Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1492 tal-14 ta’ Lulju 2025 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

In forceVersion 2025-07-14from 2025-08-10
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2025/1492@2025-07-14/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1) Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u ta’ miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3) Skont dawk ir-regoli ġenerali, jenħtieġ li l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4) Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu jenħtieġ li jkun ta’ 3 xhur.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2 L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2025. Għall-Kummissjoni Gerassimos Thomas Direttur Ġenerali Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali

ANNEX

Anx. anness. Deskrizzjoni tal-oġġetti Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Oġġett fil-forma ta’ ċinturin (wiesgħa madwar 25 cm fin-nofs tal-parti ta’ wara), magħmul minn drappijiet tessili nnitjati elastiċizzati ħafna li għandhom jintlibsu madwar in-naħa t’isfel tad-dahar (iż-żona lombari). Fin-nofs tal-parti ta’ wara taċ-ċinturin hemm strixxa vertikali meħjuta. L-istrixxa hija wiesgħa madwar 11 cm u tikkonsisti prinċipalment minn drappijiet tessili minsuġin u mhux elastiċizzati. L-oġġett jinqafel madwar il-ġisem b’għeluq tat-tip Velcro. Biex l-oġġett jiġi ssikkat aktar madwar il-qadd u b’hekk ikun hemm aktar pressjoni, żewġ ċineg elastiċizzati ħafna huma mwaħħla man-naħa ta’ barra tal-oġġett, mal-istrixxa vertikali fuq wara. It-trufijiet ta’ dawn iċ-ċineg jistgħu jitwaħħlu fuq quddiem b’żidiet tal-Velcro. Fuq in-naħa ta’ ġewwa fin-nofs tal-parti ta’ wara, l-oġġett għandu erba’ bwiet vertikali li fihom strixxi tal-azzar flessibbli (twal madwar 22 cm u wiesgħa madwar 2 cm). Tnejn minn dawn l-erba’ strixxi tal-azzar jistgħu jitneħħew. L-istrixxi tal-azzar jistgħu jitgħawġu faċilment bl-idejn u jitqiegħdu fil-pożizzjoni oriġinali tagħhom. Kuxxinett tal-pressjoni fil-forma ta’ qalb (twil madwar 16 cm u wiesgħa madwar 15 cm) ta’ fowm ċellulari mgħotti bi drapp tessili minsuġ jista’ jitwaħħal ma’ strixxa tat-tip Velcro li tinsab fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-oġġett fin-nofs tal-parti ta’ wara biex ikun hemm pressjoni fuq is-sinsla. L-oġġett huwa prodott f’5 daqsijiet skont iċ-ċirkonferenza tal-qadd. (Ara l-istampi) 62129000 Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 7(d) tat-Taqsima XI, in-Nota 1(b) tal-Kapitolu 90 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 6212 u 62129000. Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 90211010 bħala apparat ortopediku hija eskluża, peress li l-elastiċità taċ-ċinturin hija l-uniku fattur li jikkontribwixxi għall-effett ta’ appoġġ skont in-Nota 1(b) tal-Kapitolu 90. Il-kuxxinett tal-pressjoni u l-istrixxi tal-azzar flessibbli jikkontribwixxu b’mod insinifikanti għall-effett ta’ appoġġ maħsub. Il-kuxxinett tal-pressjoni jservi prinċipalment biex itaffi l-uġigħ u l-istrixxi tal-azzar flessibbli jservu wkoll biex jipprevjenu li l-oġġett jitgerbeb u b’hekk, skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Novembru 2002, Lohmann u medi Bayreuth, il-Kawżi Magħquda C-260/00 sa C-263/00, ECLI:EU:C:2002:637 (ara l-punti 48 u 50), ma jfixklux l-applikazzjoni tan-Nota 1(b) tal-Kapitolu 90. Barra minn hekk, minħabba l-elastiċità taċ-ċinturin u l-flessibbiltà tal-istrixxi tal-azzar li lanqas biss jifilħu għas-saħħa applikata manwalment, iċ-ċinturin ma jistax jipprevjeni kompletament, u taħt iċ-ċirkostanzi kollha, il-movimenti mhux mixtieqa tas-sinsla. Il-pressjoni applikata fuq is-sinsla tillimita biss il-movimenti konxji iżda ma tipprevjenix kompletament il-movimenti speċifiċi tas-sinsla biex teskludi korrimenti oħra (in-Nota 6 tal-Kapitolu 90) kif meħtieġ mill-apparat ortopediku tal-intestatura 9021 skont it-tieni paragrafu tan-Nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 90. Għalhekk l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 62129000 bħala oġġetti simili oħrajn. dehra minn barra maqful: issikkat: dehra minn ġewwa kuxxinett tal-pressjoni li jista’ jitwaħħal: erba’ bwiet vertikali li fihom strixxi ta’ azzar flessibbli: żewġ strixxi tal-azzar li jistgħu jitneħħew u kuxxinett tal-pressjoni:

ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Oġġett fil-forma ta’ ċinturin (wiesgħa madwar 25 cm fin-nofs tal-parti ta’ wara), magħmul minn drappijiet tessili nnitjati elastiċizzati ħafna li għandhom jintlibsu madwar in-naħa t’isfel tad-dahar (iż-żona lombari). Fin-nofs tal-parti ta’ wara taċ-ċinturin hemm strixxa vertikali meħjuta. L-istrixxa hija wiesgħa madwar 11 cm u tikkonsisti prinċipalment minn drappijiet tessili minsuġin u mhux elastiċizzati. L-oġġett jinqafel madwar il-ġisem b’għeluq tat-tip Velcro. Biex l-oġġett jiġi ssikkat aktar madwar il-qadd u b’hekk ikun hemm aktar pressjoni, żewġ ċineg elastiċizzati ħafna huma mwaħħla man-naħa ta’ barra tal-oġġett, mal-istrixxa vertikali fuq wara. It-trufijiet ta’ dawn iċ-ċineg jistgħu jitwaħħlu fuq quddiem b’żidiet tal-Velcro. Fuq in-naħa ta’ ġewwa fin-nofs tal-parti ta’ wara, l-oġġett għandu erba’ bwiet vertikali li fihom strixxi tal-azzar flessibbli (twal madwar 22 cm u wiesgħa madwar 2 cm). Tnejn minn dawn l-erba’ strixxi tal-azzar jistgħu jitneħħew. L-istrixxi tal-azzar jistgħu jitgħawġu faċilment bl-idejn u jitqiegħdu fil-pożizzjoni oriġinali tagħhom. Kuxxinett tal-pressjoni fil-forma ta’ qalb (twil madwar 16 cm u wiesgħa madwar 15 cm) ta’ fowm ċellulari mgħotti bi drapp tessili minsuġ jista’ jitwaħħal ma’ strixxa tat-tip Velcro li tinsab fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-oġġett fin-nofs tal-parti ta’ wara biex ikun hemm pressjoni fuq is-sinsla. L-oġġett huwa prodott f’5 daqsijiet skont iċ-ċirkonferenza tal-qadd. (Ara l-istampi) 62129000 Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 7(d) tat-Taqsima XI, in-Nota 1(b) tal-Kapitolu 90 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 6212 u 62129000. Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 90211010 bħala apparat ortopediku hija eskluża, peress li l-elastiċità taċ-ċinturin hija l-uniku fattur li jikkontribwixxi għall-effett ta’ appoġġ skont in-Nota 1(b) tal-Kapitolu 90. Il-kuxxinett tal-pressjoni u l-istrixxi tal-azzar flessibbli jikkontribwixxu b’mod insinifikanti għall-effett ta’ appoġġ maħsub. Il-kuxxinett tal-pressjoni jservi prinċipalment biex itaffi l-uġigħ u l-istrixxi tal-azzar flessibbli jservu wkoll biex jipprevjenu li l-oġġett jitgerbeb u b’hekk, skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Novembru 2002, Lohmann u medi Bayreuth, il-Kawżi Magħquda C-260/00 sa C-263/00, ECLI:EU:C:2002:637 (ara l-punti 48 u 50), ma jfixklux l-applikazzjoni tan-Nota 1(b) tal-Kapitolu 90. Barra minn hekk, minħabba l-elastiċità taċ-ċinturin u l-flessibbiltà tal-istrixxi tal-azzar li lanqas biss jifilħu għas-saħħa applikata manwalment, iċ-ċinturin ma jistax jipprevjeni kompletament, u taħt iċ-ċirkostanzi kollha, il-movimenti mhux mixtieqa tas-sinsla. Il-pressjoni applikata fuq is-sinsla tillimita biss il-movimenti konxji iżda ma tipprevjenix kompletament il-movimenti speċifiċi tas-sinsla biex teskludi korrimenti oħra (in-Nota 6 tal-Kapitolu 90) kif meħtieġ mill-apparat ortopediku tal-intestatura 9021 skont it-tieni paragrafu tan-Nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 90. Għalhekk l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 62129000 bħala oġġetti simili oħrajn. dehra minn barra maqful: issikkat: dehra minn ġewwa kuxxinett tal-pressjoni li jista’ jitwaħħal: erba’ bwiet vertikali li fihom strixxi ta’ azzar flessibbli: żewġ strixxi tal-azzar li jistgħu jitneħħew u kuxxinett tal-pressjoni:

Versions

  1. 2025-07-14