Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1877 tal-1 ta’ Lulju 2024 li jdaħħal isem fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Cochinillo de Segovia (IĠP))
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2024/1877@2024-07-01/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) F’konformità mal-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li ħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 jibqa’ applikabbli għall-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li waslu għand il-Kummissjoni u li ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-oppożizzjoni qabel it-13 ta’ Mejju 2024.
(2) F’konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ta’ Spanja għar-reġistrazzjoni tal-isem Cochinillo de Segovia bħala indikazzjoni ġeografika protetta, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(3) Billi l-Kummissjoni ma waslitilha l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-isem Cochinillo de Segovia jiddaħħal fir-reġistru,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-isem Cochinillo de Segovia (IĠP) jiddaħħal fir-reġistru.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2024. Għall-Kummissjoni F’isem il-President, Janusz Wojciechowski Membru tal-Kummissjoni