u ma tiġix introdotta fis-suq bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Konsegwentement, il-pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
(6) Ma kienet disponibbli ebda evalwazzjoni rilevanti mwettqa skont leġiżlazzjoni Komunitarja oħra.
(7) Wara li ġew eżaminati l-applikazzjoni u d-dokumenti relatati kollha, jista’ jkun mistenni li l-pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin), b’mod ġenerali, tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u spjegati fir-rapport ta’ rieżami tal-Kummissjoni. Għaldaqstant jixraq li l-pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) tiġi approvata bħala sustanza bażika.
(8) Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport tekniku tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport ta’ rieżami tal-Kummissjoni. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa.
(9) F’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet għall-approvazzjoni.
(10) F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.
(11) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Approvazzjoni ta’ sustanza bażika
Is-sustanza pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin), kif speċifikat fl-Anness I, hija approvata bħala sustanza bażika soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2024. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
Anx. i. Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni Isem IUPAC Purità Data tal-approvazzjoni Dispożizzjonijiet speċifiċi Pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) Nru CAS: Mhux disponibbli Nru CIPAC: Mhux disponibbli Mhux disponibbli 1000 g/kg Impuritajiet rilevanti: Arseniku (1 g/kg), Kadmju (0,1 g/kg), Kromu-VI (0,1 g/kg), Merkurju (1 g/kg), Nikil (0,1 g/kg), Ċomb (0,3 g/kg) Is-17 ta’ Lulju 2024 Is-sustanza bażika pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) għandha tintuża f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar il-pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) (PLAN/2024/790 RR rev1) u b’mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni Isem IUPAC Purità Data tal-approvazzjoni Dispożizzjonijiet speċifiċi Pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) Nru CAS: Mhux disponibbli Nru CIPAC: Mhux disponibbli Mhux disponibbli 1000 g/kg Impuritajiet rilevanti: Arseniku (1 g/kg), Kadmju (0,1 g/kg), Kromu-VI (0,1 g/kg), Merkurju (1 g/kg), Nikil (0,1 g/kg), Ċomb (0,3 g/kg) Is-17 ta’ Lulju 2024 Is-sustanza bażika pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) għandha tintuża f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar il-pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) (PLAN/2024/790 RR rev1) u b’mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.
Anx. ii. Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja: Numru Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni Isem IUPAC Purità Data tal-approvazzjoni Dispożizzjonijiet speċifiċi 26 Pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) Nru CAS: Mhux disponibbli Nru CIPAC: Mhux disponibbli Mhux disponibbli 1000 g/kg Impuritajiet rilevanti: Arseniku (1 g/kg), Kadmju (0,1 g/kg), Kromu-VI (0,1 g/kg), Merkurju (1 g/kg), Nikil (0,1 g/kg), Ċomb (0,3 g/kg) Is-17 ta’ Lulju 2024 Is-sustanza bażika pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) għandha tintuża f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar il-pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) (PLAN/2024/790 RR rev1) u b’mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.
ANNESS II
Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-entrata li ġejja: Numru Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni Isem IUPAC Purità Data tal-approvazzjoni Dispożizzjonijiet speċifiċi 26 Pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) Nru CAS: Mhux disponibbli Nru CIPAC: Mhux disponibbli Mhux disponibbli 1000 g/kg Impuritajiet rilevanti: Arseniku (1 g/kg), Kadmju (0,1 g/kg), Kromu-VI (0,1 g/kg), Merkurju (1 g/kg), Nikil (0,1 g/kg), Ċomb (0,3 g/kg) Is-17 ta’ Lulju 2024 Is-sustanza bażika pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) għandha tintuża f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar il-pellets imnixxfa ta’ Onobrychis viciifolia (sainfoin) (PLAN/2024/790 RR rev1) u b’mod partikolari fl-Appendiċijiet I u II tiegħu.