Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/329 tas-16 ta’ Jannar 2024 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1505
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2024/329@2024-01-16/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1505, li jistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (il-lista).
(2) Fis-7 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2765 li jżid żewġ persuni mal-lista.
(3) Il-Kunsill ipprovda, fejn kien possibbli fil-prattika, dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet kollha bi spjegazzjoni għaliex iddaħħlu fil-lista.
(4) B’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet fuq il-lista li kien iddeċieda li jżommhom fuqha. Il-Kunsill informa wkoll lil dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill talli ddaħħlu fil-lista fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.
(5) Il-Kunsill għamel rieżami tal-lista kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Meta għamel dak ir-rieżami, il-Kunsill qies l-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll l-informazzjoni aġġornata li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus tal-individwi u l-entitajiet elenkati fil-livell nazzjonali.
(6) Il-Kunsill ivverifika li l-awtoritajiet kompetenti, skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni. Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jenħtieġ li jkomplu jiġu applikati għall-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.
(7) Il-Kunsill iddetermina li awtorità kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK adottat deċiżjoni fir-rigward ta’ persuna addizzjonali li kienet involuta f’atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni. Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni jenħtieġ li jiġu applikati għal dik il-persuna.
(8) Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jenħtieġ li tiġi aġġornata kif meħtieġ u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1505 jenħtieġ li jitħassar,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1505 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2024. Għall-Kunsill Il-President V. Van Peteghem
ANNEX
ANNESS LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1
I.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.13.14.15.16.
PERSUNI ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878. AL-DIN Hasan Izz (magħruf ukoll bħala Garbaya Ahmed, magħruf ukoll bħala Sa’id, magħruf ukoll bħala Salwwan Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu. AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija. AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija. ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Nazzjonal Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (l-Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (l-Istati Uniti tal-Amerka). Numru tal-identità nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka). ASSADI Assadollah (magħruf ukoll bħala Assadollah Asadi), imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657. BOUYERI Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair, magħruf ukoll bħala Sobiar, magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands). DEIF Mohammed (magħruf ukoll bħala AL-DAYF Muhammad; AL-MASRI Mohammed), imwieled fit-12.8.1965 f’Khan Younis, l-Istrixxa ta’ Gaża HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019. HASSAN EL HAJJ Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada). ISSA Marwan, imwieled fl-1965, l-Istrixxa ta’ Gaża MELIAD Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (Awstralja). MOHAMMED Khalid Sheikh (magħruf ukoll bħala Ali Salem, magħruf ukoll bħala Bin Khalid Fahd Bin Abdallah, magħruf ukoll bħala Henin Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala Wadood Khalid Abdul), imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport: 488555. SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Mehran Military Base, Ilam Province, Iran. SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran. SINOUAR Yahia (magħruf ukoll bħala Yehya AL-SINWAR, Yahya Ibrahim Hassan SINWAR, Yehia SINWAR, Yehiyeh SINWAR), imwieled bejn l-1.1.1961 u l-31.12.1963 f’Khan Younis, l-Istrixxa ta’ Gaża.
II.1.2.3.4.5.6.7.8.9.10.11.12.13.14.15.16.17.18.19.20.21.
GRUPPI U ENTITAJIET Abu Nidal Organisation – ANO (magħrufa wkoll bħala Fatah Revolutionary Council, magħrufa wkoll bħala Arab Revolutionary Brigades, magħrufa wkoll bħala Black September, magħrufa wkoll bħala Revolutionary Organisation of Socialist Muslims). Al-Aqsa Martyrs’ Brigade. Al-Aqsa e.V. Babbar Khalsa. Communist Party of the Philippines, inkluż New People’s Army– NPA, Philippines. Directorate for Internal Security of the Iranian Ministry for Intelligence and Security. Gama’a al-Islamiyya (magħruf ukoll bħala Al-Gama’a al-Islamiyya) (Islamic Group –IG). İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi – IBDA-C (Great Islamic Eastern Warriors Front). Hamas, inkluż Hamas-Izz al-Din al-Qassem. Hizballah Military Wing (magħrufa wkoll bħala Hezbollah Military Wing, magħrufa wkoll bħala Hizbullah Military Wing, magħrufa wkoll bħala Hizbollah Military Wing, magħrufa wkoll bħala Hezballah Military Wing, magħrufa wkoll bħala Hisbollah Military Wing, magħrufa wkoll bħala Hizbu’llah Military Wing magħrufa wkoll bħala Hizb Allah Military Wing, magħrufa wkoll bħala Jihad Council (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-External Security Organisation)). Hizbul Mujahideen – HM. Khalistan Zindabad Force – KZF. Kurdistan Workers’ Party – PKK (magħruf ukoll bħala KADEK, magħruf ukoll bħala KONGRA-GEL). Liberation Tigers of Tamil Eelam – LTTE. Ejército de Liberación Nacional (l-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali). Palestinian Islamic Jihad – PIJ. Popular Front for the Liberation of Palestine –PFLP. Popular Front for the Liberation of Palestine – General Command (magħruf ukoll bħala. PFLP – General Command). Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi – DHKP/C (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Revolutionary Left), magħruf ukoll bħala Dev Sol) (Revolutionary People’s Liberation Army/Front/Party). Sendero Luminoso – SL (Shining Path). Teyrbazen Azadiya Kurdistan – TAK (magħruf ukoll bħala l-Kurdistan Freedom Falcons, magħruf ukoll bħala l-Kurdistan Freedom Hawks).