Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2506 tat-3 ta’ Lulju 2024 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2465 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-bajd

In forceVersion 2024-07-03from 2024-10-14
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2024/2506@2024-07-03/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, u b’mod partikolari l-Artikolu 75(2) tiegħu,

Billi:

(1) Il-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2465 fiha żball fl-Artikolu 5(1)(a), fir-rigward tad-denominazzjoni għall-bajd XL. L-iżball jista’ jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-operaturi.

(2) Għalhekk il-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament Delegat (UE) 2023/2465 jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 (Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2024. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2024-07-03