Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/338 tas-16 ta’ Jannar 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2024/338@2024-01-16/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.
(2) Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u minn persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi, stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-entrata li tikkonċerna persuna deċeduta titħassar minn dak l-Anness.
(3) Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2024. Għall-Kunsill Il-President V. Van Peteghem
ANNEX
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686, it-taqsima A (Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3) hija emendata kif ġej:
(1) l-entrata 16 (Bonomade Machude OMAR) titħassar;
(2) tiżdied l-entrata li ġejja:
(2)
17. Andreas Martin MÜLLER (magħruf ukoll bħala Ahmed Khaled Müller, Abu Nusaibah, Abu Nusaiba, Abu Nussaiba, Miqdad, Abu Miqdad, Yasser Murat, is-Sur Akam, Abu Shahid, Nigeri); data tat-twelid: 15 ta’ Frar 1972; post tat-twelid: Cochem, Rhineland-Palatinate, Germany; sess: raġel; nazzjonalità: Ġermaniża; numru tal-passaport C73TV06C9; numru tal-karta tal-identità 5210375966..