Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1863 tat-28 ta’ Ġunju 2024 li japprova emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Indikazzjoni Ġeografika Protetta Lisboa
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2024/1863@2024-06-28/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ħassar, fost l-oħrajn, l-Artikoli 96 sa 99 u l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. F’konformità mal-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2024/1143, l-Artikoli 96 sa 99 u l-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jibqgħu applikabbli għall-applikazzjonijiet għall-aprovazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjonijiet ġeografiċi li tirċievi l-Kummissjoni u li jkunu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel it-13 ta’ Mejju 2024.
(2) F’konformità mal-Artikolu 97(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, flimkien mal-Artikolu 105 ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u f’konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-Denominazzjoni ta’ Indikazzjoni Ġeografika Lisboa, mibgħuta mill-Portugall.
(3) Il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif meħtieġ mill-Artikolu 97(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
(4) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
(5) F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif applikabbli skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2021/2117, il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tapplika għad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li l-Kummissjoni rċeviet qabel is-7 ta’ Diċembru 2021.
(6) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rigward l-isem Lisboa (IĠP) hija b’dan approvata.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2024. Għall-Kummissjoni F’isem il-President Janusz WOJCIECHOWSKI Membru tal-Kummissjoni