Gelex

Regolament (UE) 2024/3018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-Istatistika Ewropea (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Isvizzera)

In forceVersion 2024-11-27from 2024-12-26
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2024/3018@2024-11-27/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 223/2009
  3. (1)
  4. (2)
  5. Artikolu 16a Rispons statistiku għal ħtiġijiet ta’ politika urġenti f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi
  6. 1.
  7. 2.
  8. (3)
  9. Artikolu 17a Aċċess għal u użu u integrazzjoni ta’ data amministrattiva għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea
  10. (4)
  11. Artikolu 17b Obbligu tad-detenturi privati ta’ data li jagħmlu d-data disponibbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea
  12. Artikolu 17c Talbiet għal data u arranġamenti biex id-data ssir disponibbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea
  13. 1.
  14. 4.
  15. Artikolu 17d Rieżami tad-deċiżjonijiet li jimponu multi mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
  16. Artikolu 17e Obbligi tal-NSIs, ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra u tal-Kummissjoni (Eurostat) fl-użu tad-data li d-detenturi privat ta’ data jkunu għamlu disponibbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea
  17. 1.
  18. 3.
  19. Artikolu 17f Kondiviżjoni tad-data mhux kunfidenzjali fl-ESS u bejn l-ESS u l-ESCB
  20. (5) Kapitolu IIIa Żvilupp tal-Istatistika Ewropea
  21. Artikolu 17g Statistika li tkun qed tiġi żviluppata
  22. (6)
  23. (7)
  24. (8)
  25. Artikolu 23 Aċċess għal data kunfidenzjali għal finijiet ta’ riċerka
  26. (9)
  27. Artikolu 25 Data disponibbli għall-pubbliku
  28. (10)
  29. Artikolu 26a Kontribuzzjoni għal oqfsa nazzjonali tal-governanza tad-data
  30. (11)
  31. Artikolu 27a Evalwazzjoni u rieżami
  32. Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi qafas legali fil-livell tal-Unjoni għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2015/759 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tissaħħaħ aktar il-governanza tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS), b’mod partikolari l-indipendenza professjonali tagħha. Dik il-governanza msaħħa wriet li hija effettiva.

(3) Fis-6 ta’ Marzu 2023, il-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ESGAB) ippubblika r-rapport annwali tiegħu għall-2022. Kif iddikjarat fih, l-iżgurar tal-indipendenza professjonali huwa fundamentali biex tiġi pprovduta statistika Ewropea oġġettiva u imparzjali u biex tinbena l-fiduċja tal-pubbliku fid-deċiżjonijiet u fil-politiki bbażati fuqha. Għalhekk, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom isegwu l-aħjar prattiki internazzjonali rigward l-għażla, il-ħatra u t-tkeċċija tal-kapijiet tal-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs) u tad-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni (Eurostat) rispettivament, abbażi ta’ kriterji professjonali ċari bħar-reputazzjoni statistika u livell għoli ta’ kompetenza fil-qasam tal-istatistika. Ir-raġunijiet għal terminazzjoni bikrija tal-kuntratt ma għandhomx jikkompromettu l-indipendenza professjonali; jenħtieġ li jkunu ġustifikati sew, speċifikati u kkomunikati b’mod xieraq, filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tal-persuna kkonċernata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tinforma lill-ESGAB dwar kwalunkwe tħassib serju li jkollha rigward l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea, filwaqt li tqis ir-rwol importanti tal-ESGAB bħala korp tal-Unjoni inkarigat biex jipprovdi valutazzjoni indipendenti tal-implimentazzjoni mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea u pariri dwar it-tisħiħ tal-kunfidenza u tal-fiduċja tal-utenti fl-istatistika Ewropea.

(4) It-trasformazzjoni diġitali tat lok għal realtajiet radikalment differenti u ħolqot ambjent ġdid bi ħtiġijiet ġodda għall-istatistika Ewropea. Barra minn hekk, avvenimenti umanitarji u politiċi reċenti, bħall-pandemija tal-COVID-19, u l-kriżi tal-enerġija u tal-għoli tal-ħajja kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, amplifikaw id-domandi u l-aspettattivi għal statistika Ewropea aktar f’waqtha, aktar frekwenti u aktar dettaljata meħtieġa biex tappoġġja t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u tiżgura l-aħjar rispons possibbli tal-Unjoni għall-kriżijiet.

(5) Jistgħu jseħħu sitwazzjonijiet ta’ kriżi fejn tkun meħtieġa statistika Ewropea f’waqtha u innovattiva sabiex ikun hemm rispons għal ħtiġijiet ta’ politika urġenti. Pereżempju, in-nuqqas ta’ data f’waqtha dwar il-profitti unitarji u l-profitti tan-negozji jfixkel lil dawk li jfasslu l-politika fl-isforzi tagħhom biex jivvalutaw b’mod komprensiv il-kwistjoni taż-żidiet fil-prezzijiet fi żmien meta titwettaq riċerka dwar l-impatt ta’ politiki korporattivi bħala kontributur possibbli għall-inflazzjoni. Għalhekk huwa kruċjali li jiġu stabbiliti proċeduri għall-istatistika Ewropea sabiex ikun hemm rispons għal ħtiġijiet ta’ politika urġenti.

(6) Sabiex jiġu indirizzati d-domandi u l-aspettattivi dejjem akbar għal statistika Ewropea aktar f’waqtha, aktar frekwenti u aktar dettaljata, kif ukoll għal rispons tal-ESS aktar rapidu u kkoordinat għal domandi urġenti ta’ statistika fi żminijiet ta’ kriżi, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 223/2009. L-għan ta’ dan ir-Regolament emendatorju huwa li jiżgura li l-istatistika Ewropea tibqa’ rilevanti billi jitqiesu l-ħtiġijiet tal-utenti li qegħdin jinbidlu u dejjem aktar eżiġenti, b’mod partikolari billi jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-sorsi u t-teknoloġiji tad-data diġitali, u jiġi abilitat l-użu tagħhom għall-istatistika Ewropea, billi l-ESS issir aktar aġli u kapaċi tirrispondi b’mod effettiv u rapidu għall-kriżijiet, billi tippermetti l-kondiviżjoni tad-data u billi tissaħħaħ il-koordinazzjoni fost is-sħab tal-ESS.

(7) Sabiex jiġu riflessi r-realtajiet kurrenti u l-ambjent diġitali li fiha topera l-ESS, jenħtieġ li jiġu introdotti definizzjonijiet ġodda jew aġġornati fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 biex jiġu ċċarati l-kunċetti ta’ data, metadata, detentur tad-data, sors tad-data, aċċess għad-data u użu għal finijiet ta’ statistika.

(8) Avvenimenti reċenti bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tal-enerġija u tal-għoli tal-ħajja kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna wriet li d-disponibbiltà ta’ statistika Ewropea f’waqtha, affidabbli u komparabbli hija vitali għall-effettività tar-rispons tal-awtoritajiet pubbliċi għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-ESS tibda malajr azzjonijiet koordinati jekk jirriżultaw ħtiġijiet urġenti ta’ data u statistika barra mill-qafas ta’ ppjanar regolari, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi rikonoxxuti mill-atti legali tal-Unjoni, bħad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1993, id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2372 u Regolament li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri relatati ma’ emerġenza tas-suq intern u mar-reżiljenza tas-suq intern (Att dwar l-Emerġenzi u r-Reżiljenza tas-Suq Intern). F’sitwazzjoni bħal din, jenħtieġ li detentur tad-data, fuq tali talba, jagħmel id-data disponibbli għall-NSI jew għall-Kummissjoni (Eurostat) meta dak l-NSI jew il-Kummissjoni (Eurostat) juru ħtieġa eċċezzjonali għall-użu tad-data mitluba, f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament u tal-Kunsill. Il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li tkun tista’ twettaq azzjonijiet tal-istatistika urġenti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (il-Kumitat tal-ESS). L-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea (awtoritajiet nazzjonali oħra) jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw f’tali azzjonijiet fuq bażi volontarja.

(9) L-aċċess u l-użu ta’ sorsi ġodda tad-data, inkluża l-big data, li temerġi mis-servizzi diġitali u l-Internet tal-Oġġetti (IoT), qed isiru vitali għall-produzzjoni ta’ statistika Ewropea f’waqtha, bi frekwenza xierqa u dettaljata biżżejjed b’mod aktar effiċjenti u li jiswa inqas flus. Tali sorsi ġodda tad-data jikkostitwixxu wkoll kontribut importanti għall-bini ta’ oqfsa ta’ kampjunar statistiku għall-finijiet tal-ESS. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi żgurat l-aċċess għal sorsi ġodda tad-data b’mod ġenerali, u b’mod partikolari għal data miżmuma privatament għall-iżvilupp u għall-produzzjoni ta’ statistika uffiċjali Ewropea fuq bażi sostenibbli u skont regoli ġusti, ċari, prevedibbli u proporzjonati, skont il-qafas tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni. L-aċċess għal data miżmuma privatament jenħtieġ li jiġi żgurat f’konformità mal-prinċipju ta’ effettività tan-nefqa u ma għandux joħloq piżijiet żejda fuq l-operaturi ekonomiċi kif stabbilit fl-Artikolu 338(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

(10) Data miżmuma privatament tirreferi għall-ammont vast ta’ data miżmuma minn entitajiet privati miksuba bħala riżultat tal-attività tagħhom, li tkun tista’ tintuża mill-awtoritajiet tal-istatistika biex jipproduċu statistika uffiċjali. Jaf tkun tinkludi data miżmuma minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fost l-oħrajn. Tali data tista’ tkun kruċjali biex tikkomplementa l-istatistika uffiċjali u timmonitorja l-progress ekonomiku, soċjali, u ambjentali u b’mod partikolari l-progress relatat mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. L-użu ta’ tali data jenħtieġ li għalhekk jiġi mħeġġeġ bil-qawwa.

(11) L-aċċess għal sorsi ġodda tad-data, b’mod partikolari għal data miżmuma privatament, ilu jintalab mill-ESS, kif muri mid-dokument ta’ pożizzjoni tal-ESS dwar l-aċċess għad-data miżmuma privatament li tkun ta’ interess pubbliku ta’ Novembru 2017, u d-dokument ta’ pożizzjoni tal-ESS dwar il-proposta għal Att futur dwar id-Data ta’ Ġunju 2021.

(12) L-użu tad-data miżmuma privatament u ta’ sorsi tad-data ġodda oħra jenħtieġ li jkunu soġġetti għal salvagwardji u garanziji legali, tekniċi u proċedurali stretti, inkluż l-applikazzjoni ta’ livell għoli ta’ sigurtà, kunfidenzjalità u rispett għall-privatezza, kif diġà minqux fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. L-aċċess għal data miżmuma privatament jenħtieġ li tkun limitata biss għall-NSIs, li jaġixxu waħedhom jew f’isem awtoritajiet nazzjonali oħra tal-ESS, u għall-Kummissjoni (Eurostat) biss. Id-data mitluba jenħtieġ li tkun meħtieġa strettament għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea u ta’ statistika li tkun qed tiġi żviluppata. Tali data miżmuma privatament jenħtieġ li tiġi psewdonimizzata f’konformità mal-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(13) It-talbiet mill-NSIs jew mill-Kummissjoni (Eurostat) għal data miżmuma privatament jenħtieġ li jkunu trasparenti u proporzjonati mil-lat tal-iskop u tal-livell tad-dettall tagħhom. F’dak ir-rigward, huwa neċessarju li jiġi speċifikat u spjegat l-għan tat-talba, l-użu maħsub tad-data mitluba, il-frekwenza li biha d-data jenħtieġ li ssir disponibbli u sa liema skadenzi kif ukoll l-arranġamenti operazzjonali biex issir disponibbli. Kwalunkwe pproċessar ta’ data b’rabta ma’ tali talbiet għad-data jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għar-Regolament (UE) 2016/679 u għar-Regolament (UE) 2018/1725, kif xieraq. Peress li l-istatistika uffiċjali hija ben pubbliku, l-aċċess għad-data jenħtieġ li jkun mingħajr ħlas. Meta data tintalab minn NSI, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu kumpens lid-detentur privat ta’ data li jkun limitat għas-servizz tal-ipproċessar skont l-ispeċifikazzjonijiet mitluba, ħlief meta l-liġi nazzjonali ma tippermettix lill-NSIs jew lil awtoritajiet nazzjonali oħra jikkumpensaw lid-detenturi tad-data. Meta data tintalab mill-Kummissjoni (Eurostat), jenħtieġ li din tipproponi kumpens raġonevoli lid-detentur privat ta’ data li jkun limitat għas-servizz tal-ipproċessar speċifiku skont l-ispeċifikazzjonijiet mitluba.

(14) Meta jinħarġu talbiet għal data miżmuma privatament, l-NSI jew il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li jistiednu lid-detentur privat ta’ data għal djalogu biex jiġu speċifikati l-parametri konkreti tat-talbiet għad-data u arranġamenti speċifiċi oħra, inkluż kif id-data tkun tista’ ssir disponibbli, kif ukoll kwalunkwe miżura organizzattiva u teknika għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tad-data u tas-sigrieti kummerċjali, bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim dwar dawk l-aspetti. Jekk ma jiġi konkluż l-ebda ftehim fi żmien tliet xhur, jew jekk id-detentur privat ta’ data ma jikkonformax mal-ftehim, l-NSI jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li toħroġ it-tieni talba lid-detentur privat ta’ data biex jagħmel id-data disponibbli. Jekk id-detentur privat ta’ data jonqos intenzjonalment jew b’negliġenza milli jittrażmetti d-data sal-iskadenza jew jittrażmetti data mhux korretta, mhux kompluta jew qarrieqa, l-Istat Membru jew il-Kummissjoni jenħtieġ li jadottaw miżuri ta’ infurzar, inkluża l-possibbiltà li jimponu penali, li jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, filwaqt li jqisu n-natura, il-gravità, ir-rikorrenza u d-dewmien tal-ksur, fid-dawl tal-interess pubbliku segwit. Ammonti massimi għall-penali adottati mill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi. Id-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-Kummissjoni fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament emendatorju huma soġġetti għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità mat-TFUE. Jenħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jkollha ġuriżdizzjoni bla limitu fir-rigward tal-multi adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 261 tat-TFUE.

(15) L-integrazzjoni ulterjuri tal-istatistika u tal-informazzjoni ġeospazjali jenħtieġ li tiġi mħeġġa sabiex tippermetti użu aktar effiċjenti tar-riżorsi u integrazzjoni mtejba tad-data minn organizzazzjonijiet pubbliċi differenti, jiġu prodotti outputs tal-istatistika ġodda, bħall-analiżi spazjali, u jittejbu l-viżwalizzazzjoni u d-disseminazzjoni tad-data. Tali integrazzjoni ulterjuri tappoġġja t-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-monitoraġġ tal-għanijiet tal-politika kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak nazzjonali.

(16) Il-Kummissjoni (Eurostat), l-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jipprovdu aċċess għall-bażijiet tad-data u l-metadata ta’ appoġġ tagħhom u dokumentazzjoni oħra rilevanti għall-valutazzjoni tal-kwalità bl-użu ta’ teknoloġiji aġġornati u faċli biex jintużaw.

(17) L-istatistika Ewropea tiġi żviluppata, prodotta u disseminata wkoll mis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (ESCB), iżda fl-ambitu ta’ qafas ġuridiku separat, li jirrifletti l-istruttura tal-governanza tal-ESCB. Kooperazzjoni mill-qrib u koordinazzjoni xierqa huma meħtieġa bejn l-ESS u l-ESCB, b’mod partikolari biex jitrawwem l-iskambju ta’ data bejn iż-żewġ sistemi esklużivament għal finijiet ta’ statistika, skont l-Artikolu 338(1) tat-TFUE u l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jenħtieġ li japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98.

(18) L-iskambju ta’ data kunfidenzjali jikkontribwixxi għal kwalità mtejba tal-istatistika Ewropea. L-ESS ilha taħdem b’mod attiv fuq l-iżvilupp ulterjuri ta’ tali skambju ta’ data, inkluż billi tipprevedi t-trażmissjoni ta’ data kunfidenzjali f’diversi leġiżlazzjonijiet settorjali. Dawk l-isforzi jenħtieġ li jiġu segwiti. L-iskambju reċiproku ta’ data kunfidenzjali jenħtieġ li jkun permess kemm fl-ESS kif ukoll bejn l-ESS u l-ESCB, meta jkun meħtieġ għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika Ewropea jew biex tiżdied il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Meta data kunfidenzjali tkun ġiet trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat), l-approvazzjoni tal-NSI jew ta’ awtorità nazzjonali oħra li tkun ipprovdiet id-data jenħtieġ li tkun meħtieġa.

(19) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-korpi pubbliċi u semipubbliċi nazzjonali responsabbli għas-sorsi tad-data amministrattiva, il-bażijiet tad-data amministrattivi, is-sistemi tal-interoperabbiltà amministrattivi jew data amministrattiva rilevanti għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea jippermettu lill-NSIS u lil awtoritajiet nazzjonali oħra jaċċessaw, jużaw u jintegraw din id-data mingħajr ħlas fil-ħin u bi frekwenza suffiċjenti għall-fini tal-iżvilupp, tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jkun possibbli li jinbnew oqfsa ta’ kampjunar statistiku bbażati fuq data amministrattiva rilevanti mill-NSIs u minn awtoritajiet nazzjonali oħra.

(20) L-użu ta’ statistika minn diversi sorsi jenħtieġ li tkun imħeġġa aktar, fejn l-istatistika tiġi żviluppata jew prodotta abbażi ta’ varjetà ta’ sorsi tad-data, inkluż permezz ta’ tekniki tal-immudellar u metodi statistiċi jew approċċi innovattivi oħra.

(21) Meta l-attivitajiet li jridu jitwettqu skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ statistika uffiċjali f’konformità mal-mandat mogħti lill-awtoritajiet tal-istatistika biex jitolbu data personali skont id-deskrizzjoni metodoloġika speċifika għal kull prodott statistiku, tali proċessar jenħtieġ li jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data personali, jiġifieri r-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. F’konformità mal-prinċipji stabbiliti f’dawk ir-Regolamenti, tali pproċessar jenħtieġ li jkun soġġett għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġett tad-data. Dawk is-salvagwardji jenħtieġ li jiżguraw li jkun hemm stabbiliti miżuri tekniċi u organizzattivi, b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-data. Dawk il-miżuri jafu jkunu jinkludu l-psewdonimizzazzjoni.

(22) L-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet ta’ statistika uffiċjali mill-NSIs u minn awtoritajiet nazzjonali oħra, li jitqies li jkun fl-interess pubbliku, jenħtieġ li jkun kopert b’derogi u soġġett għal salvagwardji xierqa, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. Pereżempju, jenħtieġ li l-ipproċessar ulterjuri tad-data personali għal finijiet ta’ statistika ma jitqiesx bħala inkompatibbli mal-finijiet inizjali li għalihom tkun inġabret. Id-data personali pproċessata għall-finijiet ta’ statistika fl-interess pubbliku hija data kunfidenzjali u għaldaqstant hija soġġetta għall-prinċipju ta’ kunfidenzjalità tal-istatistika, li jfisser li jenħtieġ li tintuża biss għal finijiet ta’ statistika u jenħtieġ li qatt ma tintuża għal miżuri jew deċiżjonijiet ta’ appoġġ fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna fiżika partikolari. F’dak il-kuntest, is-salvagwardji partikolari, li jenħtieġ li jiġu applikati għall-kondiviżjoni tad-data fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 jirrikjedu li d-data personali tiġi pproċessata, inklużi l-miżuri tekniċi u organizzattivi bħal teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza u r-rispett tal-prinċipji ta’ limitazzjoni tal-iskop, ta’ minimizzazzjoni tad-data, ta’ limitazzjoni tal-ħżin u ta’ integrità u ta’ kunfidenzjalità kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 u fir-Regolament (UE) 2018/1725 u elaborati ulterjorment fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea. F’dak ir-rigward, it-teknoloġiji li jsaħħu l-privatezza li jkunu ddisinjati speċifikament biex jimplimentaw dawk il-prinċipji jenħtieġ li jintużaw biex tiġi kondiviża d-data. Skont l-Artikolu 89(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, jenħtieġ li jingħataw derogi bil-liġi nazzjonali għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea mill-NSIs u minn awtoritajiet nazzjonali oħra, fl-ambitu tas-salvagwardji stabbiliti fiha.

(23) Sabiex inkunu fuq quddiem nett fl-integrazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u ta’ għarfien ġdid b’mod progressiv, u b’hekk jiġi żgurat li l-istatistika Ewropea tibqa’ kontinwament rilevanti, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li skonthom, bħala parti minn sforz kollettiv mill-ESS, l-istatistika tista’ tiġi żviluppata, f’konformità mal-ħtiġijiet tal-utent, f’oqsma speċifiċi fil-forma ta’ statistika li tkun qed tiġi żviluppata jew statistika sperimentali bl-għan li tiġi integrata fil-produzzjoni regolari tal-istatistika Ewropea. Għalkemm mhux neċessarjament tkun tissodisfa l-kriterji kollha ta’ kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, tali statistika jenħtieġ li tiġi trattata bħala statistika Ewropea. Il-pubblikazzjoni tal-istatistika li tkun qed tiġi żviluppata jew tal-istatistika sperimentali jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn informazzjoni trasparenti dwar il-kwalità tagħha.

(24) Filwaqt li jagħmlu ħilithom biex jinnovaw u jiżviluppaw outputs tal-istatistika ġodda, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jenħtieġ li jqisu bis-sħiħ il-ħtiġijiet tal-utenti kif espressi, b’mod partikolari mill-kunsilli nazzjonali tal-utenti tal-istatistika jew minn korpi xierqa oħra. Fil-livell tal-Unjoni, il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (ESAC), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala l-korp ewlieni tal-Unjoni li jirrappreżenta lill-utenti, lil dawk li jipprovdu t-tweġibiet u lill-produtturi tal-istatistika Ewropea, irid jiġi infurmat mill-Kummissjoni dwar kif tkun qieset l-opinjonijiet tal-ESAC, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp ta’ statistika Ewropea ġdida.

(25) Sabiex jibqgħu aġġornati max-xejriet l-aktar akkademiċi reċenti u jtejbu l-kwalità tad-data u tal-metodi statistiċi, l-awtoritajiet tal-istatistika jenħtieġ li jippromwovu, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew, kooperazzjoni interdixxiplinarja b’saħħitha, strutturata u sostnuta ma’ istituzzjonijiet akkademiċi u tar-riċerka, speċjalment fl-iżvilupp ta’ statistika ġdida, fl-ittestjar ta’ metodi u teknoloġiji ġodda u fil-promozzjoni tal-innovazzjoni u tal-esperimentazzjoni. Għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, il-finijiet xjentifiċi jenħtieġ li jkopru attivitajiet ta’ riċerka bħall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni teknoloġiċi, ir-riċerka fundamentali jew ir-riċerka applikata.

(26) Minħabba l-fiduċja mogħtija lill-NSIs u l-għarfien espert tekniku għoli tagħhom fil-ġestjoni tad-data u tal-metadata, fil-kwalità tad-data u fil-protezzjoni tad-data, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, jassenjaw lill-NSIs rwol importanti fl-oqfsa nazzjonali tal-governanza tad-data inklużi dawk previsti fir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bl-objettiv li jiġu promossi l-kondiviżjoni tad-data, l-integrazzjoni tad-data u l-interoperabbiltà, id-deskrizzjoni tal-metadata, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-iffissar tal-istandards. F’dak ir-rigward, NSIs u l-awtoritajiet nazzjonali oħra jenħtieġ li jkunu involuti fit-tfassil inizjali, fl-iżvilupp sussegwenti u fid-diskontinwità tas-sorsi tad-data amministrattiva, databases amministrattivi jew sistemi ta’ interoperabbiltà amministrattivi. Jenħtieġ li tali involviment jissaħħaħ, fejn xieraq, bil-ħsieb li jiġu żgurati, fost affarijiet oħra, il-konsistenza u l-kwalità tad-data, u bil-ħsieb li jiġi minimizzat il-piż tar-rappurtar.

(27) Data disponibbli legalment għall-pubbliku li tibqa’ disponibbli għall-pubbliku skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jenħtieġ li ma titqiesx kunfidenzjali meta tintuża għal finijiet ta’ statistika jew għad-disseminazzjoni ta’ statistika miksuba minn tali data.

(28) Fl-interess ta’ żieda fit-tempestività fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li titħalla tiddissemina l-istatistika Ewropea tal-Istati Membri hekk kif tiġi ppubblikata fil-livell nazzjonali, anke jekk dawn ikunu ġew ippubblikati qabel l-iskadenzi biex tiġi pprovduta l-istatistika li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti tal-Unjoni.

(29) Nuqqas ta’ koordinazzjoni jista’ jwassal għal ineffiċjenzi u inkonsistenzi u jqajjem kwistjonijiet rigward il-kwalità tal-istatistika Ewropea. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jridu jikkonsultaw sistematikament lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-metodoloġiji tal-istatistika u l-kwalità tad-data meta jiżviluppaw statistika ġdida fl-oqsma ta’ kompetenza tagħhom. Il-koordinazzjoni jenħtieġ li testendi wkoll għal statistika oħra li hija essenzjali biex tipprovdi informazzjoni lil dawk li jfasslu l-politika u liċ-ċittadini, b’mod partikolari peress li l-kwalità ta’ tali statistika tista’ taffettwa r-reputazzjoni tal-istatistika Ewropea.

(30) Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-emenda tal-qafas legali għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(31) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-azzjonijiet tal-istatistika urġenti u tal-istabbiliment tal-proċedura għat-twettiq tagħhom, inkluż il-perjodu ta’ żmien rilevanti, il-frekwenza u r-rekwiżiti tal-kwalità li jridu jiġu applikati minn dawk l-Istati Membri b’mod volontarju fl-azzjoni tal-istatistika urġenti, u għall-estensjoni ta’ dawk l-azzjonijiet urġenti, kif ukoll fir-rigward tal-istabbiliment tal-aspetti tekniċi tal-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet tal-istatistika fl-ambitu ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(32) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fis-6 ta’ Settembru 2023.

(33) Il-Kumitat tal-ESS ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 223/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 huwa emendat kif ġej: (4a) data tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni diġitali jew mhux diġitali ta’ atti, fatti jew informazzjoni u kwalunkwe kompilazzjoni ta’ tali atti, fatti jew informazzjoni dwar l-unitajiet osservati; (4b) metadata tfisser kwalunkwe informazzjoni li tiddefinixxi u tiddeskrivi data u proċessi; (4c) detentur tad-data tfisser persuna ġuridika jew fiżika jew kwalunkwe entità oħra li jkollha d-dritt, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, u l-kapaċità li tiġġestixxi u tagħmel disponibbli data miksuba fl-ambitu tal-attività tagħha; (a) jiddaħħlu l-punti li ġejjin: ; (5a) sors tad-data tfisser sors li jipprovdi data li tkun rilevanti u meħtieġa, fiha nnifisha jew flimkien ma’ data minn sorsi oħra, għall-iżvilupp u għall-produzzjoni tal-istatistika, inklużi stħarriġ, ċensimenti, data amministrattiva jew data li d-detenturi tad-data jkunu għamlu disponibbli fuq talba; (5b) aċċess għad-data tfisser l-ipproċessar minn istitut nazzjonali tal-istatistika jew awtoritajiet nazzjonali oħra jew mill-Kummissjoni (Eurostat) tad-data li detentur tad-data jkun ipprovda jew għamel disponibbli f’konformità ma’ rekwiżiti tekniċi, legali jew organizzattivi speċifiċi; (b) jiddaħħlu l-punti li ġejjin: ; (8) użu għal finijiet ta’ statistika tfisser l-użu esklużiv għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni ta’ riżultati u analiżijiet tal-istatistika minn awtoritajiet tal-istatistika, inkluż għall-attivitajiet ta’ riċerka u xjentifiċi, jew l-istabbiliment ta’ oqfsa tal-kampjunar; (c) il-punt 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: ; (1) l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej: (a) huwa strettament meħtieġ li jkun hemm rispons għal ħtiġijiet ta’ politika urġenti li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ta’ kriżi kkonċernata wara l-attivazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ emerġenza stabbiliti f’konformità mal-atti legali tal-Unjoni, bħad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1993 jew atti legali ta’ emerġenza oħra tal-Unjoni; (b) dawk il-ħtiġijiet ta’ politika urġenti ma jistgħux jiġu ssodisfati fl-ambitu tal-Programm Ewropew tal-Istatistika. Para. 001. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha teżamina is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi u tista’ twettaq azzjonijiet tal-istatistika urġenti kif xieraq, soġġetti għall-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu, fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (a) il-produzzjoni ta’ statistika Ewropea abbażi ta’ sorsi ġodda tad-data jew ġbir tad-data, filwaqt li jitqies il-piż fuq dawk li jipprovdu t-tweġibiet u l-effettività tan-nefqa għall-Istati Membri; (b) l-għoti ta’ indikaturi u informazzjoni intuwittiva tal-istatistika ġodda abbażi ta’ data eżistenti; (c) l-iżvilupp ta’ linji gwida metodoloġiċi biex jiġi żgurat li l-istatistika tkun komparabbli u konsistenti fl-Istati Membri kollha affettwati mis-sitwazzjoni ta’ kriżi; (d) azzjoni kkoordinata oħra fil-livell tal-Unjoni li jkollha l-għan li tipprovdi rispons statistiku f’waqtu u rilevanti għas-sitwazzjoni speċifika. Para. 002. L-azzjonijiet tal-istatistika urġenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni (Eurostat) fil-livell tal-Unjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-NSIs u ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra, u jistgħu jinkludu: Para. 003. Meta tivvaluta l-ħtieġa għal azzjonijiet tal-istatistika urġenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha fil-pront tinforma u tikkonsulta lill-Kumitat tal-ESS u tqis b’mod debitu l-gwida professjonali tiegħu. Azzjonijiet tal-istatistika urġenti li jridu jittieħdu huma soġġetti għal eżami minn qabel mill-Kumitat tal-ESS. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi lill-Kumitat tal-ESS b’informazzjoni dettaljata dwar l-azzjonijiet li jridu jittieħdu, il-ġustifikazzjoni għalihom fuq il-bażi tal-effettività tan-nefqa, il-mezzi u ż-żmien sabiex jinkisbu, il-valutazzjoni tal-piż tar-rispons fuq dawk li jwieġbu għall-istħarriġ u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni biex tkopri l-ispejjeż inkrementali mġarrba mill-NSIs u minn awtoritajiet nazzjonali oħra. Para. 004. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, separatament u fuq bażi volontarja, li jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-istatistika urġenti msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-azzjonijiet tal-istatistika urġenti għandhom ikunu rilevanti u għandhom ikopru l-ħtiġijiet ta’ politika urġenti li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ta’ kriżi fl-Unjoni. Meta jipparteċipaw f’azzjonijiet tal-istatistika urġenti, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti komuni maqbula tal-perjodu taż-żmien, tal-frekwenza u tal-kwalità għad-data nazzjonali li trid tiġi pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat). Para. 005. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-azzjonijiet tal-istatistika urġenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tistabbilixxi l-proċedura għat-twettiq tagħhom, inklużi r-rekwiżiti rilevanti tal-perjodu taż-żmien, tal-frekwenza u tal-kwalità li jridu jiġu applikati mill-Istati Membri li jipparteċipaw b’mod volontarju fl-azzjoni tal-istatistika urġenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, għandha ssir disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja mill-Programm tas-Suq Uniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-NSIs u għal awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament biex tkopri l-ispejjeż inkrementali mġarrba mill-implimentazzjoni ta’ tali azzjonijiet tal-istatistika urġenti. Barra minn hekk, dawk l-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra jistgħu japplikaw għal appoġġ minn programmi finanzjarji applikabbli oħra tal-Unjoni f’konformità mar-regoli ta’ tali programmi. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll għall-appoġġ mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja fl-ambitu ta’ dan is-subparagrafu għandu jiġi stabbilit f’konformità mar-regoli tal-programm ta’ finanzjament rilevanti, soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament, b’mod partikolari f’konformità mar-regoli tal-Programm Ewropew tal-Istatistika. Para. 006. L-atti ta’ implimentazzjoni adottati fl-ambitu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu mhux itwal mid-dewmien tas-sitwazzjoni ta’ kriżi kkonċernata, u fi kwalunkwe każ mhux itwal minn 12-il xahar. F’każijiet debitament ġustifikati, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni għal perjodu addizzjonali ta’ 12-il xahar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). (2) jiddaħħal l-artikolu li ġej: Para. 001. Il-korpi pubbliċi u semipubbliċi nazzjonali fl-ambitu tal-liġi nazzjonali responsabbli mis-sorsi tad-data amministrattiva, mill-bażijiet tad-data amministrattivi, mis-sistemi tal-interoperabbiltà amministrattivi jew minn data amministrattiva rilevanti u meħtieġa għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea għandhom jippermettu lill-NSIs u lil awtoritajiet nazzjonali oħra jaċċessaw, jużaw u jintegraw, mingħajr ħlas, dik id-data u l-metadata rilevanti, f’waqtha u bi frekwenza suffiċjenti u l-granularità għall-fini tal-iżvilupp, tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Para. 002. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jiġu kkonsultati rigward it-tfassil inizjali, l-iżvilupp sussegwenti u d-diskontinwazzjoni tas-sorsi tad-data amministrattiva, ta’ bażijiet tad-data amministrattivi jew ta’ sistemi tal-interoperabbiltà amminstrattivi maħluqa u miżmuma minn korpi oħra, u li jkunu involuti fihom, biex b’hekk jiġi ffaċilitat l-użu ulterjuri ta’ dawk is-sorsi tad-data, il-bażijiet tad-data jew is-sistemi tal-interoperabbiltà għall-fini tal-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Dawn għandhom jiġu involuti wkoll fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rigward is-sorsi tad-data amministrattiva, il-bażijiet tad-data amministrattivi jew is-sistemi tal-interoperabbiltà amministrattivi li jkunu rilevanti għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Para. 002a. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun permessa, fuq talba, taċċessa, tuża u tintegra b’mod f’waqtu d-data u l-metadata rilevanti minn bażijiet tad-data u sistemi tal-interoperabbiltà miżmuma mill-korpi u mill-aġenziji tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għall-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu dawk il-bażijiet tad-data u s-sistemi tal-interoperabbiltà, inkluż ir-repożitorju ċentrali għar-rappurtar u għall-istatistika (CRRS) stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkoopera mal-korpi u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni biex tispeċifika d-data u l-metadata mfassla apposta meħtieġa, l-arranġamenti operazzjonali għall-użu tad-data u s-salvagwardji fiżiċi u loġiċi meħtieġa. Meta d-data u l-metadata meħtieġa għall-istatistika Ewropea jkunu disponibbli biss fil-bażijiet tad-data u fis-sistemi tal-interoperabbiltà miżmuma mill-korpi u mill-aġenziji tal-Unjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) tista’, fuq talba, tikkondividi dik id-data mal-NSIs rilevanti jew ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, mingħajr preġudizzju għall-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu dawk il-bażijiet tad-data u s-sistemi tal-interoperabbiltà. Para. 003. L-aċċess mill-NSIs, minn awtoritajiet nazzjonali oħra u mill-Kummissjoni (Eurostat), u l-involviment tagħhom, skont il-paragrafi 1, 2 u 2a għandhom ikunu limitati għas-sorsi tad-data amministrattiva, għall-bażijiet tad-data amministrattivi jew għas-sistemi tal-interoperabbiltà amministrattiva fis-sistema amministrattiva pubblika rispettiva tagħhom stess. Para. 004. Sorsi tad-data amministrattiva, bażijiet tad-data amministrattivi jew sistemi tal-interoperabbiltà amministrattivi li s-sidien tagħhom ikunu għamluhom disponibbli għall-NSIs, għal awtoritajiet nazzjonali oħra u għall-Kummissjoni (Eurostat) sabiex jintużaw għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea għandhom ikunu akkumpanjati minn metadata rilevanti. Para. 005. L-NSIs, awtoritajiet nazzjonali u korpi oħra msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni meħtieġa f’konformità mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Dawk il-mekkaniżmi għandhom jipprovdu wkoll il-possibbiltà li l-NSIs iwettqu kontrolli tal-kwalità tad-data u jibnu oqfsa ta’ statistika bbażati fuq id-data amministrattiva rilevanti li tkun ġiet aċċessata. (3) l-Artikolu 17a huwa sostitwit b’dan li ġej: Para. 001. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ rappurtar, ġbir tad-data jew kwalunkwe aċċess għad-data stabbiliti fil-leġiżlazzjoni statistika settorjali tal-Unjoni jew għall-obbligu tad-detenturi tad-data li jagħmlu disponibbli d-data abbażi ta’ ħtieġa eċċezzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, NSI jew il-Kummissjoni (Eurostat) jistgħu jitolbu lil detentur privat ta’ data jagħmel disponibbli d-data u l-metadata rilevanti mingħajr ħlas meta d-data mitluba tkun strettament meħtieġa għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea u ma tistax tinkiseb b’mezzi oħra jew l-użu mill-ġdid tagħha se jirriżulta fi tnaqqis konsiderevoli fil-piż tar-rispons fuq id-detenturi tad-data u fuq negozji oħra. Tali ġbir tad-data jew aċċess għad-data jistgħu jiġu inklużi mill-Kummissjoni fil-programm ta’ ħidma annwali. Para. 002. Bħala koordinatur tas-sistema nazzjonali tal-istatistika, NSI jista’ jissottometti talba għal data lil detentur privat ta’ data f’isem kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra, meta d-data mitluba tkun meħtieġa għall-istatistika Ewropea żviluppata, prodotta u disseminata minn dik l-awtorità nazzjonali l-oħra. L-NSI u l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra ta’ Stat Membru għandhom jikkooperaw sabiex jiġi evitat piż eċċessiv fuq id-detenturi privati ta’ data. Para. 003. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jikkooperaw u jassistu lil xulxin sabiex jiġi evitat piż eċċessiv fuq id-detenturi privati ta’ data u biex jiġi ddeterminat min għandu jissottometti talbiet għad-data. B’mod partikolari, it-talba għad-data għandha tiġi sottomessa lil detentur privat ta’ data mill-NSI sakemm il-Kummissjoni (Eurostat) u l-NSIs ikkonċernati ma jaqblux li t-talba mill-Kummissjoni (Eurostat) tkun aktar effiċjenti, pereżempju fil-każ tad-detenturi privati ta’ data li joperaw fuq l-iskala tal-Unjoni kollha. Para. 004. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’, bi qbil mal-NSIs, tistabbilixxi infrastruttura sigura, biex tintuża fuq bażi volontarja, biex tiffaċilita l-kondiviżjoni ulterjuri mal-NSIs u mal-awtoritajiet nazzjonali l-oħra tad-data li tkun ġiet aċċessata f’konformità mal-paragrafu 3. L-infrastruttura sigura msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ibbażata fuq teknoloġiji li huma mfassla speċifikament biex jikkonformaw mar-Regolamenti (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Para. 005. Meta d-data mitluba minn NSI fl-ambitu tal-paragrafu 1 tkun tirrikjedi servizz ta’ pproċessar speċifiku, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu kumpens lid-detentur privat ta’ data għal dak is-servizz tal-ipproċessar speċifiku, ħlief meta l-liġi nazzjonali tipprevjeni lill-NSI jew lil awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-produzzjoni tal-istatistika milli jikkumpensaw lid-detenturi tad-data. Meta d-data tintalab mill-Kummissjoni (Eurostat) għal raġunijiet ta’ effiċjenza skont il-paragrafu 3, u jkun meħtieġ servizz tal-ipproċessar speċifiku, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproponi kumpens raġonevoli lid-detentur privat ta’ data għal dak is-servizz tal-ipproċessar speċifiku. Para. 006. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal mikrointrapriżi jew intrapriżi żgħar kif definit fl-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati fejn id-data miżmuma minn tali mikrointrapriżi jew intrapriżi żgħar tkun ta’ interess speċifiku għall-istatistika uffiċjali minħabba n-natura u l-volum ta’ dik id-data fil-livell nazzjonali. (a) jispeċifikaw liema data u metadata hija meħtieġa; (b) jispeċifikaw il-ħtieġa statistika li għaliha tintalab id-data f’konformità mal-Artikolu 17b(1); (c) jispeċifikaw il-frekwenza li biha d-data għandha ssir disponibbli u l-iskadenzi għal dan; (d) jispeċifikaw l-arranġamenti operazzjonali biex id-data ssir disponibbli. Para. 001. Meta jitolbu data f’konformità mal-Artikolu 17b, l-NSIs jew il-Kummissjoni (Eurostat) għandhom: Para. 002. It-talbiet għad-data kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isegwu l-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-data u jkunu proporzjonati għall-ħtieġa tal-istatistika f’termini tal-livell ta’ dettall u tal-volum tad-data u l-frekwenza li biha d-data trid issir disponibbli. Tali talbiet għandhom jikkonċernaw fil-prinċipju data mhux personali u, f’ċirkostanzi speċifiċi biss, data personali minn kategoriji ta’ data personali speċifikati fil-leġiżlazzjoni settorjali. Para. 003. Wara talba għad-data kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jsir djalogu bejn l-NSI, l-awtorità nazzjonali l-oħra jew il-Kummissjoni (Eurostat) u d-detentur privat ta’ data kkonċernat biex jiġu diskussi u jintlaħaq qbil dwar il-miżuri meħtieġa biex id-data ssir disponibbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, bl-għan li jiġi konkluż ftehim dwar dawk l-aspetti. (a) meta l-NSI jkun talab id-data, huwa jista’ joħroġ it-tieni talba lid-detentur privat ta’ data biex jagħmel id-data disponibbli fi żmien skadenza speċifika u d-detentur privat ta’ data għandu mbagħad jagħmel id-data rilevanti disponibbli sa dik l-iskadenza; (b) meta l-Kummissjoni (Eurostat) tkun talbet id-data, tista’ tadotta deċiżjoni biex tirrikjedi li d-detentur privat ta’ data jagħmel id-data disponibbli f’perjodu mhux iqsar minn 15-il jum kalendarju u d-detentur privat ta’ data għandu mbagħad jagħmel id-data rilevanti disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien l-iskadenza speċifikata. Para. 004. Jekk ma jiġi konkluż ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 3 fi żmien tliet xhur wara n-notifika tat-talba għad-data msemmija fil-paragrafu 1 jew jekk il-ftehim ma jkunx ġie ssodisfat mid-detentur privat ta’ data: Il-paragrafu 1 għandu japplika għal deċiżjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Tali deċiżjoni għandha tqis il-kwistjonijiet li dwarhom setgħu kkonverġew il-fehmiet matul id-djalogu mad-detentur privat ta’ data. Għandha tindika wkoll l-iskadenza għad-detentur privat ta’ data biex jissottometti t-tweġiba tiegħu, l-iskadenza għad-detentur privat ta’ data biex jagħmel id-data disponibbli, il-multi previsti fl-ambitu tal-paragrafu 6 li jistgħu jiġu applikati jekk id-data ma tiġix ipprovduta fil-ħin, u l-mezzi ta’ rimedju kontra d-deċiżjoni. Para. 005. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw l-infurzar effettiv tat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a). Para. 006. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet adottati f’konformità mal-paragrafu 4, il-punt (b). Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-adozzjoni ta’ multi meta d-detentur privat ta’ data jonqos intenzjonalment jew b’negliġenza milli jipprovdi d-data mitluba b’deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b), fi żmien l-iskadenza jew jipprovdi data mhux korretta, mhux kompluta jew qarrieqa. Fl-iffissar tal-ammont tal-multi, il-Kummissjoni għandha tqis in-natura, il-gravità, id-dewmien u r-rikorrenza tal-ksur. Para. 007. Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet li jimponu multi fi żmien sena wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tad-data stabbilita fid-deċiżjoni tagħha fl-ambitu tal-paragrafu 4, il-punt (b), meta d-detentur privat ta’ data jonqos milli jissottometti kwalunkwe data jew fi żmien sena mis-sottomissjoni ta’ data mhux korretta, mhux kompluta jew qarrieqa. Il-multi jistgħu jkunu sa EUR 25000 u, f’każ ta’ rikorrenza fi żmien tliet snin, sa EUR 50000. Is-setgħa tal-Kummissjoni li tinforza deċiżjonijiet li jimponu multa għandha tkun soġġetta għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin mid-data li fiha d-deċiżjoni ssir finali. Qabel ma tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tagħti lid-detentur privat ta’ data l-opportunità li jinstema’ rigward is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni u l-miżuri li l-Kummissjoni tista’ tieħu abbażi ta’ dawk is-sejbiet preliminari. Art. 017d. F’konformità mal-Artikolu 261 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni bla limitu biex tirrieżamina d-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni tkun imponiet il-multi. Hija tista’ tikkanċella, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta. (a) esklużivament għal finijiet ta’ statistika; (b) f’konformità mal-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fl-Artikolu 2(1); u (c) f’konformità mal-obbligu li d-data ma tiġix kondiviża barra mill-ESS sakemm id-detentur privat ta’ data ma jkunx qabel li jikkondividi dik id-data. Para. 001. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jużaw id-data li tkun saret disponibbli f’konformità mal-Artikolu 17b għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea: Para. 002. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jistabbilixxu salvagwardji xierqa relatati mal-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ statistika f’konformità mal-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju li d-data trid tiġi psewdonimizzata. (a) jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-istatistika u s-sigrieti kummerċjali; (b) jimplimentaw, sa fejn ikun meħtieġ l-ipproċessar tad-data personali, miżuri tekniċi u organizzattivi li jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data. Para. 003. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom: Para. 004. Il-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra li tkun irċeviet data wara talba sottomessa f’isimha minn NSI f’konformità mal-Artikolu 17b(2). Para. 001. Id-data mhux kunfidenzjali għandha tiġi kondiviża, jekk tkun meħtieġa u jekk tkun disponibbli f’forma aggregata, fuq talba bejn l-NSIs, fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew f’isem kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra, u bejn l-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) esklużivament għal finijiet ta’ statistika u għat-titjib tal-kwalità tal-istatistika Ewropea. Para. 002. Il-kondiviżjoni tad-data mhux kunfidenzjali, inkluża data li d-detenturi privat ta’ data jagħmlu disponibbli, għandha sseħħ bejn l-ESS u membru tal-ESCB fuq talba, jekk tkun meħtieġa u jekk tkun disponibbli f’forma aggregata, f’oqsma ta’ responsabbiltà kondiviża jew ta’ interess komuni u meta d-data tintuża esklużivament għal finijiet ta’ statistika u għat-titjib tal-kwalità tal-istatistika Ewropea żviluppata u prodotta minn dak il-membru tal-ESCB. Para. 003. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistabbilixxi infrastruttura sigura biex tiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu, u l-NSIs, u meta jkun rilevanti l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra, jew membri tal-ESCB, jistgħu jużaw dik l-infrastruttura sigura għall-kondiviżjoni tad-data fuq bażi volontarja. Para. 004. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-aspetti tekniċi tal-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet tal-istatistika msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). (4) jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: Para. 001. L-NSIs, l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jagħmlu ħilithom biex jinnovaw u jiżviluppaw kontinwament outputs u informazzjoni intuwittiva tal-istatistika ġodda abbażi tas-sorsi tad-data kollha disponibbli u biex jużaw teknoloġiji tal-ogħla livell, bl-għan li jintegrawhom fil-produzzjoni regolari tal-istatistika Ewropea. Għal dak il-fini, il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tibda, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tal-ESS, l-iżvilupp ta’ outputs u informazzjoni intuwittiva tal-istatistika ġodda fl-ESS kollha. Dawk l-outputs u l-informazzjoni intuwittiva tal-istatistika jistgħu jiġu inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali u implimentati permezz tal-azzjonijiet individwali tal-istatistika msemmija fl-Artikolu 14(1). Para. 002. L-istatistika li tkun qed tiġi żviluppata ma għandhiex tkun meħtieġa tissodisfa l-kriterji kollha tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1). Para. 003. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tiddissemina l-istatistika Ewropea li tkun qed tiġi żviluppata bil-qbil tal-NSIs jew ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra u għandha tindika b’mod espliċitu li dik l-istatistika hija statistika li tkun qed tiġi żviluppata. L-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra jistgħu wkoll jiddisseminaw l-istatistika Ewropea li tkun qed tiġi żviluppata prodotta minnhom. (5) jiddaħħal il-kapitolu li ġej: ; Para. 004. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tiddissemina l-istatistika Ewropea diġà ppubblikata fil-livell nazzjonali mill-Istati Membri qabel l-iskadenzi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti, dment li tali statistika tkun tikkonforma mad-definizzjonijiet u mal-klassifikazzjoni rilevanti. (6) fl-Artikolu 18, jiżdied il-paragrafu li ġej: ; Para. 001. It-trażmissjoni ta’ data kunfidenzjali minn awtorità tal-ESS, kif imsemmi fl-Artikolu 4, li tkun ġabret id-data għal awtorità oħra tal-ESS għandha tkun permessa, dment li din it-trażmissjoni tkun meħtieġa għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika Ewropea jew sabiex tiżdied il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Jekk id-data tkun ġiet trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat), l-approvazzjoni tal-NSIs jew ta’ awtorità nazzjonali oħra li tkun ipprovdiet id-data hija meħtieġa. Para. 002. It-trażmissjoni ta’ data kunfidenzjali bejn awtorità tal-ESS li tkun ġabret id-data u membru tal-ESCB għandha tkun permessa, dment li t-trażmissjoni tkun meħtieġa għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika Ewropea jew sabiex tiżdied il-kwalità tal-istatistika Ewropea, fi ħdan l-isferi ta’ kompetenza rispettivi tal-ESS u tal-ESCB, u sakemm dik il-ħtieġa tkun ġiet iġġustifikata. Jekk id-data tkun ġiet trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat), l-approvazzjoni tal-NSI jew ta’ awtorità nazzjonali oħra li tkun ipprovdiet id-data hija meħtieġa. (7) fl-Artikolu 21, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: ; Art. 023. L-aċċess għal data kunfidenzjali, inkluża data li d-detenturi privati ta’ data jkunu għamlu disponibbli, li jippermettu biss l-identifikazzjoni indiretta tal-unitajiet tal-istatistika, jista’ jingħata lil riċerkaturi li jkunu qed iwettqu l-analiżijiet tal-istatistika għal finijiet xjentifiċi mill-Kummissjoni (Eurostat) jew mill-NSIs jew awtoritajiet nazzjonali oħra, fi ħdan l-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom. Jekk id-data tkun ġiet trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat), l-approvazzjoni tal-NSIs jew ta’ awtorità nazzjonali oħra li tkun ipprovdiet id-data hija meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-arranġamenti, ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-aċċess fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-finijiet ta’ riċerka għandhom ikopru attivitajiet tar-riċerka bħall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni teknoloġiċi, ir-riċerka fundamentali u r-riċerka applikata. (8) l-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej: ; Art. 025. Data li tkun legalment disponibbli għall-pubbliku li tibqa’ disponibbli għall-pubbliku skont il-liġi nazzjonali jew dik tal-Unjoni ma għandhiex titqies kunfidenzjali meta tintuża għal finijiet ta’ statistika jew għad-disseminazzjoni tal-istatistika miksuba minn tali data. Tali data għandha tinkludi b’mod partikolari data dwar attributi ewlenin ta’ kumpaniji individwali kif elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/138. (9) l-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej: Para. 001. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, fil-livell nazzjonali, l-NSIs jistgħu jassumu funzjonijiet kif stabbiliti fl-oqfsa nazzjonali tal-governanza tad-data bl-għan li jippromwovu l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tad-data, id-deskrizzjoni tal-metadata, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-iffissar tal-istandards, il-kondiviżjoni tad-data u l-użu mill-ġdid tad-data, kif ukoll kompiti u funzjonijiet oħra stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Para. 002. It-twettiq tal-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mill-NSIs għandu jkun kompatibbli mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-istatistika mwettqa f’konformità mal-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fl-Artikolu 2(1). (10) jiddaħħal l-artikolu li ġej fil-Kapitolu VI: (a) ir-rispons statistiku għal sitwazzjoni ta’ kriżi fl-ambitu tal-Artikolu 16a; (b) l-obbligu tad-detenturi privati ta’ data li jippermettu li d-data tagħhom tintuża għall-istatistika Ewropea f’konformità mal-Artikoli 17b, 17c, 17d u 17e; (c) il-kondiviżjoni tad-data fl-ESS fl-ambitu tal-Artikolu 17f; (d) l-iżvilupp tal-istatistika Ewropea fl-ambitu tal-Kapitolu IIIa.. Art. 027a. Sas-27 ta’ Diċembru 2029, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tissottometti rapport dwar is-sejbiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta, b’mod partikolari: (11) jiddaħħal l-artikolu li ġej:

(1) l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej: (4a) data tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni diġitali jew mhux diġitali ta’ atti, fatti jew informazzjoni u kwalunkwe kompilazzjoni ta’ tali atti, fatti jew informazzjoni dwar l-unitajiet osservati; (4b) metadata tfisser kwalunkwe informazzjoni li tiddefinixxi u tiddeskrivi data u proċessi; (4c) detentur tad-data tfisser persuna ġuridika jew fiżika jew kwalunkwe entità oħra li jkollha d-dritt, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, u l-kapaċità li tiġġestixxi u tagħmel disponibbli data miksuba fl-ambitu tal-attività tagħha; (a) jiddaħħlu l-punti li ġejjin: ; (5a) sors tad-data tfisser sors li jipprovdi data li tkun rilevanti u meħtieġa, fiha nnifisha jew flimkien ma’ data minn sorsi oħra, għall-iżvilupp u għall-produzzjoni tal-istatistika, inklużi stħarriġ, ċensimenti, data amministrattiva jew data li d-detenturi tad-data jkunu għamlu disponibbli fuq talba; (5b) aċċess għad-data tfisser l-ipproċessar minn istitut nazzjonali tal-istatistika jew awtoritajiet nazzjonali oħra jew mill-Kummissjoni (Eurostat) tad-data li detentur tad-data jkun ipprovda jew għamel disponibbli f’konformità ma’ rekwiżiti tekniċi, legali jew organizzattivi speċifiċi; (b) jiddaħħlu l-punti li ġejjin: ; (8) użu għal finijiet ta’ statistika tfisser l-użu esklużiv għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni ta’ riżultati u analiżijiet tal-istatistika minn awtoritajiet tal-istatistika, inkluż għall-attivitajiet ta’ riċerka u xjentifiċi, jew l-istabbiliment ta’ oqfsa tal-kampjunar; (c) il-punt 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: ;

(1)

(a) jiddaħħlu l-punti li ġejjin: ; (4a) data tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni diġitali jew mhux diġitali ta’ atti, fatti jew informazzjoni u kwalunkwe kompilazzjoni ta’ tali atti, fatti jew informazzjoni dwar l-unitajiet osservati; (4b) metadata tfisser kwalunkwe informazzjoni li tiddefinixxi u tiddeskrivi data u proċessi; (4c) detentur tad-data tfisser persuna ġuridika jew fiżika jew kwalunkwe entità oħra li jkollha d-dritt, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, u l-kapaċità li tiġġestixxi u tagħmel disponibbli data miksuba fl-ambitu tal-attività tagħha;

(a)

4a. data tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni diġitali jew mhux diġitali ta’ atti, fatti jew informazzjoni u kwalunkwe kompilazzjoni ta’ tali atti, fatti jew informazzjoni dwar l-unitajiet osservati;

4b. metadata tfisser kwalunkwe informazzjoni li tiddefinixxi u tiddeskrivi data u proċessi;

4c. detentur tad-data tfisser persuna ġuridika jew fiżika jew kwalunkwe entità oħra li jkollha d-dritt, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli, u l-kapaċità li tiġġestixxi u tagħmel disponibbli data miksuba fl-ambitu tal-attività tagħha;

(b) jiddaħħlu l-punti li ġejjin: ; (5a) sors tad-data tfisser sors li jipprovdi data li tkun rilevanti u meħtieġa, fiha nnifisha jew flimkien ma’ data minn sorsi oħra, għall-iżvilupp u għall-produzzjoni tal-istatistika, inklużi stħarriġ, ċensimenti, data amministrattiva jew data li d-detenturi tad-data jkunu għamlu disponibbli fuq talba; (5b) aċċess għad-data tfisser l-ipproċessar minn istitut nazzjonali tal-istatistika jew awtoritajiet nazzjonali oħra jew mill-Kummissjoni (Eurostat) tad-data li detentur tad-data jkun ipprovda jew għamel disponibbli f’konformità ma’ rekwiżiti tekniċi, legali jew organizzattivi speċifiċi;

(b)

5a. sors tad-data tfisser sors li jipprovdi data li tkun rilevanti u meħtieġa, fiha nnifisha jew flimkien ma’ data minn sorsi oħra, għall-iżvilupp u għall-produzzjoni tal-istatistika, inklużi stħarriġ, ċensimenti, data amministrattiva jew data li d-detenturi tad-data jkunu għamlu disponibbli fuq talba;

5b. aċċess għad-data tfisser l-ipproċessar minn istitut nazzjonali tal-istatistika jew awtoritajiet nazzjonali oħra jew mill-Kummissjoni (Eurostat) tad-data li detentur tad-data jkun ipprovda jew għamel disponibbli f’konformità ma’ rekwiżiti tekniċi, legali jew organizzattivi speċifiċi;

(c) il-punt 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: ; (8) użu għal finijiet ta’ statistika tfisser l-użu esklużiv għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni ta’ riżultati u analiżijiet tal-istatistika minn awtoritajiet tal-istatistika, inkluż għall-attivitajiet ta’ riċerka u xjentifiċi, jew l-istabbiliment ta’ oqfsa tal-kampjunar;

(c)

8. użu għal finijiet ta’ statistika tfisser l-użu esklużiv għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni ta’ riżultati u analiżijiet tal-istatistika minn awtoritajiet tal-istatistika, inkluż għall-attivitajiet ta’ riċerka u xjentifiċi, jew l-istabbiliment ta’ oqfsa tal-kampjunar;

(2) jiddaħħal l-artikolu li ġej: (a) huwa strettament meħtieġ li jkun hemm rispons għal ħtiġijiet ta’ politika urġenti li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ta’ kriżi kkonċernata wara l-attivazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ emerġenza stabbiliti f’konformità mal-atti legali tal-Unjoni, bħad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1993 jew atti legali ta’ emerġenza oħra tal-Unjoni; (b) dawk il-ħtiġijiet ta’ politika urġenti ma jistgħux jiġu ssodisfati fl-ambitu tal-Programm Ewropew tal-Istatistika. Para. 001. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha teżamina is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi u tista’ twettaq azzjonijiet tal-istatistika urġenti kif xieraq, soġġetti għall-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu, fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (a) il-produzzjoni ta’ statistika Ewropea abbażi ta’ sorsi ġodda tad-data jew ġbir tad-data, filwaqt li jitqies il-piż fuq dawk li jipprovdu t-tweġibiet u l-effettività tan-nefqa għall-Istati Membri; (b) l-għoti ta’ indikaturi u informazzjoni intuwittiva tal-istatistika ġodda abbażi ta’ data eżistenti; (c) l-iżvilupp ta’ linji gwida metodoloġiċi biex jiġi żgurat li l-istatistika tkun komparabbli u konsistenti fl-Istati Membri kollha affettwati mis-sitwazzjoni ta’ kriżi; (d) azzjoni kkoordinata oħra fil-livell tal-Unjoni li jkollha l-għan li tipprovdi rispons statistiku f’waqtu u rilevanti għas-sitwazzjoni speċifika. Para. 002. L-azzjonijiet tal-istatistika urġenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni (Eurostat) fil-livell tal-Unjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-NSIs u ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra, u jistgħu jinkludu: Para. 003. Meta tivvaluta l-ħtieġa għal azzjonijiet tal-istatistika urġenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha fil-pront tinforma u tikkonsulta lill-Kumitat tal-ESS u tqis b’mod debitu l-gwida professjonali tiegħu. Azzjonijiet tal-istatistika urġenti li jridu jittieħdu huma soġġetti għal eżami minn qabel mill-Kumitat tal-ESS. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi lill-Kumitat tal-ESS b’informazzjoni dettaljata dwar l-azzjonijiet li jridu jittieħdu, il-ġustifikazzjoni għalihom fuq il-bażi tal-effettività tan-nefqa, il-mezzi u ż-żmien sabiex jinkisbu, il-valutazzjoni tal-piż tar-rispons fuq dawk li jwieġbu għall-istħarriġ u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni biex tkopri l-ispejjeż inkrementali mġarrba mill-NSIs u minn awtoritajiet nazzjonali oħra. Para. 004. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, separatament u fuq bażi volontarja, li jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-istatistika urġenti msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-azzjonijiet tal-istatistika urġenti għandhom ikunu rilevanti u għandhom ikopru l-ħtiġijiet ta’ politika urġenti li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ta’ kriżi fl-Unjoni. Meta jipparteċipaw f’azzjonijiet tal-istatistika urġenti, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti komuni maqbula tal-perjodu taż-żmien, tal-frekwenza u tal-kwalità għad-data nazzjonali li trid tiġi pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat). Para. 005. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-azzjonijiet tal-istatistika urġenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tistabbilixxi l-proċedura għat-twettiq tagħhom, inklużi r-rekwiżiti rilevanti tal-perjodu taż-żmien, tal-frekwenza u tal-kwalità li jridu jiġu applikati mill-Istati Membri li jipparteċipaw b’mod volontarju fl-azzjoni tal-istatistika urġenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, għandha ssir disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja mill-Programm tas-Suq Uniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-NSIs u għal awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament biex tkopri l-ispejjeż inkrementali mġarrba mill-implimentazzjoni ta’ tali azzjonijiet tal-istatistika urġenti. Barra minn hekk, dawk l-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra jistgħu japplikaw għal appoġġ minn programmi finanzjarji applikabbli oħra tal-Unjoni f’konformità mar-regoli ta’ tali programmi. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll għall-appoġġ mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja fl-ambitu ta’ dan is-subparagrafu għandu jiġi stabbilit f’konformità mar-regoli tal-programm ta’ finanzjament rilevanti, soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament, b’mod partikolari f’konformità mar-regoli tal-Programm Ewropew tal-Istatistika. Para. 006. L-atti ta’ implimentazzjoni adottati fl-ambitu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu mhux itwal mid-dewmien tas-sitwazzjoni ta’ kriżi kkonċernata, u fi kwalunkwe każ mhux itwal minn 12-il xahar. F’każijiet debitament ġustifikati, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni għal perjodu addizzjonali ta’ 12-il xahar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

(2)

Artikolu 16a Rispons statistiku għal ħtiġijiet ta’ politika urġenti f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi

1. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha teżamina is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi u tista’ twettaq azzjonijiet tal-istatistika urġenti kif xieraq, soġġetti għall-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu, fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (a) huwa strettament meħtieġ li jkun hemm rispons għal ħtiġijiet ta’ politika urġenti li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ta’ kriżi kkonċernata wara l-attivazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ emerġenza stabbiliti f’konformità mal-atti legali tal-Unjoni, bħad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1993 jew atti legali ta’ emerġenza oħra tal-Unjoni; (b) dawk il-ħtiġijiet ta’ politika urġenti ma jistgħux jiġu ssodisfati fl-ambitu tal-Programm Ewropew tal-Istatistika.

1.

(a) huwa strettament meħtieġ li jkun hemm rispons għal ħtiġijiet ta’ politika urġenti li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ta’ kriżi kkonċernata wara l-attivazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ emerġenza stabbiliti f’konformità mal-atti legali tal-Unjoni, bħad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1993 jew atti legali ta’ emerġenza oħra tal-Unjoni;

(b) dawk il-ħtiġijiet ta’ politika urġenti ma jistgħux jiġu ssodisfati fl-ambitu tal-Programm Ewropew tal-Istatistika.

2. L-azzjonijiet tal-istatistika urġenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni (Eurostat) fil-livell tal-Unjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-NSIs u ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra, u jistgħu jinkludu: (a) il-produzzjoni ta’ statistika Ewropea abbażi ta’ sorsi ġodda tad-data jew ġbir tad-data, filwaqt li jitqies il-piż fuq dawk li jipprovdu t-tweġibiet u l-effettività tan-nefqa għall-Istati Membri; (b) l-għoti ta’ indikaturi u informazzjoni intuwittiva tal-istatistika ġodda abbażi ta’ data eżistenti; (c) l-iżvilupp ta’ linji gwida metodoloġiċi biex jiġi żgurat li l-istatistika tkun komparabbli u konsistenti fl-Istati Membri kollha affettwati mis-sitwazzjoni ta’ kriżi; (d) azzjoni kkoordinata oħra fil-livell tal-Unjoni li jkollha l-għan li tipprovdi rispons statistiku f’waqtu u rilevanti għas-sitwazzjoni speċifika.

2.

(a) il-produzzjoni ta’ statistika Ewropea abbażi ta’ sorsi ġodda tad-data jew ġbir tad-data, filwaqt li jitqies il-piż fuq dawk li jipprovdu t-tweġibiet u l-effettività tan-nefqa għall-Istati Membri;

(b) l-għoti ta’ indikaturi u informazzjoni intuwittiva tal-istatistika ġodda abbażi ta’ data eżistenti;

(c) l-iżvilupp ta’ linji gwida metodoloġiċi biex jiġi żgurat li l-istatistika tkun komparabbli u konsistenti fl-Istati Membri kollha affettwati mis-sitwazzjoni ta’ kriżi;

(d) azzjoni kkoordinata oħra fil-livell tal-Unjoni li jkollha l-għan li tipprovdi rispons statistiku f’waqtu u rilevanti għas-sitwazzjoni speċifika.

3. Meta tivvaluta l-ħtieġa għal azzjonijiet tal-istatistika urġenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha fil-pront tinforma u tikkonsulta lill-Kumitat tal-ESS u tqis b’mod debitu l-gwida professjonali tiegħu. Azzjonijiet tal-istatistika urġenti li jridu jittieħdu huma soġġetti għal eżami minn qabel mill-Kumitat tal-ESS. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi lill-Kumitat tal-ESS b’informazzjoni dettaljata dwar l-azzjonijiet li jridu jittieħdu, il-ġustifikazzjoni għalihom fuq il-bażi tal-effettività tan-nefqa, il-mezzi u ż-żmien sabiex jinkisbu, il-valutazzjoni tal-piż tar-rispons fuq dawk li jwieġbu għall-istħarriġ u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni biex tkopri l-ispejjeż inkrementali mġarrba mill-NSIs u minn awtoritajiet nazzjonali oħra.

4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, separatament u fuq bażi volontarja, li jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-istatistika urġenti msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-azzjonijiet tal-istatistika urġenti għandhom ikunu rilevanti u għandhom ikopru l-ħtiġijiet ta’ politika urġenti li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ta’ kriżi fl-Unjoni. Meta jipparteċipaw f’azzjonijiet tal-istatistika urġenti, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti komuni maqbula tal-perjodu taż-żmien, tal-frekwenza u tal-kwalità għad-data nazzjonali li trid tiġi pprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat).

5. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-azzjonijiet tal-istatistika urġenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tistabbilixxi l-proċedura għat-twettiq tagħhom, inklużi r-rekwiżiti rilevanti tal-perjodu taż-żmien, tal-frekwenza u tal-kwalità li jridu jiġu applikati mill-Istati Membri li jipparteċipaw b’mod volontarju fl-azzjoni tal-istatistika urġenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, għandha ssir disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja mill-Programm tas-Suq Uniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-NSIs u għal awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fil-lista stabbilita skont l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament biex tkopri l-ispejjeż inkrementali mġarrba mill-implimentazzjoni ta’ tali azzjonijiet tal-istatistika urġenti. Barra minn hekk, dawk l-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra jistgħu japplikaw għal appoġġ minn programmi finanzjarji applikabbli oħra tal-Unjoni f’konformità mar-regoli ta’ tali programmi. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll għall-appoġġ mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja fl-ambitu ta’ dan is-subparagrafu għandu jiġi stabbilit f’konformità mar-regoli tal-programm ta’ finanzjament rilevanti, soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament, b’mod partikolari f’konformità mar-regoli tal-Programm Ewropew tal-Istatistika.

6. L-atti ta’ implimentazzjoni adottati fl-ambitu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu mhux itwal mid-dewmien tas-sitwazzjoni ta’ kriżi kkonċernata, u fi kwalunkwe każ mhux itwal minn 12-il xahar. F’każijiet debitament ġustifikati, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni għal perjodu addizzjonali ta’ 12-il xahar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

(3) l-Artikolu 17a huwa sostitwit b’dan li ġej: Para. 001. Il-korpi pubbliċi u semipubbliċi nazzjonali fl-ambitu tal-liġi nazzjonali responsabbli mis-sorsi tad-data amministrattiva, mill-bażijiet tad-data amministrattivi, mis-sistemi tal-interoperabbiltà amministrattivi jew minn data amministrattiva rilevanti u meħtieġa għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea għandhom jippermettu lill-NSIs u lil awtoritajiet nazzjonali oħra jaċċessaw, jużaw u jintegraw, mingħajr ħlas, dik id-data u l-metadata rilevanti, f’waqtha u bi frekwenza suffiċjenti u l-granularità għall-fini tal-iżvilupp, tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Para. 002. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jiġu kkonsultati rigward it-tfassil inizjali, l-iżvilupp sussegwenti u d-diskontinwazzjoni tas-sorsi tad-data amministrattiva, ta’ bażijiet tad-data amministrattivi jew ta’ sistemi tal-interoperabbiltà amminstrattivi maħluqa u miżmuma minn korpi oħra, u li jkunu involuti fihom, biex b’hekk jiġi ffaċilitat l-użu ulterjuri ta’ dawk is-sorsi tad-data, il-bażijiet tad-data jew is-sistemi tal-interoperabbiltà għall-fini tal-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Dawn għandhom jiġu involuti wkoll fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rigward is-sorsi tad-data amministrattiva, il-bażijiet tad-data amministrattivi jew is-sistemi tal-interoperabbiltà amministrattivi li jkunu rilevanti għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Para. 002a. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun permessa, fuq talba, taċċessa, tuża u tintegra b’mod f’waqtu d-data u l-metadata rilevanti minn bażijiet tad-data u sistemi tal-interoperabbiltà miżmuma mill-korpi u mill-aġenziji tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għall-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu dawk il-bażijiet tad-data u s-sistemi tal-interoperabbiltà, inkluż ir-repożitorju ċentrali għar-rappurtar u għall-istatistika (CRRS) stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkoopera mal-korpi u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni biex tispeċifika d-data u l-metadata mfassla apposta meħtieġa, l-arranġamenti operazzjonali għall-użu tad-data u s-salvagwardji fiżiċi u loġiċi meħtieġa. Meta d-data u l-metadata meħtieġa għall-istatistika Ewropea jkunu disponibbli biss fil-bażijiet tad-data u fis-sistemi tal-interoperabbiltà miżmuma mill-korpi u mill-aġenziji tal-Unjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) tista’, fuq talba, tikkondividi dik id-data mal-NSIs rilevanti jew ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, mingħajr preġudizzju għall-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu dawk il-bażijiet tad-data u s-sistemi tal-interoperabbiltà. Para. 003. L-aċċess mill-NSIs, minn awtoritajiet nazzjonali oħra u mill-Kummissjoni (Eurostat), u l-involviment tagħhom, skont il-paragrafi 1, 2 u 2a għandhom ikunu limitati għas-sorsi tad-data amministrattiva, għall-bażijiet tad-data amministrattivi jew għas-sistemi tal-interoperabbiltà amministrattiva fis-sistema amministrattiva pubblika rispettiva tagħhom stess. Para. 004. Sorsi tad-data amministrattiva, bażijiet tad-data amministrattivi jew sistemi tal-interoperabbiltà amministrattivi li s-sidien tagħhom ikunu għamluhom disponibbli għall-NSIs, għal awtoritajiet nazzjonali oħra u għall-Kummissjoni (Eurostat) sabiex jintużaw għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea għandhom ikunu akkumpanjati minn metadata rilevanti. Para. 005. L-NSIs, awtoritajiet nazzjonali u korpi oħra msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni meħtieġa f’konformità mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Dawk il-mekkaniżmi għandhom jipprovdu wkoll il-possibbiltà li l-NSIs iwettqu kontrolli tal-kwalità tad-data u jibnu oqfsa ta’ statistika bbażati fuq id-data amministrattiva rilevanti li tkun ġiet aċċessata.

(3)

Artikolu 17a Aċċess għal u użu u integrazzjoni ta’ data amministrattiva għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea

1. Il-korpi pubbliċi u semipubbliċi nazzjonali fl-ambitu tal-liġi nazzjonali responsabbli mis-sorsi tad-data amministrattiva, mill-bażijiet tad-data amministrattivi, mis-sistemi tal-interoperabbiltà amministrattivi jew minn data amministrattiva rilevanti u meħtieġa għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea għandhom jippermettu lill-NSIs u lil awtoritajiet nazzjonali oħra jaċċessaw, jużaw u jintegraw, mingħajr ħlas, dik id-data u l-metadata rilevanti, f’waqtha u bi frekwenza suffiċjenti u l-granularità għall-fini tal-iżvilupp, tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea.

2. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jiġu kkonsultati rigward it-tfassil inizjali, l-iżvilupp sussegwenti u d-diskontinwazzjoni tas-sorsi tad-data amministrattiva, ta’ bażijiet tad-data amministrattivi jew ta’ sistemi tal-interoperabbiltà amminstrattivi maħluqa u miżmuma minn korpi oħra, u li jkunu involuti fihom, biex b’hekk jiġi ffaċilitat l-użu ulterjuri ta’ dawk is-sorsi tad-data, il-bażijiet tad-data jew is-sistemi tal-interoperabbiltà għall-fini tal-produzzjoni tal-istatistika Ewropea. Dawn għandhom jiġu involuti wkoll fl-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rigward is-sorsi tad-data amministrattiva, il-bażijiet tad-data amministrattivi jew is-sistemi tal-interoperabbiltà amministrattivi li jkunu rilevanti għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.

2a. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun permessa, fuq talba, taċċessa, tuża u tintegra b’mod f’waqtu d-data u l-metadata rilevanti minn bażijiet tad-data u sistemi tal-interoperabbiltà miżmuma mill-korpi u mill-aġenziji tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għall-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu dawk il-bażijiet tad-data u s-sistemi tal-interoperabbiltà, inkluż ir-repożitorju ċentrali għar-rappurtar u għall-istatistika (CRRS) stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkoopera mal-korpi u mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni biex tispeċifika d-data u l-metadata mfassla apposta meħtieġa, l-arranġamenti operazzjonali għall-użu tad-data u s-salvagwardji fiżiċi u loġiċi meħtieġa. Meta d-data u l-metadata meħtieġa għall-istatistika Ewropea jkunu disponibbli biss fil-bażijiet tad-data u fis-sistemi tal-interoperabbiltà miżmuma mill-korpi u mill-aġenziji tal-Unjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) tista’, fuq talba, tikkondividi dik id-data mal-NSIs rilevanti jew ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, mingħajr preġudizzju għall-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu dawk il-bażijiet tad-data u s-sistemi tal-interoperabbiltà.

3. L-aċċess mill-NSIs, minn awtoritajiet nazzjonali oħra u mill-Kummissjoni (Eurostat), u l-involviment tagħhom, skont il-paragrafi 1, 2 u 2a għandhom ikunu limitati għas-sorsi tad-data amministrattiva, għall-bażijiet tad-data amministrattivi jew għas-sistemi tal-interoperabbiltà amministrattiva fis-sistema amministrattiva pubblika rispettiva tagħhom stess.

4. Sorsi tad-data amministrattiva, bażijiet tad-data amministrattivi jew sistemi tal-interoperabbiltà amministrattivi li s-sidien tagħhom ikunu għamluhom disponibbli għall-NSIs, għal awtoritajiet nazzjonali oħra u għall-Kummissjoni (Eurostat) sabiex jintużaw għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea għandhom ikunu akkumpanjati minn metadata rilevanti.

5. L-NSIs, awtoritajiet nazzjonali u korpi oħra msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni meħtieġa f’konformità mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Dawk il-mekkaniżmi għandhom jipprovdu wkoll il-possibbiltà li l-NSIs iwettqu kontrolli tal-kwalità tad-data u jibnu oqfsa ta’ statistika bbażati fuq id-data amministrattiva rilevanti li tkun ġiet aċċessata.

(4) jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin: Para. 001. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ rappurtar, ġbir tad-data jew kwalunkwe aċċess għad-data stabbiliti fil-leġiżlazzjoni statistika settorjali tal-Unjoni jew għall-obbligu tad-detenturi tad-data li jagħmlu disponibbli d-data abbażi ta’ ħtieġa eċċezzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, NSI jew il-Kummissjoni (Eurostat) jistgħu jitolbu lil detentur privat ta’ data jagħmel disponibbli d-data u l-metadata rilevanti mingħajr ħlas meta d-data mitluba tkun strettament meħtieġa għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea u ma tistax tinkiseb b’mezzi oħra jew l-użu mill-ġdid tagħha se jirriżulta fi tnaqqis konsiderevoli fil-piż tar-rispons fuq id-detenturi tad-data u fuq negozji oħra. Tali ġbir tad-data jew aċċess għad-data jistgħu jiġu inklużi mill-Kummissjoni fil-programm ta’ ħidma annwali. Para. 002. Bħala koordinatur tas-sistema nazzjonali tal-istatistika, NSI jista’ jissottometti talba għal data lil detentur privat ta’ data f’isem kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra, meta d-data mitluba tkun meħtieġa għall-istatistika Ewropea żviluppata, prodotta u disseminata minn dik l-awtorità nazzjonali l-oħra. L-NSI u l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra ta’ Stat Membru għandhom jikkooperaw sabiex jiġi evitat piż eċċessiv fuq id-detenturi privati ta’ data. Para. 003. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jikkooperaw u jassistu lil xulxin sabiex jiġi evitat piż eċċessiv fuq id-detenturi privati ta’ data u biex jiġi ddeterminat min għandu jissottometti talbiet għad-data. B’mod partikolari, it-talba għad-data għandha tiġi sottomessa lil detentur privat ta’ data mill-NSI sakemm il-Kummissjoni (Eurostat) u l-NSIs ikkonċernati ma jaqblux li t-talba mill-Kummissjoni (Eurostat) tkun aktar effiċjenti, pereżempju fil-każ tad-detenturi privati ta’ data li joperaw fuq l-iskala tal-Unjoni kollha. Para. 004. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’, bi qbil mal-NSIs, tistabbilixxi infrastruttura sigura, biex tintuża fuq bażi volontarja, biex tiffaċilita l-kondiviżjoni ulterjuri mal-NSIs u mal-awtoritajiet nazzjonali l-oħra tad-data li tkun ġiet aċċessata f’konformità mal-paragrafu 3. L-infrastruttura sigura msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ibbażata fuq teknoloġiji li huma mfassla speċifikament biex jikkonformaw mar-Regolamenti (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Para. 005. Meta d-data mitluba minn NSI fl-ambitu tal-paragrafu 1 tkun tirrikjedi servizz ta’ pproċessar speċifiku, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu kumpens lid-detentur privat ta’ data għal dak is-servizz tal-ipproċessar speċifiku, ħlief meta l-liġi nazzjonali tipprevjeni lill-NSI jew lil awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-produzzjoni tal-istatistika milli jikkumpensaw lid-detenturi tad-data. Meta d-data tintalab mill-Kummissjoni (Eurostat) għal raġunijiet ta’ effiċjenza skont il-paragrafu 3, u jkun meħtieġ servizz tal-ipproċessar speċifiku, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproponi kumpens raġonevoli lid-detentur privat ta’ data għal dak is-servizz tal-ipproċessar speċifiku. Para. 006. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal mikrointrapriżi jew intrapriżi żgħar kif definit fl-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati fejn id-data miżmuma minn tali mikrointrapriżi jew intrapriżi żgħar tkun ta’ interess speċifiku għall-istatistika uffiċjali minħabba n-natura u l-volum ta’ dik id-data fil-livell nazzjonali. (a) jispeċifikaw liema data u metadata hija meħtieġa; (b) jispeċifikaw il-ħtieġa statistika li għaliha tintalab id-data f’konformità mal-Artikolu 17b(1); (c) jispeċifikaw il-frekwenza li biha d-data għandha ssir disponibbli u l-iskadenzi għal dan; (d) jispeċifikaw l-arranġamenti operazzjonali biex id-data ssir disponibbli. Para. 001. Meta jitolbu data f’konformità mal-Artikolu 17b, l-NSIs jew il-Kummissjoni (Eurostat) għandhom: Para. 002. It-talbiet għad-data kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isegwu l-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-data u jkunu proporzjonati għall-ħtieġa tal-istatistika f’termini tal-livell ta’ dettall u tal-volum tad-data u l-frekwenza li biha d-data trid issir disponibbli. Tali talbiet għandhom jikkonċernaw fil-prinċipju data mhux personali u, f’ċirkostanzi speċifiċi biss, data personali minn kategoriji ta’ data personali speċifikati fil-leġiżlazzjoni settorjali. Para. 003. Wara talba għad-data kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jsir djalogu bejn l-NSI, l-awtorità nazzjonali l-oħra jew il-Kummissjoni (Eurostat) u d-detentur privat ta’ data kkonċernat biex jiġu diskussi u jintlaħaq qbil dwar il-miżuri meħtieġa biex id-data ssir disponibbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, bl-għan li jiġi konkluż ftehim dwar dawk l-aspetti. (a) meta l-NSI jkun talab id-data, huwa jista’ joħroġ it-tieni talba lid-detentur privat ta’ data biex jagħmel id-data disponibbli fi żmien skadenza speċifika u d-detentur privat ta’ data għandu mbagħad jagħmel id-data rilevanti disponibbli sa dik l-iskadenza; (b) meta l-Kummissjoni (Eurostat) tkun talbet id-data, tista’ tadotta deċiżjoni biex tirrikjedi li d-detentur privat ta’ data jagħmel id-data disponibbli f’perjodu mhux iqsar minn 15-il jum kalendarju u d-detentur privat ta’ data għandu mbagħad jagħmel id-data rilevanti disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien l-iskadenza speċifikata. Para. 004. Jekk ma jiġi konkluż ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 3 fi żmien tliet xhur wara n-notifika tat-talba għad-data msemmija fil-paragrafu 1 jew jekk il-ftehim ma jkunx ġie ssodisfat mid-detentur privat ta’ data: Il-paragrafu 1 għandu japplika għal deċiżjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Tali deċiżjoni għandha tqis il-kwistjonijiet li dwarhom setgħu kkonverġew il-fehmiet matul id-djalogu mad-detentur privat ta’ data. Għandha tindika wkoll l-iskadenza għad-detentur privat ta’ data biex jissottometti t-tweġiba tiegħu, l-iskadenza għad-detentur privat ta’ data biex jagħmel id-data disponibbli, il-multi previsti fl-ambitu tal-paragrafu 6 li jistgħu jiġu applikati jekk id-data ma tiġix ipprovduta fil-ħin, u l-mezzi ta’ rimedju kontra d-deċiżjoni. Para. 005. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw l-infurzar effettiv tat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a). Para. 006. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet adottati f’konformità mal-paragrafu 4, il-punt (b). Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-adozzjoni ta’ multi meta d-detentur privat ta’ data jonqos intenzjonalment jew b’negliġenza milli jipprovdi d-data mitluba b’deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b), fi żmien l-iskadenza jew jipprovdi data mhux korretta, mhux kompluta jew qarrieqa. Fl-iffissar tal-ammont tal-multi, il-Kummissjoni għandha tqis in-natura, il-gravità, id-dewmien u r-rikorrenza tal-ksur. Para. 007. Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet li jimponu multi fi żmien sena wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tad-data stabbilita fid-deċiżjoni tagħha fl-ambitu tal-paragrafu 4, il-punt (b), meta d-detentur privat ta’ data jonqos milli jissottometti kwalunkwe data jew fi żmien sena mis-sottomissjoni ta’ data mhux korretta, mhux kompluta jew qarrieqa. Il-multi jistgħu jkunu sa EUR 25000 u, f’każ ta’ rikorrenza fi żmien tliet snin, sa EUR 50000. Is-setgħa tal-Kummissjoni li tinforza deċiżjonijiet li jimponu multa għandha tkun soġġetta għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin mid-data li fiha d-deċiżjoni ssir finali. Qabel ma tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tagħti lid-detentur privat ta’ data l-opportunità li jinstema’ rigward is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni u l-miżuri li l-Kummissjoni tista’ tieħu abbażi ta’ dawk is-sejbiet preliminari. Art. 017d. F’konformità mal-Artikolu 261 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni bla limitu biex tirrieżamina d-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni tkun imponiet il-multi. Hija tista’ tikkanċella, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta. (a) esklużivament għal finijiet ta’ statistika; (b) f’konformità mal-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fl-Artikolu 2(1); u (c) f’konformità mal-obbligu li d-data ma tiġix kondiviża barra mill-ESS sakemm id-detentur privat ta’ data ma jkunx qabel li jikkondividi dik id-data. Para. 001. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jużaw id-data li tkun saret disponibbli f’konformità mal-Artikolu 17b għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea: Para. 002. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jistabbilixxu salvagwardji xierqa relatati mal-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ statistika f’konformità mal-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju li d-data trid tiġi psewdonimizzata. (a) jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-istatistika u s-sigrieti kummerċjali; (b) jimplimentaw, sa fejn ikun meħtieġ l-ipproċessar tad-data personali, miżuri tekniċi u organizzattivi li jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data. Para. 003. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom: Para. 004. Il-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra li tkun irċeviet data wara talba sottomessa f’isimha minn NSI f’konformità mal-Artikolu 17b(2). Para. 001. Id-data mhux kunfidenzjali għandha tiġi kondiviża, jekk tkun meħtieġa u jekk tkun disponibbli f’forma aggregata, fuq talba bejn l-NSIs, fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew f’isem kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra, u bejn l-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) esklużivament għal finijiet ta’ statistika u għat-titjib tal-kwalità tal-istatistika Ewropea. Para. 002. Il-kondiviżjoni tad-data mhux kunfidenzjali, inkluża data li d-detenturi privat ta’ data jagħmlu disponibbli, għandha sseħħ bejn l-ESS u membru tal-ESCB fuq talba, jekk tkun meħtieġa u jekk tkun disponibbli f’forma aggregata, f’oqsma ta’ responsabbiltà kondiviża jew ta’ interess komuni u meta d-data tintuża esklużivament għal finijiet ta’ statistika u għat-titjib tal-kwalità tal-istatistika Ewropea żviluppata u prodotta minn dak il-membru tal-ESCB. Para. 003. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistabbilixxi infrastruttura sigura biex tiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu, u l-NSIs, u meta jkun rilevanti l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra, jew membri tal-ESCB, jistgħu jużaw dik l-infrastruttura sigura għall-kondiviżjoni tad-data fuq bażi volontarja. Para. 004. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-aspetti tekniċi tal-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet tal-istatistika msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

(4)

Artikolu 17b Obbligu tad-detenturi privati ta’ data li jagħmlu d-data disponibbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea

1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ rappurtar, ġbir tad-data jew kwalunkwe aċċess għad-data stabbiliti fil-leġiżlazzjoni statistika settorjali tal-Unjoni jew għall-obbligu tad-detenturi tad-data li jagħmlu disponibbli d-data abbażi ta’ ħtieġa eċċezzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/2854 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, NSI jew il-Kummissjoni (Eurostat) jistgħu jitolbu lil detentur privat ta’ data jagħmel disponibbli d-data u l-metadata rilevanti mingħajr ħlas meta d-data mitluba tkun strettament meħtieġa għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea u ma tistax tinkiseb b’mezzi oħra jew l-użu mill-ġdid tagħha se jirriżulta fi tnaqqis konsiderevoli fil-piż tar-rispons fuq id-detenturi tad-data u fuq negozji oħra. Tali ġbir tad-data jew aċċess għad-data jistgħu jiġu inklużi mill-Kummissjoni fil-programm ta’ ħidma annwali.

2. Bħala koordinatur tas-sistema nazzjonali tal-istatistika, NSI jista’ jissottometti talba għal data lil detentur privat ta’ data f’isem kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra, meta d-data mitluba tkun meħtieġa għall-istatistika Ewropea żviluppata, prodotta u disseminata minn dik l-awtorità nazzjonali l-oħra. L-NSI u l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra ta’ Stat Membru għandhom jikkooperaw sabiex jiġi evitat piż eċċessiv fuq id-detenturi privati ta’ data.

3. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jikkooperaw u jassistu lil xulxin sabiex jiġi evitat piż eċċessiv fuq id-detenturi privati ta’ data u biex jiġi ddeterminat min għandu jissottometti talbiet għad-data. B’mod partikolari, it-talba għad-data għandha tiġi sottomessa lil detentur privat ta’ data mill-NSI sakemm il-Kummissjoni (Eurostat) u l-NSIs ikkonċernati ma jaqblux li t-talba mill-Kummissjoni (Eurostat) tkun aktar effiċjenti, pereżempju fil-każ tad-detenturi privati ta’ data li joperaw fuq l-iskala tal-Unjoni kollha.

4. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’, bi qbil mal-NSIs, tistabbilixxi infrastruttura sigura, biex tintuża fuq bażi volontarja, biex tiffaċilita l-kondiviżjoni ulterjuri mal-NSIs u mal-awtoritajiet nazzjonali l-oħra tad-data li tkun ġiet aċċessata f’konformità mal-paragrafu 3. L-infrastruttura sigura msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ibbażata fuq teknoloġiji li huma mfassla speċifikament biex jikkonformaw mar-Regolamenti (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

5. Meta d-data mitluba minn NSI fl-ambitu tal-paragrafu 1 tkun tirrikjedi servizz ta’ pproċessar speċifiku, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu kumpens lid-detentur privat ta’ data għal dak is-servizz tal-ipproċessar speċifiku, ħlief meta l-liġi nazzjonali tipprevjeni lill-NSI jew lil awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-produzzjoni tal-istatistika milli jikkumpensaw lid-detenturi tad-data. Meta d-data tintalab mill-Kummissjoni (Eurostat) għal raġunijiet ta’ effiċjenza skont il-paragrafu 3, u jkun meħtieġ servizz tal-ipproċessar speċifiku, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipproponi kumpens raġonevoli lid-detentur privat ta’ data għal dak is-servizz tal-ipproċessar speċifiku.

6. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal mikrointrapriżi jew intrapriżi żgħar kif definit fl-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati fejn id-data miżmuma minn tali mikrointrapriżi jew intrapriżi żgħar tkun ta’ interess speċifiku għall-istatistika uffiċjali minħabba n-natura u l-volum ta’ dik id-data fil-livell nazzjonali.

Artikolu 17c Talbiet għal data u arranġamenti biex id-data ssir disponibbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea

1. Meta jitolbu data f’konformità mal-Artikolu 17b, l-NSIs jew il-Kummissjoni (Eurostat) għandhom: (a) jispeċifikaw liema data u metadata hija meħtieġa; (b) jispeċifikaw il-ħtieġa statistika li għaliha tintalab id-data f’konformità mal-Artikolu 17b(1); (c) jispeċifikaw il-frekwenza li biha d-data għandha ssir disponibbli u l-iskadenzi għal dan; (d) jispeċifikaw l-arranġamenti operazzjonali biex id-data ssir disponibbli.

1.

(a) jispeċifikaw liema data u metadata hija meħtieġa;

(b) jispeċifikaw il-ħtieġa statistika li għaliha tintalab id-data f’konformità mal-Artikolu 17b(1);

(c) jispeċifikaw il-frekwenza li biha d-data għandha ssir disponibbli u l-iskadenzi għal dan;

(d) jispeċifikaw l-arranġamenti operazzjonali biex id-data ssir disponibbli.

2. It-talbiet għad-data kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isegwu l-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-data u jkunu proporzjonati għall-ħtieġa tal-istatistika f’termini tal-livell ta’ dettall u tal-volum tad-data u l-frekwenza li biha d-data trid issir disponibbli. Tali talbiet għandhom jikkonċernaw fil-prinċipju data mhux personali u, f’ċirkostanzi speċifiċi biss, data personali minn kategoriji ta’ data personali speċifikati fil-leġiżlazzjoni settorjali.

3. Wara talba għad-data kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jsir djalogu bejn l-NSI, l-awtorità nazzjonali l-oħra jew il-Kummissjoni (Eurostat) u d-detentur privat ta’ data kkonċernat biex jiġu diskussi u jintlaħaq qbil dwar il-miżuri meħtieġa biex id-data ssir disponibbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, bl-għan li jiġi konkluż ftehim dwar dawk l-aspetti.

4. Jekk ma jiġi konkluż ftehim kif imsemmi fil-paragrafu 3 fi żmien tliet xhur wara n-notifika tat-talba għad-data msemmija fil-paragrafu 1 jew jekk il-ftehim ma jkunx ġie ssodisfat mid-detentur privat ta’ data: Il-paragrafu 1 għandu japplika għal deċiżjoni kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Tali deċiżjoni għandha tqis il-kwistjonijiet li dwarhom setgħu kkonverġew il-fehmiet matul id-djalogu mad-detentur privat ta’ data. Għandha tindika wkoll l-iskadenza għad-detentur privat ta’ data biex jissottometti t-tweġiba tiegħu, l-iskadenza għad-detentur privat ta’ data biex jagħmel id-data disponibbli, il-multi previsti fl-ambitu tal-paragrafu 6 li jistgħu jiġu applikati jekk id-data ma tiġix ipprovduta fil-ħin, u l-mezzi ta’ rimedju kontra d-deċiżjoni. (a) meta l-NSI jkun talab id-data, huwa jista’ joħroġ it-tieni talba lid-detentur privat ta’ data biex jagħmel id-data disponibbli fi żmien skadenza speċifika u d-detentur privat ta’ data għandu mbagħad jagħmel id-data rilevanti disponibbli sa dik l-iskadenza; (b) meta l-Kummissjoni (Eurostat) tkun talbet id-data, tista’ tadotta deċiżjoni biex tirrikjedi li d-detentur privat ta’ data jagħmel id-data disponibbli f’perjodu mhux iqsar minn 15-il jum kalendarju u d-detentur privat ta’ data għandu mbagħad jagħmel id-data rilevanti disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien l-iskadenza speċifikata.

4.

(a) meta l-NSI jkun talab id-data, huwa jista’ joħroġ it-tieni talba lid-detentur privat ta’ data biex jagħmel id-data disponibbli fi żmien skadenza speċifika u d-detentur privat ta’ data għandu mbagħad jagħmel id-data rilevanti disponibbli sa dik l-iskadenza;

(b) meta l-Kummissjoni (Eurostat) tkun talbet id-data, tista’ tadotta deċiżjoni biex tirrikjedi li d-detentur privat ta’ data jagħmel id-data disponibbli f’perjodu mhux iqsar minn 15-il jum kalendarju u d-detentur privat ta’ data għandu mbagħad jagħmel id-data rilevanti disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien l-iskadenza speċifikata.

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw l-infurzar effettiv tat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a).

6. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura l-infurzar effettiv tad-deċiżjonijiet adottati f’konformità mal-paragrafu 4, il-punt (b). Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-adozzjoni ta’ multi meta d-detentur privat ta’ data jonqos intenzjonalment jew b’negliġenza milli jipprovdi d-data mitluba b’deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b), fi żmien l-iskadenza jew jipprovdi data mhux korretta, mhux kompluta jew qarrieqa. Fl-iffissar tal-ammont tal-multi, il-Kummissjoni għandha tqis in-natura, il-gravità, id-dewmien u r-rikorrenza tal-ksur.

7. Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet li jimponu multi fi żmien sena wara l-iskadenza għas-sottomissjoni tad-data stabbilita fid-deċiżjoni tagħha fl-ambitu tal-paragrafu 4, il-punt (b), meta d-detentur privat ta’ data jonqos milli jissottometti kwalunkwe data jew fi żmien sena mis-sottomissjoni ta’ data mhux korretta, mhux kompluta jew qarrieqa. Il-multi jistgħu jkunu sa EUR 25000 u, f’każ ta’ rikorrenza fi żmien tliet snin, sa EUR 50000. Is-setgħa tal-Kummissjoni li tinforza deċiżjonijiet li jimponu multa għandha tkun soġġetta għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin mid-data li fiha d-deċiżjoni ssir finali. Qabel ma tadotta deċiżjoni skont il-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tagħti lid-detentur privat ta’ data l-opportunità li jinstema’ rigward is-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni u l-miżuri li l-Kummissjoni tista’ tieħu abbażi ta’ dawk is-sejbiet preliminari.

Artikolu 17d Rieżami tad-deċiżjonijiet li jimponu multi mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

F’konformità mal-Artikolu 261 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni bla limitu biex tirrieżamina d-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni tkun imponiet il-multi. Hija tista’ tikkanċella, tnaqqas jew iżżid il-multa imposta.

Artikolu 17e Obbligi tal-NSIs, ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra u tal-Kummissjoni (Eurostat) fl-użu tad-data li d-detenturi privat ta’ data jkunu għamlu disponibbli għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea

1. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jużaw id-data li tkun saret disponibbli f’konformità mal-Artikolu 17b għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea: (a) esklużivament għal finijiet ta’ statistika; (b) f’konformità mal-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fl-Artikolu 2(1); u (c) f’konformità mal-obbligu li d-data ma tiġix kondiviża barra mill-ESS sakemm id-detentur privat ta’ data ma jkunx qabel li jikkondividi dik id-data.

1.

(a) esklużivament għal finijiet ta’ statistika;

(b) f’konformità mal-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fl-Artikolu 2(1); u

(c) f’konformità mal-obbligu li d-data ma tiġix kondiviża barra mill-ESS sakemm id-detentur privat ta’ data ma jkunx qabel li jikkondividi dik id-data.

2. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jistabbilixxu salvagwardji xierqa relatati mal-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ statistika f’konformità mal-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju li d-data trid tiġi psewdonimizzata.

3. L-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom: (a) jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-istatistika u s-sigrieti kummerċjali; (b) jimplimentaw, sa fejn ikun meħtieġ l-ipproċessar tad-data personali, miżuri tekniċi u organizzattivi li jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data.

3.

(a) jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-istatistika u s-sigrieti kummerċjali;

(b) jimplimentaw, sa fejn ikun meħtieġ l-ipproċessar tad-data personali, miżuri tekniċi u organizzattivi li jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data.

4. Il-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra li tkun irċeviet data wara talba sottomessa f’isimha minn NSI f’konformità mal-Artikolu 17b(2).

Artikolu 17f Kondiviżjoni tad-data mhux kunfidenzjali fl-ESS u bejn l-ESS u l-ESCB

1. Id-data mhux kunfidenzjali għandha tiġi kondiviża, jekk tkun meħtieġa u jekk tkun disponibbli f’forma aggregata, fuq talba bejn l-NSIs, fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew f’isem kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra, u bejn l-NSIs u l-Kummissjoni (Eurostat) esklużivament għal finijiet ta’ statistika u għat-titjib tal-kwalità tal-istatistika Ewropea.

2. Il-kondiviżjoni tad-data mhux kunfidenzjali, inkluża data li d-detenturi privat ta’ data jagħmlu disponibbli, għandha sseħħ bejn l-ESS u membru tal-ESCB fuq talba, jekk tkun meħtieġa u jekk tkun disponibbli f’forma aggregata, f’oqsma ta’ responsabbiltà kondiviża jew ta’ interess komuni u meta d-data tintuża esklużivament għal finijiet ta’ statistika u għat-titjib tal-kwalità tal-istatistika Ewropea żviluppata u prodotta minn dak il-membru tal-ESCB.

3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tistabbilixxi infrastruttura sigura biex tiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu, u l-NSIs, u meta jkun rilevanti l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra, jew membri tal-ESCB, jistgħu jużaw dik l-infrastruttura sigura għall-kondiviżjoni tad-data fuq bażi volontarja.

4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-aspetti tekniċi tal-kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet tal-istatistika msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

(5) jiddaħħal il-kapitolu li ġej: ; Para. 001. L-NSIs, l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jagħmlu ħilithom biex jinnovaw u jiżviluppaw kontinwament outputs u informazzjoni intuwittiva tal-istatistika ġodda abbażi tas-sorsi tad-data kollha disponibbli u biex jużaw teknoloġiji tal-ogħla livell, bl-għan li jintegrawhom fil-produzzjoni regolari tal-istatistika Ewropea. Għal dak il-fini, il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tibda, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tal-ESS, l-iżvilupp ta’ outputs u informazzjoni intuwittiva tal-istatistika ġodda fl-ESS kollha. Dawk l-outputs u l-informazzjoni intuwittiva tal-istatistika jistgħu jiġu inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali u implimentati permezz tal-azzjonijiet individwali tal-istatistika msemmija fl-Artikolu 14(1). Para. 002. L-istatistika li tkun qed tiġi żviluppata ma għandhiex tkun meħtieġa tissodisfa l-kriterji kollha tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1). Para. 003. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tiddissemina l-istatistika Ewropea li tkun qed tiġi żviluppata bil-qbil tal-NSIs jew ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra u għandha tindika b’mod espliċitu li dik l-istatistika hija statistika li tkun qed tiġi żviluppata. L-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra jistgħu wkoll jiddisseminaw l-istatistika Ewropea li tkun qed tiġi żviluppata prodotta minnhom.

(5) Kapitolu IIIa Żvilupp tal-Istatistika Ewropea

Artikolu 17g Statistika li tkun qed tiġi żviluppata

1. L-NSIs, l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jagħmlu ħilithom biex jinnovaw u jiżviluppaw kontinwament outputs u informazzjoni intuwittiva tal-istatistika ġodda abbażi tas-sorsi tad-data kollha disponibbli u biex jużaw teknoloġiji tal-ogħla livell, bl-għan li jintegrawhom fil-produzzjoni regolari tal-istatistika Ewropea. Għal dak il-fini, il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tibda, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tal-ESS, l-iżvilupp ta’ outputs u informazzjoni intuwittiva tal-istatistika ġodda fl-ESS kollha. Dawk l-outputs u l-informazzjoni intuwittiva tal-istatistika jistgħu jiġu inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali u implimentati permezz tal-azzjonijiet individwali tal-istatistika msemmija fl-Artikolu 14(1).

2. L-istatistika li tkun qed tiġi żviluppata ma għandhiex tkun meħtieġa tissodisfa l-kriterji kollha tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1).

3. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tiddissemina l-istatistika Ewropea li tkun qed tiġi żviluppata bil-qbil tal-NSIs jew ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra u għandha tindika b’mod espliċitu li dik l-istatistika hija statistika li tkun qed tiġi żviluppata. L-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra jistgħu wkoll jiddisseminaw l-istatistika Ewropea li tkun qed tiġi żviluppata prodotta minnhom.

(6) fl-Artikolu 18, jiżdied il-paragrafu li ġej: ; Para. 004. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tiddissemina l-istatistika Ewropea diġà ppubblikata fil-livell nazzjonali mill-Istati Membri qabel l-iskadenzi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti, dment li tali statistika tkun tikkonforma mad-definizzjonijiet u mal-klassifikazzjoni rilevanti.

(6)

4. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tiddissemina l-istatistika Ewropea diġà ppubblikata fil-livell nazzjonali mill-Istati Membri qabel l-iskadenzi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti, dment li tali statistika tkun tikkonforma mad-definizzjonijiet u mal-klassifikazzjoni rilevanti.

(7) fl-Artikolu 21, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: ; Para. 001. It-trażmissjoni ta’ data kunfidenzjali minn awtorità tal-ESS, kif imsemmi fl-Artikolu 4, li tkun ġabret id-data għal awtorità oħra tal-ESS għandha tkun permessa, dment li din it-trażmissjoni tkun meħtieġa għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika Ewropea jew sabiex tiżdied il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Jekk id-data tkun ġiet trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat), l-approvazzjoni tal-NSIs jew ta’ awtorità nazzjonali oħra li tkun ipprovdiet id-data hija meħtieġa. Para. 002. It-trażmissjoni ta’ data kunfidenzjali bejn awtorità tal-ESS li tkun ġabret id-data u membru tal-ESCB għandha tkun permessa, dment li t-trażmissjoni tkun meħtieġa għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika Ewropea jew sabiex tiżdied il-kwalità tal-istatistika Ewropea, fi ħdan l-isferi ta’ kompetenza rispettivi tal-ESS u tal-ESCB, u sakemm dik il-ħtieġa tkun ġiet iġġustifikata. Jekk id-data tkun ġiet trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat), l-approvazzjoni tal-NSI jew ta’ awtorità nazzjonali oħra li tkun ipprovdiet id-data hija meħtieġa.

(7)

1. It-trażmissjoni ta’ data kunfidenzjali minn awtorità tal-ESS, kif imsemmi fl-Artikolu 4, li tkun ġabret id-data għal awtorità oħra tal-ESS għandha tkun permessa, dment li din it-trażmissjoni tkun meħtieġa għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika Ewropea jew sabiex tiżdied il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Jekk id-data tkun ġiet trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat), l-approvazzjoni tal-NSIs jew ta’ awtorità nazzjonali oħra li tkun ipprovdiet id-data hija meħtieġa.

2. It-trażmissjoni ta’ data kunfidenzjali bejn awtorità tal-ESS li tkun ġabret id-data u membru tal-ESCB għandha tkun permessa, dment li t-trażmissjoni tkun meħtieġa għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika Ewropea jew sabiex tiżdied il-kwalità tal-istatistika Ewropea, fi ħdan l-isferi ta’ kompetenza rispettivi tal-ESS u tal-ESCB, u sakemm dik il-ħtieġa tkun ġiet iġġustifikata. Jekk id-data tkun ġiet trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat), l-approvazzjoni tal-NSI jew ta’ awtorità nazzjonali oħra li tkun ipprovdiet id-data hija meħtieġa.

(8) l-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej: ; Art. 023. L-aċċess għal data kunfidenzjali, inkluża data li d-detenturi privati ta’ data jkunu għamlu disponibbli, li jippermettu biss l-identifikazzjoni indiretta tal-unitajiet tal-istatistika, jista’ jingħata lil riċerkaturi li jkunu qed iwettqu l-analiżijiet tal-istatistika għal finijiet xjentifiċi mill-Kummissjoni (Eurostat) jew mill-NSIs jew awtoritajiet nazzjonali oħra, fi ħdan l-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom. Jekk id-data tkun ġiet trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat), l-approvazzjoni tal-NSIs jew ta’ awtorità nazzjonali oħra li tkun ipprovdiet id-data hija meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-arranġamenti, ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-aċċess fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-finijiet ta’ riċerka għandhom ikopru attivitajiet tar-riċerka bħall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni teknoloġiċi, ir-riċerka fundamentali u r-riċerka applikata.

(8)

Artikolu 23 Aċċess għal data kunfidenzjali għal finijiet ta’ riċerka

L-aċċess għal data kunfidenzjali, inkluża data li d-detenturi privati ta’ data jkunu għamlu disponibbli, li jippermettu biss l-identifikazzjoni indiretta tal-unitajiet tal-istatistika, jista’ jingħata lil riċerkaturi li jkunu qed iwettqu l-analiżijiet tal-istatistika għal finijiet xjentifiċi mill-Kummissjoni (Eurostat) jew mill-NSIs jew awtoritajiet nazzjonali oħra, fi ħdan l-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom. Jekk id-data tkun ġiet trażmessa lill-Kummissjoni (Eurostat), l-approvazzjoni tal-NSIs jew ta’ awtorità nazzjonali oħra li tkun ipprovdiet id-data hija meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-arranġamenti, ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-aċċess fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2). Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-finijiet ta’ riċerka għandhom ikopru attivitajiet tar-riċerka bħall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni teknoloġiċi, ir-riċerka fundamentali u r-riċerka applikata.

(9) l-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej: Art. 025. Data li tkun legalment disponibbli għall-pubbliku li tibqa’ disponibbli għall-pubbliku skont il-liġi nazzjonali jew dik tal-Unjoni ma għandhiex titqies kunfidenzjali meta tintuża għal finijiet ta’ statistika jew għad-disseminazzjoni tal-istatistika miksuba minn tali data. Tali data għandha tinkludi b’mod partikolari data dwar attributi ewlenin ta’ kumpaniji individwali kif elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/138.

(9)

Artikolu 25 Data disponibbli għall-pubbliku

Data li tkun legalment disponibbli għall-pubbliku li tibqa’ disponibbli għall-pubbliku skont il-liġi nazzjonali jew dik tal-Unjoni ma għandhiex titqies kunfidenzjali meta tintuża għal finijiet ta’ statistika jew għad-disseminazzjoni tal-istatistika miksuba minn tali data. Tali data għandha tinkludi b’mod partikolari data dwar attributi ewlenin ta’ kumpaniji individwali kif elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/138.

(10) jiddaħħal l-artikolu li ġej fil-Kapitolu VI: Para. 001. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, fil-livell nazzjonali, l-NSIs jistgħu jassumu funzjonijiet kif stabbiliti fl-oqfsa nazzjonali tal-governanza tad-data bl-għan li jippromwovu l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tad-data, id-deskrizzjoni tal-metadata, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-iffissar tal-istandards, il-kondiviżjoni tad-data u l-użu mill-ġdid tad-data, kif ukoll kompiti u funzjonijiet oħra stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Para. 002. It-twettiq tal-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mill-NSIs għandu jkun kompatibbli mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-istatistika mwettqa f’konformità mal-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fl-Artikolu 2(1).

(10)

Artikolu 26a Kontribuzzjoni għal oqfsa nazzjonali tal-governanza tad-data

1. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, fil-livell nazzjonali, l-NSIs jistgħu jassumu funzjonijiet kif stabbiliti fl-oqfsa nazzjonali tal-governanza tad-data bl-għan li jippromwovu l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tad-data, id-deskrizzjoni tal-metadata, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-iffissar tal-istandards, il-kondiviżjoni tad-data u l-użu mill-ġdid tad-data, kif ukoll kompiti u funzjonijiet oħra stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/868 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2. It-twettiq tal-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu mill-NSIs għandu jkun kompatibbli mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-istatistika mwettqa f’konformità mal-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fl-Artikolu 2(1).

(11) jiddaħħal l-artikolu li ġej: (a) ir-rispons statistiku għal sitwazzjoni ta’ kriżi fl-ambitu tal-Artikolu 16a; (b) l-obbligu tad-detenturi privati ta’ data li jippermettu li d-data tagħhom tintuża għall-istatistika Ewropea f’konformità mal-Artikoli 17b, 17c, 17d u 17e; (c) il-kondiviżjoni tad-data fl-ESS fl-ambitu tal-Artikolu 17f; (d) l-iżvilupp tal-istatistika Ewropea fl-ambitu tal-Kapitolu IIIa.. Art. 027a. Sas-27 ta’ Diċembru 2029, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tissottometti rapport dwar is-sejbiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta, b’mod partikolari:

(11)

Artikolu 27a Evalwazzjoni u rieżami

Sas-27 ta’ Diċembru 2029, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tissottometti rapport dwar is-sejbiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta, b’mod partikolari: (a) ir-rispons statistiku għal sitwazzjoni ta’ kriżi fl-ambitu tal-Artikolu 16a; (b) l-obbligu tad-detenturi privati ta’ data li jippermettu li d-data tagħhom tintuża għall-istatistika Ewropea f’konformità mal-Artikoli 17b, 17c, 17d u 17e; (c) il-kondiviżjoni tad-data fl-ESS fl-ambitu tal-Artikolu 17f; (d) l-iżvilupp tal-istatistika Ewropea fl-ambitu tal-Kapitolu IIIa..

(a) ir-rispons statistiku għal sitwazzjoni ta’ kriżi fl-ambitu tal-Artikolu 16a;

(b) l-obbligu tad-detenturi privati ta’ data li jippermettu li d-data tagħhom tintuża għall-istatistika Ewropea f’konformità mal-Artikoli 17b, 17c, 17d u 17e;

(c) il-kondiviżjoni tad-data fl-ESS fl-ambitu tal-Artikolu 17f;

(d) l-iżvilupp tal-istatistika Ewropea fl-ambitu tal-Kapitolu IIIa..

Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strasburgu, is-27 ta’ Novembru 2024. Għall-Parlament Ewropew Il-President R. Metsola Għall-Kunsill Il-President Bóka J.

Versions

  1. 2024-11-27