Gelex

Regolament (UE) 2024/2838 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013, (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rappurtar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2024-10-23from 2024-11-27
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2024/2838@2024-10-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1379/2013
  3. Artikolu 2 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 167/2013
  4. Artikolu 3 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 168/2013
  5. Artikolu 4 Dħul fis-seħħ

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għandhom rwol ewlieni fl-iżgurar ta’ monitoraġġ xieraq u infurzar korrett tal-atti legali tal-Unjoni.. Madankollu, huwa importanti li tali rekwiżiti jiġu ssimplifikati sabiex jiġi żgurat li jissodisfaw l-iskop li kienu maħsuba għalih u biex jiġi limitat il-piż amministrattiv.

(2) Għalhekk, is-simplifikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar u t-tnaqqis tal-piżamministrattiv huma prijorità. Ir-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013, (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fihom numru ta’ rekwiżiti ta’ rapportar fl-oqsma tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq li jenħtieġ li jiġu ssimplifikati f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023, bit-titolu Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030.

(3) Dan ir-Regolament ineħħi u jissimplifika r-rekwiżiti ta’ rapportar li ma għadhomx meqjusa meħtieġa fil-qasam tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura u li jaffettwaw l-industrija tas-sajd u fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli.

(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 jipprovdi li r-regoli li jistabbilixxu standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti, inter alia, fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 għandhom jibqgħu japplikaw.

(5) L-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2406/96 jeħtieġ li kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni lista tal-ismijiet u l-indirizzi tal-esperti u l-organizzazzjonijiet kummerċjali maħtura biex jikklassifikaw il-prodotti tas-sajd għall-freskezza u d-daqs mhux aktar tard minn xahar qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament, u li sussegwentement għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe emenda fil-lista. Peress li dak ir-rekwiżit huwa skadut u ma għadux meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, jenħtieġ li ma jibqax japplika.

(6) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 jistabbilixxi r-regoli dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija.

(7) L-Artikoli 74 u 75 tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 jirrikjedu li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u tal-approvazzjonijiet tal-vetturi individwali rispettivament, u jirrikjedu li l-Kummissjoni tissottometti rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fl-2022, il-Kummissjoni wettqet studjudwar il-kwistjonijiet soġġetti għal dawk l-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ rapportar. Peress li dak l-istudju ddetermina li l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u tal-approvazzjoni tal-vetturi individwali huma sodisfaċenti, jenħtieġ li dawk l-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ rapportar majibqgħux japplikaw.

(8) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 jistabbilixxi r-regoli dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u għall-kwadriċikli.

(9) L-Artikoli 78 u 80 tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jirrikjedu li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u tal-approvazzjonijiet tal-vetturi individwali rispettivament, u jirrikjedu li l-Kummissjoni tissottometti rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fl-2022, il-Kummissjoni wettqet studju dwar il-kwistjonijiet soġġetti għal dawk l-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ rapportar. Peress li dak l-istudju ddetermina li l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u tal-approvazzjoni tal-vetturi individwali huma sodisfaċenti, jenħtieġ li dawk l-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ rapportar ma jibqgħux japplikaw.

(10) Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013, (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ pjuttost jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(11) Għalhekk, ir-Regolamenti (UE) Nru 1379/2013, (UE) Nru 167/2013 u (UE) Nru 168/2013 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1379/2013

Fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: Para. 001. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, ir-regoli li jistabbilixxu standards komuni għall-kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 13 tiegħu, għandhom ikomplu japplikaw. Ir-regoli adottati għall-applikazzjoni ta’ standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni, bħal dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3703/85, għandhom ikomplu japplikaw.

1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, ir-regoli li jistabbilixxu standards komuni għall-kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1536/92 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 13 tiegħu, għandhom ikomplu japplikaw. Ir-regoli adottati għall-applikazzjoni ta’ standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni, bħal dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3703/85, għandhom ikomplu japplikaw.

Artikolu 2 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 167/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 huwa emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 74 jitħassar (2) L-Artikolu 75 jitħassar.

(1) L-Artikolu 74 jitħassar

(2) L-Artikolu 75 jitħassar.

Artikolu 3 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 168/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 huwa emendat kif ġej: (1) L-Artikolu 78 jitħassar. (2) L-Artikolu 80 jitħassar.

(1) L-Artikolu 78 jitħassar.

(2) L-Artikolu 80 jitħassar.

Artikolu 4 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ Ottubru 2024. Għall-Parlament Ewropew Il-President R. Metsola Għall-Kunsill Il-President Zsigmond B. P.

Versions

  1. 2024-10-23