Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/356 tal-15 ta’ Jannar 2024 li jdaħħal isem fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Bœuf traditionnel de race Normande (STG))
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2024/356@2024-01-15/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) F’konformità mal-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tal-isem Bœuf traditionnel de race Normande ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(2) Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, jenħtieġ li l-isem Bœuf traditionnel de race Normande jiġi rreġistrat,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-isem Bœuf traditionnel de race Normande (STG) huwa rreġistrat. L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni) tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Jannar 2024. Għall-Kummissjoni F’isem il-President, Janusz Wojciechowski Membru tal-Kummissjoni