Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2409 tat-13 ta’ Settembru 2024 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku Hydroflex IPA 70 Biocide f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2024/2409@2024-09-13/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) Fl-20 ta’ Settembru 2023, Hydroflex Group GmbH ippreżenta applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-Aġenzija) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-istess prodott bijoċidali uniku, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, imsejjaħ Hydroflex IPA 70 Biocide, tat-tipi ta’ prodott 2 u 4, kif deskritti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, b’referenza għall-prodott bijoċidali uniku Isopropanol 70 Biocide (numru tal-awtorizzazzjoni EU-0027707-0022), li huwa parti mill-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata Brenntag GmbH Propan-2-ol Product Family. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-BX088801-11 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali. L-applikazzjoni indikat ukoll in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata Brenntag GmbH Propan-2-ol Product Family awtorizzata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2252, bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0027707-0000.
(2) Il-prodott bijoċidali uniku Hydroflex IPA 70 Biocide fih il-propan-2-ol bħala s-sustanza attiva, li huwa inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tipi ta’ prodott 2 u 4.
(3) Fit-12 ta’ Jannar 2024, f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, l-Aġenzija ssottomettiet lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha u l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali (SPC) ta’ Hydroflex IPA 70 Biocide.
(4) Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija tikkonkludi li d-differenzi proposti bejn il-prodott bijoċidali uniku Hydroflex IPA 70 Biocide u l-prodott bijoċidali uniku relatat Isopropanol 70 Biocide, li huwa parti mill-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata Brenntag GmbH Propan-2-ol Product Family, huma limitati għall-informazzjoni li tista’ tkun soġġetta għal bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013, u li abbażi tal-valutazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata Brenntag GmbH Propan-2-ol Product Family u soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, l-istess prodott bijoċidali uniku Hydroflex IPA 70 Biocide jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
(5) Fl-4 ta’ April 2024, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-SPC rivedut ta’ Hydroflex IPA 70 Biocide fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
(6) Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk jidhrilha li jixraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess prodott bijoċidali uniku Hydroflex IPA 70 Biocide.
(7) Id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni jenħtieġ li tiġi allinjata mad-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata Brenntag GmbH Propan-2-ol Product Family.
(8) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Qed tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0032170-0000 lil Hydroflex Group GmbH għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-istess prodott bijoċidali uniku Hydroflex IPA 70 Biocide, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali stabbilit fl-Anness. L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mis-6 ta’ Ottubru 2024 sat-30 ta’ Novembru 2032.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2024. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali Hydroflex IPA 70 Biocide Tip(i) ta’ prodott PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0032170-0000 Numru tal-assi R4BP: EU-0032170-0000
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.
1.1. Isem/ismijiet kummerċjali tal-prodott Isem/Ismijiet kummerċjali Hydroflex IPA 70 Biocide
1.2. Detentur tal-awtorizzazzjoni Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni Isem Hydroflex Group GmbH Indirizz Kiesacker 19 35418 Buseck DE Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0032170-0000 Numru tal-assi R4BP EU-0032170-0000 Data tal-awtorizzazzjoni Is-6 ta’ Ottubru 2024 Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni It-30 ta’ Novembru 2032
1.3. Manifattur(i) tal-prodott
1.4. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i) Sustanza attiva Propan-2-ol Isem tal-manifattur ExxonMobil Indirizz tal-manifattur 4999 Scenic Highway LA 70897 Baton Rouge, Louisiana L-Istati Uniti Post ta’ siti ta’ manifattura ExxonMobil site 1 4999 Scenic Highway LA 70897 Baton Rouge, Louisiana L-Istati Uniti Sustanza attiva Propan-2-ol Isem tal-manifattur Shell Nederland Raffinaderij B.V. Indirizz tal-manifattur Vondelingenweg 601, Vodelingenenplaat 3196 KK Rotterdam In-Netherlands Post ta’ siti ta’ manifattura Shell Nederland Raffinaderij B.V. site 1 Vondelingenweg 601, Vodelingenenplaat 3196 KK Rotterdam In-Netherlands Sustanza attiva Propan-2-ol Isem tal-manifattur INEOS Solvents Germany GmbH Indirizz tal-manifattur Römerstrasse 733 47443 Moers Il-Ġermanja Post ta’ siti ta’ manifattura INEOS Solvents Germany GmbH site 1 Römerstrasse 733 47443 Moers Il-Ġermanja INEOS Solvents Germany GmbH site 2 Shamrockstraße 88 44623 Herne Il-Ġermanja
2. KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT
2.
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-prodott Isem komuni Isem IUPAC Funzjoni Numru CAS Numru EC Kontenut (%) Propan-2-ol sustanza attiva 67-63-0 200-661-7 70 % (w/w)
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni Meta SPC 2: Sprej bil-grillu Lest għall-Użu
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI Dikjarazzjonijiet ta’ periklu H225: Likwidu u fwar li jaqbdu malajr. H319: Jagħmel irritazzjoni serja għall-għajnejn. H336: Jista’ jikkawża ħedla jew sturdament. EUH066: Esponiment ripetut tista’ tikkaġuna nxif jew qsim tal-ġilda. Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni P101: Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib. P210: Żomm ’il bogħod mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħrajn li jaqbdu. Tpejjipx. P233: Żomm il-kontenitur magħluq sew. P261: Evita li tibla’ bin-nifs fwar. P261: Evita li tibla’ bin-nifs sprej. P271: Uża biss barra jew f’post ventilat sew. P280: Ilbes protezzjoni għall-għajnejn. P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P312: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT / tabib jekk tħossok ma tiflaħx. P337+P313: Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tibqa’:Ikkonsulta tabib. P403+P235: Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba. Żomm frisk. P405: Aħżen f’post imsakkar. P501: Armi l-l-kontenut fi skont ir-regolamenti lokali. P501: Armi l-il-kontenitur fi skont ir-regolamenti lokali.
4. UŻU/I AWTORIZZATI
4.
4.1. Tabella 1 Użu Nru 1 — Sprej Likwidu — Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar — Utent professjonali
Deskrizzjoni tal-użu Tip ta’ prodott PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat Mhux rilevanti Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) Isem xjentifiku: Batterji (li jinkludu Mikobatterji) Isem komuni: - Istadju iżvilupp: - Isem xjentifiku: Ħmira Isem komuni: - Istadju iżvilupp: - Qasam/Oqsma ta’ użu użu fuq ġewwa Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar mhux porużi, materjali, tagħmir u għamara f’żoni privati, pubbliċi, tal-kura tas-saħħa u industrijali u f’żoni għal attivitajiet professjonali. Metodu/i ta’ applikazzjoni Metodu: sprejjar Deskrizzjoni dettaljata: — Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta’ applikazzjoni: Għal diżinfezzjoni tal-uċuħ applika soluzzjoni tal-isprej lesta għall-użu (20 ml/m2) fuq l-uċuħ f’temperatura ambjentali. Dilwizzjoni (%): — Numru u ħin tal-applikazzjoni: Applika skont il-ħtiġijiet, applikazzjoni waħda għal kull użu, 4 darbiet fil-ġurnata. Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar (minbarra fil-kura tas-saħħa): Sabiex toqtol batterji u ħmejjer: ħin ta’ kuntatt tal-inqas ta’ minuta waħda F’żoni tal-kura tas-saħħa: Sabiex toqtol batterji u ħmejjer: ħin ta’ kuntatt tal-inqas ta’ 5 minuti Kategorija/i ta’ utenti professjonali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ
Flixkun HD-PE: 0,1 l–2,5 l; (Tappijiet bil-kamin (HD-PE) jew tappijiet (PP) jew tappijiet bil-pompa (PP) jew tappijiet tal-isprejjar bil-grillu (PP) jew tappijiet tas-sikurezza (PP))
Landa HD-PE: 5 l–60 l; (Tappijiet bil-kamin (PE/LDPE/HD-PE) jew tappijiet tas-sikurezza (HD-PE))
Tanbur HD-PE: 200 l; (Soddied tal-plastik b’sistema ta’ ventilazzjoni (HD-PE) jew Soddied tal-plastik għat-tapp (HD-PE) jew vit tal-plastik (HD-PE) jew tappijiet li jissiġġillaw (HD-PE))
Kontenitur IBC HD-PE: 1000 l; (Tappijiet bil-kamin (HD-PE))
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
4.1.1.
1) Applika l-prodott lest għall-użu fuq il-wiċċ billi tisprejja. Ara li xxarrab l-uċuħ kompletament u stenna għal minuta (diżinfezzjoni ġenerali tal-uċuħ) jew 5 minuti (uċuħ f’żoni tal-kura tas-saħħa)
2) Għall-użu f’temperatura ambjentali (2).
3) Applika skont il-ħtiġijiet, applikazzjoni waħda għal kull użu, 4 darbiet fil-ġurnata.
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Il-miżura ta’ mitigazzjoni għar-riskju persunali li ġejja tista’ tiġi kkonsidrata bħala proċedura għall-mili mill-ġdid għajr meta tista’ tiġi sostitwita b’miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: L-użu ta’ protezzjoni tal-għajnejn waqt il-mili mill-ġdid tal-prodott huwa rakkomandat.
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.2. Tabella 2 Użu Nru 2 — Sprej Likwidu — Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar li jagħmlu kuntatt mal-ikel — Utent professjonali
Deskrizzjoni tal-użu Tip ta’ prodott PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat Mhux rilevanti Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) Isem xjentifiku: Batterji Isem komuni: — Istadju iżvilupp: — Isem xjentifiku: Ħmira Isem komuni: — Istadju iżvilupp: — Qasam/Oqsma ta’ użu użu fuq ġewwa Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar mhux porużi fis-settur tal-ikel jew industriji tal-ipproċessar tal-ikel (inklużi birreriji, l-industrija tal-ħalib u l-industrija tal-laħam). Metodu/i ta’ applikazzjoni Metodu: sprejjar Deskrizzjoni dettaljata: — Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza Rata ta’ applikazzjoni: Għal diżinfezzjoni tal-uċuħ applika soluzzjoni tal-isprej lesta għall-użu (20 ml/m2) fuq l-uċuħ f’temperatura ambjentali. Dilwizzjoni (%): — Numru u ħin tal-applikazzjoni: Applika skont il-ħtiġijiet, applikazzjoni waħda għal kull użu, 4 darbiet fil-ġurnata. Diżinfezzjoni ta’ uċuħ żgħar: Sabiex toqtol batterji u ħmejjer: ħin ta’ kuntatt tal-inqas ta’ minuta waħda Fil-Birreriji/ l-industrija tal-laħam: Sabiex toqtol batterji u ħmejjer: ħin ta’ kuntatt tal-inqas ta’ 5 minuti Fl-industrija tal-ħalib: Sabiex toqtol batterji u ħmejjer: ħin ta’ kuntatt tal-inqas ta’ minuta waħda Kategorija/i ta’ utenti professjonali Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ
Flixkun HD-PE: 0,1 l–2,5 l; (Tappijiet bil-kamin (HD-PE) jew tappijiet (PP) jew tappijiet bil-pompa (PP) jew tappijiet tal-isprejjar bil-grillu (PP) jew tappijiet tas-sikurezza (PP))
Landa HD-PE: 5 l–60 l; (Tappijiet bil-kamin (PE/LDPE/HD-PE) jew tappijiet tas-sikurezza (HD-PE))
Tanbur HD-PE: 200 l; (Soddied tal-plastik b’sistema ta’ ventilazzjoni (HD-PE) jew Soddied tal-plastik għat-tapp (HD-PE) jew vit tal-plastik (HD-PE) jew tappijiet li jissiġġillaw (HD-PE))
Kontenitur IBC HD-PE: 1000 l; (Tappijiet bil-kamin (HD-PE))
4.2.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
4.2.1.
1) Applika l-prodott lest għall-użu fuq il-wiċċ billi tisprejja. Ara li xxarrab l-uċuħ kompletament u stenna tal-inqas għal minuta (diżinfezzjoni ġenerali tal-uċuħ), 5 minuti (diżinfezzjoni ta’ uċuħ fil-birreriji jew l-industrija tal-laħam) jew tal-inqas 15-il minuta (diżinfezzjoni ta’ uċuħ fl-industrija tal-ħalib).
2) Għall-użu f’temperatura ambjentali.
3) Applika skont il-ħtiġijiet, applikazzjoni waħda għal kull użu, 4 darbiet fil-ġurnata.
4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu Il-miżura ta’ mitigazzjoni għar-riskju persunali li ġejja tista’ tiġi kkonsidrata għal diżinfezzjoni ta’ inġenji tal-proċessar tal-ikel u proċedura tal-mili mill-ġdid għajr meta tista’ tiġi sostitwita b’miżuri tekniċi u/jew organizzattivi: L-użu ta’ protezzjoni tal-għajnejn waqt l-immaniġġar tal-prodott huwa obbligatorju.
4.2.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.2.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
4.2.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin Ara d-d-rezzjoni ġenerali dwar l-użu.
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU
5.
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
5.1.
1) Ħawwad il-prodott qabel l-użu.
2) M’għandekx tapplika aktar minn 20 ml/m2.
3) Il-mesħiet użati għandhom jintremew f’reċipjent magħluq.
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
5.2.
1) Evita l-kuntatt ma’ l-għajnejn.
2) Għal milli mill-ġdid għandu jintuża lembut.
3) Il-prodott għandu jiġi applikat biss għal diżinfezzjoni ta’ superfiċji żgħar.
4) Żomm fejn ma jistax jintlaħaq mit-tfal u l-annimali domestiċi.
5) Uża biss fi spazji ventilati tajjeb.
6) Żomm it-tfal u l-annimali domestiċi lil hinn minn kmamar fejn qed issir d-diżinfezzjoni.
7) Ipprovdi ventilazzjoni xierqa qabel mat-tfal u l-annimal domestiċi jidħlu fi kmamar trattati.
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
5.3.
1) JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Kompli laħlaħ għal 5 minuti. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
2) JEKK JINĠIBED MAN-NIFS: Esponi lill-vittma għall-arja friska u żommha mistrieħa f’pożizzjoni komda biex tkun tista’ tieħu n-nifs. Sejjaħ ĊENTRU TAL-AVVELENAMENTI jew tabib.
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
5.4.
1) Prodott: Ir-rimi flimkien mal-iskart normali mhux permess. Huwa meħtieġ rimi speċjali skont ir-regolamenti lokali.
2) Tħallix il-prodott jidħol fid-drejns.
3) Ikkuntattja s-servizzi tal-iskart.
4) Imballaġġ ikkontaminat: Żvojta kompletament l-imballaġġ ikkontaminat. Dan jista’ jiġi riċiklat wara tindif bir-reqqa u xieraq. L-imballaġġ li ma jistax jitnaddaf irid jintrema fl-istess manjiera bħall-prodott.
5) Taħraqx, u tużax torċa tal-qtugħ, fuq it-tanbur vojt. Riskju ta’ splużjoni.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
5.5.
1) Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba.
2) Żomm frisk.
3) Żomm il-kontenitur magħluq sew.
4) Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. Tpejjipx.
5) Ħajja kemm idum tajjeb il-prodott fuq l-ixkaffa: 24 xahar
6. INFORMAZZJONI OĦRA Il-prodott fih il-propan-2-ol (Nru CAS: 67-63-0), li għalih valur ta’ riferiment Ewropew ta’ 129,28 mg/m3 għall-utent professjonali ġie maqbul u użat għall-istima tar-riskju ta’ dan il-prodott.