Regolament (UE) 2024/823 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2024 dwar ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew li huma marbutin miegħu (kodifikazzjoni)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2024/823@2024-02-28/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Arranġamenti preferenzjali
- Artikolu 2 Kundizzjonijiet għad-dritt għall-arranġamenti preferenzjali
- 1.
- Artikolu 3 Prodotti agrikoli — kwoti tariffarji
- Artikolu 4 Ġestjoni ta’ kwoti tariffarji
- Artikolu 5 Aċċess għal kwoti tariffarji
- Artikolu 6 Delega ta’ setgħat
- Artikolu 7 Eżerċizzju tad-delega
- Artikolu 8 Proċedura ta’ kumitat
- Artikolu 9 Kooperazzjoni
- Artikolu 10 Sospensjoni temporanja
- 1.
- Artikolu 11 Tħassir
- Artikolu 12 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
- ANNEX
- ANNESS I Dwar il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 3(1)
- ANNESS II Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
- ANNESS III Tabella ta’ korrelazzjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi kkodifikat.
(2) Ġew konklużi Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal- parteċipanti kollha fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
(3) Suq tal-Unjoni miftuħ għall-importazzjonijiet mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hu mistenni li jikkontribwixxi għall-proċess ta’ stabbilizzazzjoni politika u ekonomika fir-reġjun filwaqt li ma joħloqx effetti negattivi għall-Unjoni.
(4) Is-sistema ta’ miżuri kummerċjali awtonomi, oriġinarjament stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 hija appoġġ siewi għall-ekonomiji tas-sħab tal-Balkani tal-Punent.
(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma parti mill-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, u huma bi tweġiba għas-sitwazzjoni speċifika fil-Balkani tal-Punent. Jenħtieġ li dawk il-miżuri ma jikkostitwixxux preċedent għall-politika kummerċjali tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi oħrajn.
(6) Skont il-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, ibbażat fuq l-Avviċinament Reġjonali preċedenti u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta’ April 1997, l-iżvilupp ta’ relazzjonijiet bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hu soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. L-għoti ta’ preferenzi kummerċjali awtonomi hu marbut mar-rispett għall-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u mad-disponibbiltà tal-pajjiżi interessati sabiex jiżviluppaw bejniethom relazzjonijiet ekonomiċi. L-għoti ta’ preferenzi kummerċjali awtonomi mtejba favur pajjiżi li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhu jkun marbut mad-disponibbiltà tagħhom sabiex iħaddnu riformi ekonomiċi effettivi u kooperazzjoni reġjonali, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ żoni ta’ kummerċ liberu skont standards rilevanti tal-GATT/WTO. Barra minn dan, id-dritt għal benefiċċju mill-preferenzi kummerċjali awtonomi jenħtieġ li tkun soġġetta għall-kundizzjoni li l-partijiet benefiċjarji jkunu involuti f’kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Unjoni sabiex jipprevenu kwalunkwe riskju ta’ frodi.
(7) Il-preferenzi kummerċjali jistgħu jingħataw biss lill-pajjiżi jew territorji li għandhom amministrazzjoni doganali.
(8) Jenħtieġ li l-miżuri kummerċjali previsti f’dan ir-Regolament iqisu li s-Serbja u l- Kosovo rispettivament jikkostitwixxu territorji doganali separati.
(9) Għall-finijiet ta’ ċertifikazzjoni ta’ oriġini u proċeduri amministrattivi ta’ kooperazzjoni, jenħtieġ li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447.
(10) Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dan ir Regolament, jentħieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi u l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa għall-Anness I wara li jsiru emendi fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fis-suddiviżjonijiet tat-tariffa integrata tal-Unjoni Ewropea (TARIC), kif ukoll l-aġġustamenti meħtieġa wara l-għoti ta’ preferenzi kummerċjali skont arranġamenti oħrajn bejn l-Unjoni u l-pajjiżi u t-territorji msemmija f’dan ir-Regolament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.
(11) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-sospensjoni tad-dritt għall-benefiċċju minn arranġamenti preferenzjali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-awtentiċità li jagħtu prova li l-prodotti joriġinaw mill-pajjiż jew mit-territorju kkonċernat u jikkorrispondu mad-definizzjoni f’dan ir-Regolament, u għas-sospensjoni temporanja, kollha kemm hi jew parzjali, tal-arranġamenti previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(12) Hu xieraq li l-perjodu ta’applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun limitat sal-31 ta’ Diċembru 2025,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Arranġamenti preferenzjali
1. Prodotti li joriġinaw mill-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, u s-Serbja (il-partijiet benefiċjarji) li huma koperti mill-Kapitoli 7 u 8 tan-Nomenklatura Magħquda għandhom jiġu ammessi għall-importazzjoni fl-Unjoni mingħajr restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri b’effett ekwivalenti, u b’eżenzjoni mid-dazji doganali u minn imposti b’effett ekwivalenti.
2. Prodotti li joriġinaw mill-partijiet benefiċjarji għandhom jibqgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fejn ikun hekk indikatf’dawk id-dispożizzjonijiet. Tali prodotti għandhom ukoll jibbenefikaw minn kwalunkwe konċessjoni prevista f’dan ir-Regolament li hija aktar favorevoli minn dik prevista mill-ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u dawk il-partijiet benefiċjarji.
Artikolu 2 Kundizzjonijiet għad-dritt għall-arranġamenti preferenzjali
1. Id-dritt għal benefiċċju mill-arranġamenti preferenzjalimsemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet segwenti: (a) il-konformità mad-definizzjoni ta’ prodotti oriġinarji prevista fit-Titolu II, Kapitolu 1, Taqsima 2, Subtaqsimiet 4 u 5, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446, u fit-Titolu II, Kapitolu 2, Taqsima 2, Subtaqsimiet 10 u 11, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447; (b) l-astensjoni tal-partijiet benefiċjarji milli jintroduċu dazji ġodda u imposti li jkollhom effett ekwivalenti u restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għall-importazzjoni li joriġinaw mill-Unjoni, milli jżidu livelli eżistenti ta’ dazji jew imposti jew milli jintroduċu xi restrizzjonijiet oħra; (c) l-involviment tal-partijiet benefiċjarji f’kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Unjoni għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe riskju ta’ frodi; u (d) l-astensjoni tal-partijiet benefiċjarji mill-involviment fi ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ewlenin tax-xogħol, tal-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.
1.
(a) il-konformità mad-definizzjoni ta’ prodotti oriġinarji prevista fit-Titolu II, Kapitolu 1, Taqsima 2, Subtaqsimiet 4 u 5, tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446, u fit-Titolu II, Kapitolu 2, Taqsima 2, Subtaqsimiet 10 u 11, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447;
(b) l-astensjoni tal-partijiet benefiċjarji milli jintroduċu dazji ġodda u imposti li jkollhom effett ekwivalenti u restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għall-importazzjoni li joriġinaw mill-Unjoni, milli jżidu livelli eżistenti ta’ dazji jew imposti jew milli jintroduċu xi restrizzjonijiet oħra;
(c) l-involviment tal-partijiet benefiċjarji f’kooperazzjoni amministrattiva effettiva mal-Unjoni għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe riskju ta’ frodi; u
(d) l-astensjoni tal-partijiet benefiċjarji mill-involviment fi ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ewlenin tax-xogħol, tal-prinċipji fundamentali tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.
2. Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-dritt għal benefiċċju mill-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkunu soġġetta għad-disponibbiltà tal-partijiet benefiċjarji li jkunu involuti f’riformi ekonomiċi effettivi u f’kooperazzjoni reġjonali ma’ pajjiżi oħra involuti fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, b’mod partikolari permezz tat-twaqqif ta’ żoni ta’ kummerċ ħieles skont l-Artikolu XXIV tal-GATT 1994 u skont dispożizzjonijiet oħra rilevanti tad-WTO. Fil-każ ta’ nonkonformità mal-ewwel subparagrafu, il-Kunsill jista’ jieħu l-miżuri xierqa permezz ta’ vot b’maġġoranza kwalifikata, abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni.
3. Fil-każ ta’ nonkonformità ta’ parti benefiċjarja mal-paragrafu 1, il-punt (a), (b) jew (c), jew mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissospendi, totalment jew parzjalment, id-dritt tal-parti benefiċjarja kkonċernata għall-benefiċċji skont dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(3).
Artikolu 3 Prodotti agrikoli — kwoti tariffarji
1. Għal ċerti prodotti tal-inbid, kif elenkat fl-Anness I, li joriġinaw mill-partijiet benefiċjarji, id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjoni fl-Unjoni għandhom ikunu sospiżi matul il-perijodi, fil-livelli, fil-limiti tal-kwota tariffarja tal-Unjoni u skont il-kondizzjonijiet indikati għal kull prodott u oriġini li hemm f’dak l-Anness.
2. Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikolu 10, fid-dawl tas-sensittività partikolari tas-swieq agrikoli u tas-sajd, meta l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd jikkawżaw tfixkil serju lis-swieq tal-Unjoni u lill-mekkaniżmi regolatorji tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri xierqa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(3).
Artikolu 4 Ġestjoni ta’ kwoti tariffarji
Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni f’konformità mat-Titolu II, Kapitolu 1, Taqsima 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447. Il-komunikazzjoni għal dak il-għan bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandha ssir, sa fejn hu possibbli, permezz ta’ konnessjoni telematika.
Artikolu 5 Aċċess għal kwoti tariffarji
Kull Stat Membru għandu jiżgura li importaturi jkollhom aċċess ugwali u mhux interrott għal kwoti tariffarji għat-tul ta’ perjodu sakemm il-bilanċ tal-volum tal-kwota rilevanti jippermetti.
Artikolu 6 Delega ta’ setgħat
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7 dwar: (a) emendi u aġġustamenti tekniċi meħtieġa għall-Anness I wara li saru l-emendi għall-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u għas-suddiviżjonijiet tat-tariffa integrata tal-Unjoni Ewropea (TARIC); (b) aġġustamenti neċessarji wara l-għoti ta’ preferenzi kummerċjali skont arranġamenti oħra bejn l-Unjoni u l-partijiet benefiċjarji; (c) sospensjoni, totali jew parzjali, tad-dritt ta’ parti kkonċernata għall-benefiċċji skont dan ir-Regolament, fil-każ tan-nonkonformità ta’ dik il-parti benefiċjarja mal-Artikolu 2(1), il-punt (d).
(a) emendi u aġġustamenti tekniċi meħtieġa għall-Anness I wara li saru l-emendi għall-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u għas-suddiviżjonijiet tat-tariffa integrata tal-Unjoni Ewropea (TARIC);
(b) aġġustamenti neċessarji wara l-għoti ta’ preferenzi kummerċjali skont arranġamenti oħra bejn l-Unjoni u l-partijiet benefiċjarji;
(c) sospensjoni, totali jew parzjali, tad-dritt ta’ parti kkonċernata għall-benefiċċji skont dan ir-Regolament, fil-każ tan-nonkonformità ta’ dik il-parti benefiċjarja mal-Artikolu 2(1), il-punt (d).
Artikolu 7 Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 6 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ 5 snin mit-3 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża taċitament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikolu 6 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ b’effett mill-jum ta’ wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 8 Proċedura ta’ kumitat
1. Għall-finijiet tal-Artikoli 2 u 10, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ Implimentazzjoni tal-Balkani tal-Punent. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 3(2), il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 9 Kooperazzjoni
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw strettament sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari mal-Artikolu 10(1).
Artikolu 10 Sospensjoni temporanja
1. Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm evidenza suffiċjenti ta’ frodi jew ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni amministrattiva kif meħtieġa għall-verifika tal-evidenza tal-oriġini, jew li hemm żieda enormi fl-esportazzjoni ġewwa l-Unjoni li taqbeż il-livell tal-kapaċità normali ta’ produzzjoni u ta’ esportazzjoni, jew nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-partijiet benefiċjarji mal-Artikolu 2(1), il-punt (a), (b) jew (c), hija tista’ tieħu miżuri biex tissospendi totalment jew parzjalment l-arranġamenti previsti f’dan ir-Regolament għal perijodu ta’ tliet xhur, dment li l-ewwel tkun: Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8(3). (a) infurmat lill-Kumitat ta’ Implimentazzjoni għall-Balkani tal-Punent; (b) appellat lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni li jkunu meħtieġa sabiex jiġu salvagwardati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew sabiex jiżguraw konformità mill-partijiet benefiċjarji mal-Artikolu 2(1); (c) ippubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn tiddikjara li jeżistu dubji raġonevoli dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali jew il-konformità mal-Artikolu 2(1) mill-parti benefiċjarja kkonċernata li jistgħu jitfgħu dubju fuq id-dritt tagħha li tibqa’ tgawdi mill-benefiċċji mogħtija minn dan ir-Regolament.
1.
(a) infurmat lill-Kumitat ta’ Implimentazzjoni għall-Balkani tal-Punent;
(b) appellat lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni li jkunu meħtieġa sabiex jiġu salvagwardati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew sabiex jiżguraw konformità mill-partijiet benefiċjarji mal-Artikolu 2(1);
(c) ippubblikat avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn tiddikjara li jeżistu dubji raġonevoli dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti preferenzjali jew il-konformità mal-Artikolu 2(1) mill-parti benefiċjarja kkonċernata li jistgħu jitfgħu dubju fuq id-dritt tagħha li tibqa’ tgawdi mill-benefiċċji mogħtija minn dan ir-Regolament.
2. Mal-għeluq tal-perjodu ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jew li ttemm il-miżura ta’ sospensjoni provviżorja jew li testendi l-miżura ta’ sospensjoni skont il-paragrafu 1.
Artikolu 11 Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 huwa b’dan imħassar. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 12 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strasburgu, it-28 ta’ Frar 2024. Għall-Parlament Ewropew Il-President R. Metsola Għall-Kunsill Il-President M. Michel
ANNEX
Anx. i. Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-formulazzjoni użata għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies li għandha biss valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tkun determinata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi tan-NM. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u tad-deskrizzjoni korrispondenti, flimkien. Nru tal-ordni Kodiċi NM Deskrizzjoni Volum tal-kwota fis-sena Partijiet benefiċjarji Rata ta’dazju 09.1530 ex22042194 ex22042195 ex22042196 ex22042197 ex22042198 ex22042293 ex22042294 ex22042295 ex22042993 ex22042994 ex22042995 Inbid ta’ għeneb frisk, b’qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ mhux aktar minn 15 % vol, għajr l-inbid spumanti 30000 hl Albanija , Bożnija-Ħerzegovina , Kosovo Montenegro , Maċedonja ta’ Fuq , Serbja . Eżenzjoni
ANNESS I Dwar il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 3(1)
Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-formulazzjoni użata għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies li għandha biss valur indikattiv, l-iskema preferenzjali għandha tkun determinata, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċi tan-NM. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u tad-deskrizzjoni korrispondenti, flimkien. Nru tal-ordni Kodiċi NM Deskrizzjoni Volum tal-kwota fis-sena Partijiet benefiċjarji Rata ta’dazju 09.1530 ex22042194 ex22042195 ex22042196 ex22042197 ex22042198 ex22042293 ex22042294 ex22042295 ex22042993 ex22042994 ex22042995 Inbid ta’ għeneb frisk, b’qawwa alkoħolika attwali skont il-volum ta’ mhux aktar minn 15 % vol, għajr l-inbid spumanti 30000 hl Albanija , Bożnija-Ħerzegovina , Kosovo Montenegro , Maċedonja ta’ Fuq , Serbja . Eżenzjoni
Anx. ii. Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1) Regolament (UE) Nru 1336/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1) Biss l-Artikolu 1(1), il-punt (n), il-ħames inċiż, u l-punt 16.5 tal-Anness Regolament (UE) Nru 1202/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 321, 30.11.2013, p. 1) Regolament (UE) 2015/2423 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 18) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 (ĠU L 209, 12.8.2017, p. 1) Regolament (UE) 2020/2172 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 432, 21.12.2020, p. 7)
ANNESS II Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1) Regolament (UE) Nru 1336/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1) Biss l-Artikolu 1(1), il-punt (n), il-ħames inċiż, u l-punt 16.5 tal-Anness Regolament (UE) Nru 1202/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 321, 30.11.2013, p. 1) Regolament (UE) 2015/2423 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 18) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1464 (ĠU L 209, 12.8.2017, p. 1) Regolament (UE) 2020/2172 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 432, 21.12.2020, p. 7)
Anx. iii. Regolament (KE) Nru 1215/2009 Dan ir-Regolament Artikoli 1 u 2 Artikoli 1 u 2 Artikolu 3(1) Artikolu 3(1) Artikolu 3(4) Artikolu 3(2) Artikolu 5 Artikolu 4 Artikolu 6 Artikolu 5 Artikolu 7 Artikolu 6 Artikolu 7a(1), (2) u (3) Artikolu 7(1), (2) u (3) – Artikolu 7(4) Artikolu 7a(4) Artikolu 7(5) Artikolu 7a(5) Artikolu 7(6) Artikolu 8(1) u (2) Artikolu 8(1) u (2) Artikolu 8(4) Artikolu 8(3) Artikolu 9 Artikolu 9 Artikolu 10(1) Artikolu 10(1) Artikolu 10(3) Artikolu 10(2) Artikoli 11 u 12 Artikoli 11 u 12 Anness I Anness I Anness III – Anness IV – – Anness II – Anness III
ANNESS III Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 1215/2009 Dan ir-Regolament Artikoli 1 u 2 Artikoli 1 u 2 Artikolu 3(1) Artikolu 3(1) Artikolu 3(4) Artikolu 3(2) Artikolu 5 Artikolu 4 Artikolu 6 Artikolu 5 Artikolu 7 Artikolu 6 Artikolu 7a(1), (2) u (3) Artikolu 7(1), (2) u (3) – Artikolu 7(4) Artikolu 7a(4) Artikolu 7(5) Artikolu 7a(5) Artikolu 7(6) Artikolu 8(1) u (2) Artikolu 8(1) u (2) Artikolu 8(4) Artikolu 8(3) Artikolu 9 Artikolu 9 Artikolu 10(1) Artikolu 10(1) Artikolu 10(3) Artikolu 10(2) Artikoli 11 u 12 Artikoli 11 u 12 Anness I Anness I Anness III – Anness IV – – Anness II – Anness III