Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1979 tal-1 ta’ Ottubru 2025 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli uniformi ta’ rapportar, struzzjonijiet u metodoloġija għar-rapportar tal-livell ta’ imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu, trasferimenti ta’ kreditu istantanji u kontijiet ta’ pagament, u s-sehem ta’ tranżazzjonijiet rifjutati
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2025/1979@2025-10-01/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Rapportar dwar il-livell ta’ imposti
- Artikolu 2 Rapportar tas-sehem ta’ tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu istantanju rifjutati u perjodi referenzjarji
- Artikolu 3 Formati tal-iskambju tad-data u informazzjoni li takkumpanja s-sottomissjonijiet
- (b)
- Artikolu 4 Dħul fis-seħħ
- ANNEX
- ANNESS I Livell ta’ imposti għal trasferimenti ta’ kreditu u sehem ta’ tranżazzjonijiet rifjutati
- ANNESS II RAPPORTAR MILL-FORNITURI TA’ SERVIZZI TA’ PAGAMENT TAL-LIVELL TA’ IMPOSTI GĦAL TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U KONTIJIET TA’ PAGAMENT, U TRANŻAZZJONIJIET RIFJUTATI — STRUZZJONIJIET
- Kontenut 1.2.3.4.
- Ambitu tar-rapportar 5.6.7.8.9.10.11.12.
- MUDELL S 01.01: GĦADD TOTALI U VALUR TOTALI TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI
- Kummenti ġenerali 13.14.15.
- Kummenti ġenerali 13.
- Kummenti ġenerali 17.18.19.
- Kummenti ġenerali 17.
- Kummenti ġenerali 21.22.
- Kummenti ġenerali 23.24.25.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(5), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) Ir-rapportar dwar il-livell ta’ imposti skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 jenħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tar-regola dwar l-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji, kif stabbilit fl-Artikolu 5b(1) ta’ dak ir-Regolament, fuq l-imposti għall-kontijiet ta’ pagament, kemm għat-trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali kif ukoll dawk transfruntiera, u għat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro u fil-munita nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. L-imposti mitlubin mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (PSPs, payment service providers) għal trasferimenti ta’ kreditu, inklużi trasferimenti ta’ kreditu istantanji, tipikament ivarjaw skont il-karatteristiċi tat-trasferiment ta’ kreditu kkonċernat. Tali karatteristiċi jistgħu jkunu jekk l-utent ta’ servizzi ta’ pagament (PSU, payment service user) huwiex il-pagatur jew il-benefiċjarju, konsumatur jew le, jew it-tip ta’ mezz ta’ bidu ta’ pagament. Għalhekk, ir-rapportar dwar it-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta jenħtieġ li jinkludi diżaggregazzjoni skont it-trasferimenti domestiċi u transfruntiera, it-tip ta’ PSU u l-mezz ta’ bidu ta’ pagament.
(2) Il-PSPs jistgħu jagħżlu li jistabbilixxu imposti fuq bażi ta’ kull tranżazzjoni, jew f’termini nominali, jew bħala perċentwal tal-valur tat-tranżazzjoni. Il-PSPs jistgħu jagħżlu wkoll strutturi alternattivi ta’ imposti, inkluż l-ipprezzar f’saffi bbażat fuq meded differenti tal-valur tat-tranżazzjoni jew approċċi li għandhom ċertu għadd ta’ tranżazzjonijiet fix-xahar mingħajr ħlas li lil hinn minnhom tiġi applikata imposta għal kull tranżazzjoni. Mhuwiex mixtieq li tali eteroġeneità tal-prattiki kummerċjali tirriżulta fiċ-ċirkomvenzjoni tal-għan tar-regola dwar l-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji stabbilita fl-Artikolu 5b(1) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012. Il-metodoloġija għar-rapportar tal-informazzjoni dwar il-livell ta’ imposti għal trasferimenti ta’ kreditu regolari u istantanji jenħtieġ li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-informazzjoni pprovduta mill-PSPs b’mod uniformi u komparabbli fil-livell ta’ PSP maż-żmien u fost PSPs differenti f’mument partikolari, minkejja l-metodi differenti ta’ imposti użati mill-PSPs. Għalhekk, jenħtieġ li r-rapportar ikun fih l-informazzjoni dwar l-imposti totali, il-volum u l-valur aggregati tat-trasferimenti ta’ kreditu, inklużi t-trasferimenti ta’ kreditu istantanji, fil-munita nazzjonali. Ir-rapportar dwar it-trasferimenti ta’ kreditu, kemm dawk mibgħuta kif ukoll dawk riċevuti, jenħtieġ li jinkludi wkoll diżaggregazzjoni skont it-trasferimenti ta’ kreditu bla ħlas u dawk bi ħlas.
(3) Jenħtieġ li l-PSPs jirrispettaw l-obbligu ta’ rapportar tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 fil-livell tal-entità. Sabiex jallinjaw ruħhom mal-approċċ tar-rapportar tal-istatistika dwar il-pagamenti lill-BĊE, il-fergħat tal-PSPs li jinsabu fi Stati Membri għajr l-Istati Membri tal-entitajiet prinċipali tagħhom jenħtieġ li jissottomettu d-data tagħhom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, u l-entitajiet prinċipali jenħtieġ li jirrapportaw għalihom infushom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom.
(4) Il-PSPs li jinsabu fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro u li joffru lill-PSUs tagħhom is-servizz ta’ pagament li jirċievu u jibagħtu trasferimenti ta’ kreditu regolari f’euro għandhom l-obbligu li joffru lill-PSUs tagħhom is-servizz ta’ pagament li jirċievu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro sad-9 ta’ Jannar 2027 u s-servizz ta’ pagament li jibagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro sad-9 ta’ Lulju 2027, kif stabbilit fl-Artikolu 5a(8) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012. Jenħtieġ li dawk il-PSPs jikkonformaw ukoll mal-obbligi rigward l-imposti fuq il-pagaturi u l-benefiċjarji biex jibagħtu u jirċievu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro sad-9 ta’ Jannar 2027, f’konformità mal-Artikolu 5b(3), it-tieni subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa l-impatt tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 fuq il-livell ta’ imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu, inklużi trasferimenti ta’ kreditu istantanji, denominati fil-munita nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, skont l-Artikolu 15(2), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament, huwa xieraq li l-PSPs li jinsabu f’dawk l-Istati Membri u li joffru lill-PSUs tagħhom is-servizz ta’ pagament li jirċievu u jibagħtu trasferimenti ta’ kreditu regolari bl-euro, jenħtieġ li jirrapportaw dwar in-numri u l-valuri ta’ trasferimenti ta’ kreditu, u l-imposti mitlubin għalihom, inklużi trasferimenti ta’ kreditu istantanji, denominati fil-munita nazzjonali tagħhom u fl-euro.
(5) Għall-finijiet tar-rapportar f’konformità mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, il-PSPs jenħtieġ li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom data dwar l-għadd totali ta’ kontijiet ta’ pagament u l-livell aggregat tal-imposti totali għall-kontijiet ta’ pagament. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk hemmx rabta bejn il-bidliet potenzjali fl-imposti għall-kontijiet ta’ pagament u l-bidliet fl-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu u t-trasferimenti ta’ kreditu istantanji, jenħtieġ li r-rapportar ikun jinkludi diżaggregazzjoni tat-tariffi ta’ manutenzjoni.
(6) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta s-sehem ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji rrifjutati minħabba l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi finanzjarji mmirati adottati f’konformità mal-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u biex tivvaluta jekk dak is-sehem inbidilx wara li l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 260/2012 introdotti bir-Regolament (UE) 2024/886 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bdew japplikaw, jenħtieġ li l-PSPs jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom data dwar dak is-sehem f’sena partikolari, inkluż l-għadd ta’ każijiet fejn it-trasferimenti ta’ kreditu istantanji ma ġewx eżegwiti jew il-fondi ġew iffriżati min-naħa tal-PSP tal-pagatur jew tal-benefiċjarju.
(7) Biex jarmonizzaw ir-rapportar, il-PSPs jenħtieġ li jużaw il-mudell tal-punti tad-data u l-formuli ta’ validazzjoni disponibbli fuq is-sit web tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA, European Banking Authority). Barra minn hekk, sabiex jitnaqqas il-piż tar-rapportar, u tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jippermettu lill-PSPs li jinsabu fil-ġuriżdizzjoni tagħhom biex jillimitaw ir-rapportar għal dawk il-punti ta’ data li ma jkunux ġew ippreżentati qabel.
(8) Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-EBA.
(9) L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Rapportar dwar il-livell ta’ imposti
1. Il-PSPs għandhom jirrapportaw dwar il-livell ta’ imposti għal trasferimenti ta’ kreditu, trasferimenti ta’ kreditu istantanji u kontijiet ta’ pagament billi jissottomettu l-informazzjoni indikata fil-mudelli 1.1, 1.2, 2.1, 2.2 u 3 stabbiliti fl-Anness I u f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
2. Il-PSPs għandhom jirrapportaw iċ-ċifri aggregati annwali sal-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li tippreċedi dik is-sena li fiha jiġi ppreżentat ir-rapport.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, l-ewwel rapport armonizzat għandu jkun fih ċifri aggregati għal kull sena li tippreċedi dik is-sena li fiha jiġi ppreżentat ir-rapport, bil-bidu jkun il-perjodu mis-26 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022, għall-2022.
Artikolu 2 Rapportar tas-sehem ta’ tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu istantanju rifjutati u perjodi referenzjarji
1. Il-PSPs għandhom jirrapportaw is-sehem ta’ tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu istantanju li jkunu ġew irrifjutati minħabba miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, kif imsemmi fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, inkluża data separata għal tranżazzjonijiet nazzjonali u transfruntiera, billi jissottomettu l-informazzjoni indikata fil-mudell 4 stabbilit fl-Anness I u f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
2. Ir-rapporti għandhom jinkludu l-għadd ta’ rifjuti għas-sena kalendarja li tippreċedi dik is-sena li fiha jiġi ppreżentat ir-rapport.
3. B’deroga mill-paragrafu 2, l-ewwel rapport armonizzat għandu jkun fih il-mudelli mimlijin bl-għadd ta’ rifjuti għal kull sena li tippreċedi dik is-sena li fiha jiġi ppreżentat ir-rapport, bil-bidu jkun il-perjodu mis-26 ta’ Ottubru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2022, għall-2022.
Artikolu 3 Formati tal-iskambju tad-data u informazzjoni li takkumpanja s-sottomissjonijiet
Il-PSPs għandhom jissottomettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2 ta’ dan ir-Regolament fil-formati u r-rappreżentazzjonijiet tal-iskambju tad-data speċifikati mill-awtoritajiet kompetenti, u jirrispettaw id-definizzjoni tal-punt tad-data tal-mudell tal-punt tad-data u l-formuli ta’ validazzjoni disponibbli fis-sit web tal-EBA. Il-PSPs għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: (a) informazzjoni li mhijiex meħtieġa jew li mhijiex applikabbli ma għandhiex tiġi inkluża f’sottomissjoni ta’ data; (i) il-PSPs għandhom jirrapportaw punti tad-data bit-tip ta’ data Monetarju bl-użu ta’ preċiżjoni minima ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet; (ii) il-PSPs ma għandhomx jużaw deċimali meta jirrapportaw punti tad-data bit-tip ta’ data Integer u għandhom jużaw preċiżjoni ekwivalenti għall-unitajiet. (b) il-valuri numeriċi għandhom jiġu sottomessi kif ġej:
(a) informazzjoni li mhijiex meħtieġa jew li mhijiex applikabbli ma għandhiex tiġi inkluża f’sottomissjoni ta’ data;
(b) il-valuri numeriċi għandhom jiġu sottomessi kif ġej: (i) il-PSPs għandhom jirrapportaw punti tad-data bit-tip ta’ data Monetarju bl-użu ta’ preċiżjoni minima ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet; (ii) il-PSPs ma għandhomx jużaw deċimali meta jirrapportaw punti tad-data bit-tip ta’ data Integer u għandhom jużaw preċiżjoni ekwivalenti għall-unitajiet.
(b)
(i) il-PSPs għandhom jirrapportaw punti tad-data bit-tip ta’ data Monetarju bl-użu ta’ preċiżjoni minima ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet;
(ii) il-PSPs ma għandhomx jużaw deċimali meta jirrapportaw punti tad-data bit-tip ta’ data Integer u għandhom jużaw preċiżjoni ekwivalenti għall-unitajiet.
Artikolu 4 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2025. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
Grp. 0101. GĦADD TOTALI U VALUR TOTALI TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (MUNITA NAZZJONALI) Grp. 2. Trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu Valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu Għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu Valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010 0020 0030 0040 0050 0060 0070 0080 Total 0010 li minnhom: inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online 0020 li minnhom: inizjati elettronikament permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli 0030 li minnhom: inizjati f’forma bbażata fuq il-karta 0040 Diżaggregazzjoni skont il-post tal-PSPs Nazzjonali 0050 Transfruntiera 0060 Diżaggregazzjoni skont l-imposti mitlubin Mingħajr ħlas 0070 Bi ħlas 0080 Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ PSU PSUs għajr il-konsumaturi 0090 Konsumaturi 0100 Grp. 0102. GĦADD TOTALI U VALUR TOTALI TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (EURO) Grp. 4. Trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu Valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu Għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu Valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010 0020 0030 0040 0050 0060 0070 0080 Total 0010 Grp. 0201. IMPOSTI GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (MUNITA NAZZJONALI) Grp. 6. Trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Valur tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu Valur tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010 0020 0030 0040 Total 0010 li minnhom: inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online 0020 li minnhom: inizjati elettronikament permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli 0030 li minnhom: inizjati f’forma bbażata fuq il-karta 0040 Diżaggregazzjoni skont il-post tal-PSPs Nazzjonali 0050 Transfruntiera 0060 Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ PSU PSUs għajr il-konsumaturi 0070 Konsumaturi 0080 Grp. 0202. IMPOSTI GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (EURO) Grp. 8. Trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Valur tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu Valur tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010 0020 0030 0040 Total 0010 Grp. 0300. GĦADD TOTALI TA’ KONTIJIET TA’ PAGAMENT U L-IMPOSTI TOTALI GĦALL-KONTIJIET TA’ PAGAMENT (MUNITA NAZZJONALI) Grp. 10. Numru ta’ kontijiet ta’ pagament Valur tal-imposti għall-kontijiet ta’ pagament li minnhom: żamma ta’ kontijiet ta’ pagament 0010 0020 0030 Total 0010 Grp. 0400. GĦADD TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI RIFJUTATI Grp. 12. Għadd ta’ każijiet meta ma ġewx eżegwiti trasferimenti ta’ kreditu istantanji jew ġew iffriżati fondi, bħala: PSP tal-benefiċjarju PSP tal-pagatur 0010 0020 Total 0010 Diżaggregazzjoni skont il-post tal-PSPs Nazzjonali 0020 Transfruntiera 0030 Grp_ta_imposti_għal_trasferimenti_ta_kreditu_u_sehem_ta_tranżazzjonijiet. rifjutati. MUDELLI TAL-EMITTENT Numru tal-mudell Kodiċi tal-mudell Destinatarji Isem tal-mudell/tal-grupp ta’ mudelli Livell ta’ imposti għal trasferimenti ta’ kreditu u sehem ta’ tranżazzjonijiet rifjutati 1,1 S 01.01 Il-PSPs kollha GĦADD U VALUR TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (MUNITA NAZZJONALI) 1,2 S 01.02 PSPs li jinsabu fi stati membri mhux taż-żona tal-euro GĦADD U VALUR TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (EURO) 2,1 S 02.01 IL-PSPs KOLLHA IMPOSTI GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (MUNITA NAZZJONALI) 2,2 S 02.02 PSPs li jinsabu fi stati membri mhux taż-żona tal-euro IMPOSTI GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (EURO) 3 S 03.00 IL-PSPs KOLLHA GĦADD TA’ KONTIJIET TAL-PAGAMENT U IMPOSTI TOTALI (MUNITA NAZZJONALI) 4 S 04.00 IL-PSPs KOLLHA GĦADD TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI RIFJUTATI
ANNESS I Livell ta’ imposti għal trasferimenti ta’ kreditu u sehem ta’ tranżazzjonijiet rifjutati
MUDELLI TAL-EMITTENT Numru tal-mudell Kodiċi tal-mudell Destinatarji Isem tal-mudell/tal-grupp ta’ mudelli Livell ta’ imposti għal trasferimenti ta’ kreditu u sehem ta’ tranżazzjonijiet rifjutati 1,1 S 01.01 Il-PSPs kollha GĦADD U VALUR TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (MUNITA NAZZJONALI) 1,2 S 01.02 PSPs li jinsabu fi stati membri mhux taż-żona tal-euro GĦADD U VALUR TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (EURO) 2,1 S 02.01 IL-PSPs KOLLHA IMPOSTI GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (MUNITA NAZZJONALI) 2,2 S 02.02 PSPs li jinsabu fi stati membri mhux taż-żona tal-euro IMPOSTI GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (EURO) 3 S 03.00 IL-PSPs KOLLHA GĦADD TA’ KONTIJIET TAL-PAGAMENT U IMPOSTI TOTALI (MUNITA NAZZJONALI) 4 S 04.00 IL-PSPs KOLLHA GĦADD TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI RIFJUTATI Grp. 0101. GĦADD TOTALI U VALUR TOTALI TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (MUNITA NAZZJONALI) Grp. 2. Trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu Valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu Għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu Valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010 0020 0030 0040 0050 0060 0070 0080 Total 0010 li minnhom: inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online 0020 li minnhom: inizjati elettronikament permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli 0030 li minnhom: inizjati f’forma bbażata fuq il-karta 0040 Diżaggregazzjoni skont il-post tal-PSPs Nazzjonali 0050 Transfruntiera 0060 Diżaggregazzjoni skont l-imposti mitlubin Mingħajr ħlas 0070 Bi ħlas 0080 Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ PSU PSUs għajr il-konsumaturi 0090 Konsumaturi 0100 Grp. 0102. GĦADD TOTALI U VALUR TOTALI TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (EURO) Grp. 4. Trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu Valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu Għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu Valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010 0020 0030 0040 0050 0060 0070 0080 Total 0010 Grp. 0201. IMPOSTI GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (MUNITA NAZZJONALI) Grp. 6. Trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Valur tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu Valur tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010 0020 0030 0040 Total 0010 li minnhom: inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online 0020 li minnhom: inizjati elettronikament permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli 0030 li minnhom: inizjati f’forma bbażata fuq il-karta 0040 Diżaggregazzjoni skont il-post tal-PSPs Nazzjonali 0050 Transfruntiera 0060 Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ PSU PSUs għajr il-konsumaturi 0070 Konsumaturi 0080 Grp. 0202. IMPOSTI GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (EURO) Grp. 8. Trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Valur tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu Valur tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010 0020 0030 0040 Total 0010 Grp. 0300. GĦADD TOTALI TA’ KONTIJIET TA’ PAGAMENT U L-IMPOSTI TOTALI GĦALL-KONTIJIET TA’ PAGAMENT (MUNITA NAZZJONALI) Grp. 10. Numru ta’ kontijiet ta’ pagament Valur tal-imposti għall-kontijiet ta’ pagament li minnhom: żamma ta’ kontijiet ta’ pagament 0010 0020 0030 Total 0010 Grp. 0400. GĦADD TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI RIFJUTATI Grp. 12. Għadd ta’ każijiet meta ma ġewx eżegwiti trasferimenti ta’ kreditu istantanji jew ġew iffriżati fondi, bħala: PSP tal-benefiċjarju PSP tal-pagatur 0010 0020 Total 0010 Diżaggregazzjoni skont il-post tal-PSPs Nazzjonali 0020 Transfruntiera 0030
S 01.01 GĦADD TOTALI U VALUR TOTALI TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (MUNITA NAZZJONALI)
Trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu Valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu Għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu Valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010 0020 0030 0040 0050 0060 0070 0080 Total 0010 li minnhom: inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online 0020 li minnhom: inizjati elettronikament permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli 0030 li minnhom: inizjati f’forma bbażata fuq il-karta 0040 Diżaggregazzjoni skont il-post tal-PSPs Nazzjonali 0050 Transfruntiera 0060 Diżaggregazzjoni skont l-imposti mitlubin Mingħajr ħlas 0070 Bi ħlas 0080 Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ PSU PSUs għajr il-konsumaturi 0090 Konsumaturi 0100
S 01.02 GĦADD TOTALI U VALUR TOTALI TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (EURO)
Trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu Valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu Għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu Valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010 0020 0030 0040 0050 0060 0070 0080 Total 0010
S 02.01 IMPOSTI GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (MUNITA NAZZJONALI)
Trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Valur tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu Valur tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010 0020 0030 0040 Total 0010 li minnhom: inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online 0020 li minnhom: inizjati elettronikament permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli 0030 li minnhom: inizjati f’forma bbażata fuq il-karta 0040 Diżaggregazzjoni skont il-post tal-PSPs Nazzjonali 0050 Transfruntiera 0060 Diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ PSU PSUs għajr il-konsumaturi 0070 Konsumaturi 0080
S 02.02 IMPOSTI GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (EURO)
Trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Valur tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu Valur tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji li minnhom: trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010 0020 0030 0040 Total 0010
S 03.00 GĦADD TOTALI TA’ KONTIJIET TA’ PAGAMENT U L-IMPOSTI TOTALI GĦALL-KONTIJIET TA’ PAGAMENT (MUNITA NAZZJONALI)
Numru ta’ kontijiet ta’ pagament Valur tal-imposti għall-kontijiet ta’ pagament li minnhom: żamma ta’ kontijiet ta’ pagament 0010 0020 0030 Total 0010
S 04.00 GĦADD TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI RIFJUTATI
Għadd ta’ każijiet meta ma ġewx eżegwiti trasferimenti ta’ kreditu istantanji jew ġew iffriżati fondi, bħala: PSP tal-benefiċjarju PSP tal-pagatur 0010 0020 Total 0010 Diżaggregazzjoni skont il-post tal-PSPs Nazzjonali 0020 Transfruntiera 0030
(1) Għadd totali u valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu u tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji (munita nazzjonali) (S 01.01) (2) Għadd totali u valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu u tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji (euro) (S 01.02) (3) Imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu u għat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji (munita nazzjonali) (S 02.01) (4) Imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu u għat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji (euro) (S 02.02) (5) Għadd totali ta’ kontijiet ta’ pagament u l-imposti totali għall-kontijiet ta’ pagament (munita nazzjonali) (S 03.00) (6) Għadd tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji rifjutati (S 04.00). Grp. 12. Dan l-Anness fih l-istruzzjonijiet biex jimtlew il-mudelli ta’ rapportar fl-Anness I. L-istruzzjonijiet huma indirizzati lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (PSPs, Payment Service Providers). Għal kull wieħed mill-mudelli, l-istruzzjonijiet fihom ir-referenzi legali. L-Anness I jikkonsisti f’sitt mudelli differenti: Fl-Anness I, fil-kolonni li fihom Numru, il-PSPs għandhom jirrapportaw il-valuri numeriċi, skont l-istruzzjonijiet speċifiċi mogħtija għall-mudelli. F’dawn l-istruzzjonijiet tintuża n-notazzjoni ġenerali li ġejja: {Mudell; Ringiela; Kolonna; assi-z}. Fil-każ ta’ mudelli b’kolonna waħda biss, issir referenza għar-ringieli biss {Mudell; Ringiela}, b’assi-z fejn applikabbli. Grp_tarrapportar. 56789101112. Il-PSPs li jinsabu fi Stati Membri tal-euro fil-kamp ta’ applikazzjoni għall-obbligi ta’ rapportar abbażi tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jirrapportaw il-mudelli S 01.01, S 02.01, S 03.00 u S 04.00, bil-punti tad-data kollha ppreżentati f’dan l-Anness, ħlief jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-ġuriżdizzjoni tagħhom jippermettulhom jibagħtu biss referenza (li tinkludi link, fejn disponibbli) għal punti tad-data identiċi sottomessi qabel. Il-PSPs li jinsabu fi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro li joffru s-servizz ta’ pagament li jiġu rċevuti u jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu regolari f’euro huma wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi li joffru lill-PSUs tagħhom is-servizz ta’ pagament li jirċievu u jibagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro. Dawk il-PSPs għandhom jikkonformaw ukoll mal-obbligi rigward l-imposti fuq il-pagaturi u l-benefiċjarji biex jibagħtu u jirċievu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro. Konsegwentement, dawk il-PSPs jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar abbażi tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012. Għalhekk, huma għandhom jirrapportaw il-mudelli kollha bil-punti tad-data kollha ppreżentati f’dan l-Anness, ħlief jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-ġuriżdizzjoni tagħhom jippermettulhom jibagħtu biss referenza (li tinkludi link, fejn disponibbli) għal punti tad-data identiċi sottomessi qabel. Il-fergħat tal-PSPs li jinsabu fi Stati Membri għajr l-Istati Membri tal-entitajiet prinċipali tagħhom għandhom jissottomettu d-data tagħhom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, u l-entitajiet prinċipali għandhom jirrapportaw għalihom infushom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom. L-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 jispeċifika li dawk il-paragrafi japplikaw għal trasferimenti ta’ kreditu u trasferimenti ta’ kreditu istantanji, filwaqt li jeskludi t-tranżazzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 jipprevedi li l-iżvilupp ta’ imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali u transfruntiera u għat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro u fil-munita nazzjonali tal-Istati Membri, li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, għandu jiġi evalwat ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. It-trasferimenti nazzjonali u transfruntiera ta’ kreditu huma definiti fl-Artikolu 2, il-punti (26) u (27) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, biex jiġi ddeterminat jekk trasferiment ta’ kreditu jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkunsidrati kemm il-munita tat-trasferiment ta’ kreditu (it-trasferiment ta’ kreditu jkun bl-euro jew fil-munita nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro) kif ukoll il-post tal-PSP (il-PSPs tal-pagatur u tal-benefiċjarju tat-trasferiment ta’ kreditu jkunu jinsabu fl-Unjoni). L-imposti għal trasferimenti denominati f’euro għandhom dejjem jiġu rrapportati f’euro, anki jekk ikunu ġew imposti f’munita oħra. L-imposti għal trasferimenti denominati fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri għajr l-euro għandhom jiġu rrapportati f’dik il-munita nazzjonali, anki meta jkunu ġew imposti f’munita differenti. F’każijiet bħal dawn, meta l-imposti jiġu kkonvertiti f’euro jew f’muniti nazzjonali oħra, id-data għandha tiġi kkonvertita bl-użu tar-rata tal-kambju ta’ referenza tal-BĊE jew tar-rati tal-kambju applikati għal dawk it-tranżazzjonijiet, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew. It-tariffa tal-kambju tal-munita għandha tiġi eskluża mir-rapportar. Il-PSPs għandhom jirrapportaw is-sitt mudelli f’dan l-Anness separatament għal kull perjodu ta’ referenza. (a) trasferimenti li huma mingħajr ħlas u dawk bi ħlas; (b) it-tip ta’ klijent li jibda t-trasferiment tal-kreditu; (c) in-natura nazzjonali jew transfruntiera tat-trasferiment ta’ kreditu; (d) il-metodu ta’ bidu ta’ pagament użat. Grp_ġenerali. 13. Il-PSPs għandhom jimlew il-Mudell S 01.01 bl-għadd u l-valur tat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta u t-trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro għall-PSPs li jinsabu fl-Istati Membri tal-euro, u fil-munita nazzjonali għajr l-euro għall-PSPs li jinsabu fi Stati Membri mhux tal-euro. L-għadd u l-valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu u trasferimenti ta’ kreditu istantanji għandhom jinkludu l-għadd ta’ tali trasferimenti mibgħuta minn kull PSP fil-perjodu ta’ referenza, b’diżaggregazzjoni skont: Għad-diżaggregazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c), is-somma tal-punti tad-data rrapportati għandha tammonta għall-għadd jew għall-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu li ġew irrapportati. Għad-diżaggregazzjoni msemmija fil-punt (d), fit-trasferimenti ta’ kreditu inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online, il-PSPs għandhom jinkludu trasferimenti ta’ kreditu inizjati online fuq bażi ta’ pagament uniku u trasferimenti ta’ kreditu inizjati f’fajl/lott. It-trasferimenti ta’ kreditu mibdija f’fajl/lott huma trasferimenti ta’ kreditu inizjati elettronikament li huma parti minn grupp ta’ trasferimenti ta’ kreditu inizjati b’mod konġunt mill-pagatur permezz ta’ linja ddedikata. Kull trasferiment ta’ kreditu li jinsab f’lott għandu jingħadd bħala trasferiment ta’ kreditu separat meta jiġi rrapportat l-għadd ta’ tranżazzjonijiet. Il-PSPs għandhom jindikaw fil-Mudell S 01.01 l-għadd u l-valur tat-trasferimenti ta’ kreditu u tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji riċevuti f’euro għall-PSPs li jinsabu fl-Istati Membri tal-euro, u fil-munita nazzjonali għajr l-euro għall-PSPs li jinsabu fi Stati Membri mhux tal-euro. L-għadd u l-valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu u trasferimenti ta’ kreditu istantanji għandhom jindikaw l-għadd ta’ trasferimenti riċevuti minn kull PSP fil-perjodu ta’ referenza, b’diżaggregazzjoni skont jekk it-trasferiment huwiex bla ħlas jew le. L-informazzjoni f’dan il-mudell għandha tiġi rrapportata f’livell totali. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi tal-Mudell S 01.01 Ringiela; Kolonna Referenzi legali u struzzjonijiet 0010; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta fil-munita nazzjonali 0010; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha mibgħuta fil-munita nazzjonali, li jiġi espress fil-munita nazzjonali. 0010; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0050 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti fil-munita nazzjonali 0010; 0060 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0070 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha riċevuti fil-munita nazzjonali, li jiġi espress fil-munita nazzjonali. 0010; 0080 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0020; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online L-għadd totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha inizjati permezz tal-ibbankjar online, inklużi trasferimenti ta’ kreditu inizjati f’fajl/lott, u servizzi ta’ inizjazzjoni ta’ pagament. 0020; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0020; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online Valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha inizjati permezz tal-ibbankjar online, inklużi trasferimenti ta’ kreditu inizjati f’fajl/lott, u servizzi ta’ inizjazzjoni ta’ pagament, espressi fil-munita nazzjonali. 0020; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0030; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati elettronikament permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli L-għadd totali ta’ trasferiment ta’ kreditu mibdi permezz ta’ soluzzjoni ta’ pagament b’mezz mobbli, fejn dik is-soluzzjoni tintuża biex jinbdew pagamenti li għalihom id-data dwar il-pagamenti u l-istruzzjonijiet ta’ pagament jiġu trażmessi jew ikkonfermati permezz ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni mobbli u tat-trażmissjoni tad-data permezz ta’ apparat mobbli. Din il-kategorija tinkludi kartieri diġitali u soluzzjonijiet oħra ta’ pagament b’mezz mobbli użati biex jinbdew tranżazzjonijiet P2P (persuna għal persuna) jew C2B (minn konsumatur għal negozju), skont id-definizzjonijiet tad-data stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013. 0030; li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0020 0030; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati elettronikament permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli Il-valur totali ta’ trasferiment ta’ kreditu mibdi permezz ta’ soluzzjoni ta’ pagament b’mezz mobbli, espress fil-munita nazzjonali, fejn dik is-soluzzjoni tintuża biex jinbdew pagamenti li għalihom id-data dwar il-pagamenti u l-istruzzjonijiet ta’ pagament jiġu trażmessi jew ikkonfermati permezz ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni mobbli u tat-trażmissjoni tad-data permezz ta’ apparat mobbli. Din il-kategorija tinkludi kartieri diġitali u soluzzjonijiet oħra ta’ pagament b’mezz mobbli użati biex jinbdew tranżazzjonijiet P2P (persuna għal persuna) jew C2B (minn konsumatur għal negozju), skont id-definizzjonijiet tad-data stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013. 0030; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0040; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta mibdijin f’forma bbażata fuq il-karta L-għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibdijin mill-pagatur f’forma bbażata fuq il-karta, fejn trasferiment ta’ kreditu mibdi f’forma bbażata fuq il-karta tfisser, skont id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013, trasferiment ta’ kreditu mibdi minn min iħallas f’forma bbażata fuq il-karta jew billi jagħti struzzjonijiet lill-persunal over the counter (OTC) sabiex jinbeda trasferiment ta’ kreditu u kull trasferiment ieħor ta’ kreditu, li jirrikjedi pproċessar manwali. 0040; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0040; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta mibdijin f’forma bbażata fuq il-karta Il-valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibdijin mill-pagatur f’forma bbażata fuq il-karta, espress fil-munita nazzjonali, fejn trasferiment ta’ kreditu mibdi f’forma bbażata fuq il-karta tfisser, skont id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013, trasferiment ta’ kreditu mibdi minn min iħallas f’forma bbażata fuq il-karta jew billi jagħti struzzjonijiet lill-persunal over the counter (OTC) sabiex jinbeda trasferiment ta’ kreditu u kull trasferiment ieħor ta’ kreditu, li jirrikjedi pproċessar manwali. 0040; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0050; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali mibgħuta Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru 0050; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0050; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali mibgħuta Valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru. Il-valur għandu jiġi espress fil-munita nazzjonali. 0050; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0060; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu transfruntiera mibgħuta Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti. Tranżazzjonijiet transfruntiera fejn jew il-PSP tal-pagatur jew il-PSP tal-benefiċjarju jkunu jinsabu barra mill-Unjoni għandhom jiġu esklużi. 0060; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0060; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu transfruntiera mibgħuta Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti, espress fil-munita nazzjonali. Tranżazzjonijiet transfruntiera fejn jew il-PSP tal-pagatur jew il-PSP tal-benefiċjarju jkunu jinsabu barra mill-Unjoni għandhom jiġu esklużi. 0060; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0070; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta li kienu mingħajr ħlas L-għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta li kienu mingħajr ħlas, inklużi każijiet fejn it-trasferiment ikun mingħajr ħlas bħala parti minn pakkett ta’ kont ta’ pagament bi ħlas. 0070; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0070; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta li kienu mingħajr ħlas Il-valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta li kienu mingħajr ħlas, inklużi każijiet fejn it-trasferiment ikun mingħajr ħlas bħala parti minn pakkett ta’ kont ta’ pagament bi ħlas, espress fil-munita nazzjonali. 0070; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0070; 0050 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti li kienu mingħajr ħlas L-għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti li kienu mingħajr ħlas, inklużi każijiet fejn it-trasferiment ikun mingħajr ħlas bħala parti minn pakkett ta’ kont ta’ pagament bi ħlas. 0070; 0060 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0070; 0070 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti li kienu mingħajr ħlas Il-valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu kollha riċevuti li kienu mingħajr ħlas, inklużi fejn it-trasferiment ikun mingħajr ħlas bħala parti minn pakkett ta’ kont ta’ pagament bi ħlas, espress fil-munita nazzjonali. 0070; 0080 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0080; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta fejn il-pagatur kellu jħallas imposta L-għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu fejn il-PSP tal-pagatur impona imposti fuq il-PSU tiegħu għal trasferiment individwali minflok bħala parti minn pakkett ta’ kont ta’ pagament bi ħlas. 0080; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0080; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta fejn il-pagatur kellu jħallas imposta Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha mibgħuta fejn il-PSP tal-pagatur impona imposti fuq il-PSU tiegħu, espress fil-munita nazzjonali. 0080; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0080; 0050 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti fejn il-benefiċjarju kellu jħallas imposta L-għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu fejn il-PSP tal-benefiċjarju impona imposti fuq il-PSU tiegħu għal trasferiment individwali minflok bħala parti minn pakkett ta’ kont ta’ pagament bi ħlas. 0080; 0060 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0080; 0070 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti fejn il-benefiċjarju kellu jħallas imposta Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha riċevuti fejn il-PSP tal-benefiċjarju impona imposti fuq il-PSU tiegħu, espress fil-munita nazzjonali. 0080; 0080 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0090; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta mibdijin minn PSUs għajr il-konsumaturi L-għadd totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha minn kontijiet ta’ pagament miżmuma minn PSUs għajr konsumaturi, inklużi persuni fiżiċi li jaġixxu għall-finijiet tan-negozju kummerċjali jew tal-professjoni tagħhom, jew persuni ġuridiċi. 0090; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0090; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta mibdijin minn PSUs għajr il-konsumaturi Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha minn kontijiet ta’ pagament miżmuma minn PSUs għajr konsumaturi, inklużi persuni fiżiċi li jaġixxu għall-finijiet tan-negozju jew tal-professjoni tagħhom, jew persuni ġuridiċi, espress fil-munita nazzjonali. 0090; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0100; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati mill-konsumaturi L-għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibdija minn kontijiet ta’ pagament li jappartjenu lill-konsumaturi. 0100; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0100; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati mill-konsumaturi Valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha inizjati minn konsumatur, espress fil-munita nazzjonali 0100; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji Grp_s_0102_għadd_totali_u_valur_totali_tattrasferimenti_ta_kreditu_u_tattrasferimenti_ta_kreditu_istantanji_għallpsps_biss_fi_stati_membri_li_mhumiex_fiżżona_taleuro. 16. Il-PSPs għandhom jimlew il-Mudell S 01.02 billi jinkludu l-għadd u l-valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta u riċevuti u trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro għal dawk il-PSPs biss li jinsabu fi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro, mingħajr aktar diżaggregazzjonijiet. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi tal-Mudell S 01.02 Ringiela; Kolonna Referenzi legali u struzzjonijiet 0010; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta f’euro. 0010; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha mibgħuta f’euro, li jiġi espress f’euro. 0010; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0050 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti f’euro. 0010; 0060 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0070 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha riċevuti f’euro, li jiġi espress f’euro. 0010; 0080 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji (a) in-natura nazzjonali jew transfruntiera tat-trasferiment ta’ kreditu; (b) it-tip ta’ klijent li jibda t-trasferiment tal-kreditu; (c) il-metodu ta’ bidu ta’ pagament. Grp_ġenerali. 17. Il-PSPs għandhom jimlew il-Mudell S 02.01 billi jinkludu informazzjoni dwar l-imposti li l-PSPs iżommu lill-PSUs għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta u t-trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro għall-PSPs li jinsabu fl-Istati Membri tal-euro, u fil-munita nazzjonali għajr l-euro, imposti mill-PSPs li jinsabu fi Stati Membri mhux tal-euro, fil-perjodu ta’ referenza. Il-valur tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta u trasferimenti ta’ kreditu istantanji fil-perjodu ta’ referenza għandu jinkludi d-diżaggregazzjoni skont: Għad-diżaggregazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b), is-somma tal-punti tad-data rrapportati għandha tammonta għall-valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu li ġew irrapportati. Il-PSPs għandhom jinkludu wkoll fil-Mudell S 02.01 l-informazzjoni dwar l-imposti li l-PSPs iżommu lill-PSUs għat-trasferimenti ta’ kreditu riċevuti u t-trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro għall-PSPs li jinsabu fl-Istati Membri tal-euro, u fil-munita nazzjonali għajr l-euro għall-PSPs li jinsabu fi Stati Membri mhux tal-euro, mingħajr diżaggregazzjoni ulterjuri. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi tal-Mudell S 02.01 Ringiela; Kolonna Referenzi legali u struzzjonijiet 0010; 0010 Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta, espressi fil-munita nazzjonali. 0010; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0030 Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu riċevuti, espressi fil-munita nazzjonali. 0010; 0040 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0020; 0010 Valur totali ta’ imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online Il-valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati permezz tal-ibbankjar online, inklużi trasferimenti ta’ kreditu inizjati f’fajl/lott, u servizzi ta’ inizjazzjoni ta’ pagament. 0020; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0030; 0010 Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati elettronikament permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli Il-valur totali ta’ imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli, espress fil-munita nazzjonali, fejn dik is-soluzzjoni tintuża biex jinbdew pagamenti li għalihom id-data dwar il-pagamenti u l-istruzzjonijiet ta’ pagament jiġu trażmessi jew ikkonfermati permezz ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni mobbli u tat-trażmissjoni tad-data permezz ta’ apparat mobbli. Din il-kategorija tinkludi kartieri diġitali u soluzzjonijiet oħra ta’ pagament b’mezz mobbli użati biex jinbdew tranżazzjonijiet P2P (persuna għal persuna) jew C2B (minn konsumatur għal negozju), skont id-definizzjonijiet tad-data stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013. 0030; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0040; 0010 Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati f’forma bbażata fuq il-karta Il-valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibdijin mill-pagatur f’forma bbażata fuq il-karta, espress fil-munita nazzjonali, fejn Trasferiment ta’ kreditu inizjat f’forma bbażata fuq il-karta tfisser, skont id-definizzjoni stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013, trasferiment ta’ kreditu mibdi minn min iħallas f’forma bbażata fuq il-karta jew billi jagħti struzzjonijiet lill-persunal over the counter (OTC) sabiex jinbeda trasferiment ta’ kreditu u kull trasferiment ieħor ta’ kreditu, li jirrikjedi pproċessar manwali. 0040; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0050; 0010 Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali mibgħuta Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru. Il-valur għandu jiġi espress fil-munita nazzjonali. 0050; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0060; 0010 Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu transfruntiera mibgħuta Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti, espress fil-munita nazzjonali. Imposti tat-tranżazzjonijiet transfruntiera fejn jew il-PSP tal-pagatur jew il-PSP tal-benefiċjarju jkunu jinsabu barra mill-Unjoni għandhom jiġu esklużi. 0060; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0070; 0010 Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta mibdijin minn PSUs għajr il-konsumaturi Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibdijin minn PSUs għajr il-konsumaturi, espress fil-munita nazzjonali 0070; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0080; 0010 Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta mibdijin mill-konsumaturi Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibdijin minn konsumatur, espress fil-munita nazzjonali 0080; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji Grp_s_0202_imposti_għal_trasferimenti_ta_kreditu_u_trasferimenti_ta_kreditu_istantanji_għallpsps_biss_fi_stati_membri_li_mhumiex_fiżżona_taleuro. 20. Il-PSPs għandhom jimlew il-Mudell S 02.02 billi jinkludu informazzjoni dwar l-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta u riċevuti u trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro għal dawk il-PSPs biss li jinsabu fi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro, mingħajr aktar diżaggregazzjonijiet. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi tal-Mudell S 02.02 Ringiela; Kolonna Referenzi legali u struzzjonijiet 0010; 0010 Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta, espress f’euro. 0010; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0030 Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu riċevuti, espress f’euro. 0010; 0040 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji Grp_ġenerali. 2122. Il-mudell S 03.00 għandu jinkludi informazzjoni dwar l-għadd ta’ kontijiet ta’ pagament u l-imposti totali għal tali kontijiet fil-perjodu ta’ referenza. Il-valuri tal-imposti għandhom jiġu rrapportati f’euro għall-PSPs li jinsabu fi Stati Membri tal-euro u fil-munita nazzjonali għajr l-euro għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro. Meta l-imposti jkunu ġew applikati f’munita differenti minn dik użata għar-rapportar f’dan il-mudell, il-valur ta’ tali imposti għandu jiġi kkonvertit f’euro jew f’muniti nazzjonali oħra, bl-użu tar-rata tal-kambju ta’ referenza tal-BĊE jew tar-rati tal-kambju applikati għal dawk it-tranżazzjonijiet, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1409/2013. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi tal-Mudell S 03.00 Ringiela; Kolonna Referenzi legali u struzzjonijiet 0010; 0010 Għadd totali ta’ kontijiet ta’ pagament L-għadd totali ta’ kontijiet ta’ pagament għandu jkun l-għadd fi tmiem il-perjodu ta’ referenza. Għandhom jiġu inklużi l-kontijiet ta’ pagament kollha irrispettivament mill-munita li huma denominati fiha. 0010; 0020 Valur totali tal-imposti għal kont ta’ pagament Il-valur totali tal-imposti jirreferi għat-tariffi totali mħallsa, li jiġbor fil-qosor il-kost annwali kumplessiv tal-kont ta’ pagament, kif irrapportat lil xi detenturi ta’ kontijiet fid-Dikjarazzjoni tat-Tariffi (SoF, Statement of Fees) annwali. Għal dawk il-kontijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li għalihom l-SoF la hija obbligatorja u lanqas ipprovduta lid-detentur tal-kont, iċ-ċifra għandha fi kwalunkwe każ tindika t-tariffi annwali totali mħallsa mid-detenturi tal-kont għas-servizzi marbuta mal-kont ta’ pagament, li jistgħu jvarjaw skont l-għadd u t-tip ta’ servizzi pprovduti u skont it-tip ta’ pprezzar applikat mill-PSPs. Iċ-ċifra għandha tiġi espressa fil-munita nazzjonali. F’każ li jiġi applikat pakkett imħallas minn qabel (jew tariffa fissa unika), li jfisser li servizz wieħed jew aktar jiġu offruti bħala parti minn pakkett ta’ servizzi marbuta ma’ kont ta’ pagament, iċ-ċifra għandha tkun ibbażata fuq it-tariffa unika applikata għall-pakkett kollu u t-tariffa addizzjonali imposta għal kwalunkwe servizz li jaqbeż il-kwantità koperta mit-tariffa tal-pakkett, jekk applikabbli. Għandhom jiġu inklużi l-imposti kollha irrispettivament mill-munita. It-tariffa tal-kambju tal-munita għandha tiġi eskluża mir-rapportar. 0010; 0030 Valur totali tal-imposti għaż-żamma ta’ kontijiet ta’ pagament It-tariffa għaż-żamma tirreferi għal servizzi ta’ kont ġenerali kif irrapportati lid-detenturi tal-kont fid-Dokument ta’ Informazzjoni dwar it-Tariffi (FID, Fee Information Document), f’konformità mal-aktar servizzi użati komunement kif definiti fl-Istat Membru li fih jopera l-PSP li jkun qed jirrapporta. Għal dawk il-kontijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/92/UE u li għalihom l-FID mhuwiex obbligatorju u lanqas ipprovdut lid-detentur tal-kont, iċ-ċifra għandha fi kwalunkwe każ tindika l-imposta għaż-żamma tal-kont ta’ pagament, jiġifieri l-imposti li l-fornitur jimponi biex jopera l-kont għall-użu mill-klijent, skont il-lista nazzjonali tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi marbuta ma’ kont ta’ pagament abbozzata minn kull Stat Membru u applikabbli għall-PSP speċifiku li jkun qed jirrapporta. Iċ-ċifra għandha tiġi espressa fil-munita nazzjonali. F’każ li jiġi applikat pakkett imħallas minn qabel (jew tariffa fissa unika), li jfisser li servizz wieħed jew aktar jiġu offruti bħala parti minn pakkett ta’ servizzi marbuta ma’ kont ta’ pagament, iċ-ċifra għandha tiddivulga biss it-tariffa unika applikata għall-pakkett kollu. Għandhom jiġu inklużi l-imposti kollha irrispettivament mill-munita. It-tariffa tal-kambju tal-munita għandha tiġi eskluża mir-rapportar. Grp_ġenerali. 232425. Il-PSPs għandhom jimlew il-Mudell S 04.00 billi jinkludu informazzjoni dwar l-għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji rrifjutati minħabba l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati fil-perjodu ta’ referenza. L-għan ta’ dan ir-rapportar huwa li jiġbor informazzjoni dwar l-għadd ta’ każijiet fejn trasferiment ta’ kreditu istantanju minn jew lejn entità soġġetta għal miżuri restrittivi finanzjarji mmirati (targeted financial restrictive measures, TFRM) ma tħalliex jasal, irrispettivament mill-mekkaniżmu użat. Dan jista’ jirriżulta mill-fatt li l-PSP tal-pagatur jew tal-benefiċjarju jkun waqqaf l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni inizjata, jew il-PSP tal-pagatur ikun iffriża l-fondi qabel ma jkun ġie inizjat trasferiment ta’ kreditu istantanju, jew il-PSP tal-benefiċjarju jkun iffriża l-fondi wara li t-trasferiment ta’ kreditu istantanju jkun wasal f’kont. L-għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji rifjutati għandu jinkludi kemm it-trasferimenti fl-istess PSP kif ukoll it-trasferimenti bejn PSPs differenti. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi tal-Mudell S 04.00 Ringiela; Kolonna Referenzi legali u struzzjonijiet 0010; 0010 L-għadd totali ta’ każijiet meta ma ġiex eżegwit trasferiment ta’ kreditu istantanju jew ġew iffriżati fondi, bħala PSP tal-benefiċjarju. Iċ-ċifra rrapportata għandha tinkludi trasferimenti ta’ kreditu istantanji deħlin irrifjutati mill-PSP li qed jirrapporta jew każijiet meta l-fondi ġew riċevuti u ffriżati immedjatament fil-kont tal-PSU tal-PSP li qed jirrapporta. Għandhom jiġu rrapportati biss azzjonijiet li huma kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, fil-perjodu ta’ referenza. 0010; 0020 Għadd totali ta’ każijiet meta ma ġiex eżegwit trasferiment ta’ kreditu istantanju jew ġew iffriżati fondi, bħala PSP tal-pagatur Iċ-ċifra rrapportata għandha tinkludi każijiet fejn il-PSP tal-pagatur ikun waqqaf l-eżekuzzjoni tat-trasferiment ta’ kreditu istantanju mitlub, wara t-talba tal-PSU tiegħu biex tinbeda t-tranżazzjoni, inklużi s-sitwazzjonijiet li jirriżultaw mill-obbligu tal-PSP tal-pagatur skont l-Artikolu 5d(1) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 li jivverifika l-PSUs tiegħu jew minħabba l-iffriżar tal-kont ta’ pagament tal-PSU wara tali verifika. Għandhom jiġu rrapportati biss azzjonijiet li huma kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, fil-perjodu ta’ referenza. 0020; 0010 Għadd totali ta’ każijiet meta ma ġiex eżegwit trasferiment ta’ kreditu istantanju nazzjonali jew ġew iffriżati fondi, bħala PSP tal-benefiċjarju Iċ-ċifra rrapportata għandha tinkludi trasferimenti ta’ kreditu istantanji deħlin irrifjutati mill-PSP li qed jirrapporta jew każijiet meta l-fondi ġew riċevuti u ffriżati immedjatament fil-kont tal-PSU tal-PSP li qed jirrapporta. Għandhom jiġu rrapportati biss azzjonijiet li huma kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, fil-perjodu ta’ referenza. It-trasferimenti ta’ kreditu istantanji nazzjonali għandhom ikunu dawk fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru. 0020; 0020 Għadd totali ta’ każijiet meta ma ġiex eżegwit trasferiment ta’ kreditu istantanju nazzjonali jew ġew iffriżati fondi, bħala PSP tal-pagatur Iċ-ċifra rrapportata għandha tinkludi każijiet fejn il-PSP tal-pagatur ikun waqqaf l-eżekuzzjoni tat-trasferiment ta’ kreditu istantanju nazzjonali mitlub, wara t-talba tal-PSU tiegħu biex tinbeda t-tranżazzjoni, inklużi s-sitwazzjonijiet li jirriżultaw mill-obbligu tal-PSP tal-pagatur skont l-Artikolu 5d(1) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 li jivverifika l-PSUs tiegħu jew minħabba l-iffriżar tal-kont ta’ pagament tal-PSU wara tali verifika. Għandhom jiġu rrapportati biss azzjonijiet li huma kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, fil-perjodu ta’ referenza. It-trasferimenti ta’ kreditu istantanji nazzjonali għandhom ikunu dawk fejn kemm il-PSP tal-pagatur kif ukoll il-PSP tal-benefiċjarju jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru. 0030; 0010 L-għadd totali ta’ każijiet meta ma ġiex eżegwit trasferiment ta’ kreditu istantanju transfruntier jew ġew iffriżati fondi, bħala PSP tal-benefiċjarju. Iċ-ċifra rrapportata għandha tinkludi trasferimenti ta’ kreditu istantanji transfruntiera deħlin irrifjutati mill-PSP li qed jirrapporta jew każijiet meta l-fondi ġew riċevuti u ffriżati immedjatament fil-kont tal-PSU tal-PSP li qed jirrapporta. Għandhom jiġu rrapportati biss azzjonijiet li huma kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, fil-perjodu ta’ referenza. It-trasferimenti ta’ kreditu istantanji transfruntiera għandhom ikunu dawk fejn kemm il-PSP tal-pagatur kif ukoll il-PSP tal-benefiċjarju ma jkunux jinsabu fl-istess Stat Membru. 0030; 0020 L-għadd totali ta’ każijiet meta ma ġiex eżegwit trasferiment ta’ kreditu istantanju transfruntier jew ġew iffriżati fondi, bħala PSP tal-pagatur Iċ-ċifra rrapportata għandha tinkludi każijiet fejn il-PSP tal-pagatur ikun waqqaf l-eżekuzzjoni tat-trasferiment ta’ kreditu istantanju transfruntier mitlub, wara t-talba tal-PSUs tiegħu biex tinbeda t-tranżazzjoni, inklużi s-sitwazzjonijiet li jirriżultaw mill-obbligu tal-PSP tal-pagatur skont l-Artikolu 5d(1) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 li jivverifika l-PSUs tiegħu jew minħabba l-iffriżar tal-kont ta’ pagament tal-PSU wara tali verifika. Għandhom jiġu rrapportati biss azzjonijiet li huma kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, fil-perjodu ta’ referenza. It-trasferimenti ta’ kreditu istantanji transfruntiera għandhom ikunu dawk fejn kemm il-PSP tal-pagatur kif ukoll il-PSP tal-benefiċjarju ma jkunux jinsabu fl-istess Stat Membru.
ANNESS II RAPPORTAR MILL-FORNITURI TA’ SERVIZZI TA’ PAGAMENT TAL-LIVELL TA’ IMPOSTI GĦAL TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U KONTIJIET TA’ PAGAMENT, U TRANŻAZZJONIJIET RIFJUTATI — STRUZZJONIJIET
STRUZZJONIJIET ĠENERALI
Kontenut 1.2.3.4.
Dan l-Anness fih l-istruzzjonijiet biex jimtlew il-mudelli ta’ rapportar fl-Anness I. L-istruzzjonijiet huma indirizzati lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (PSPs, Payment Service Providers). Għal kull wieħed mill-mudelli, l-istruzzjonijiet fihom ir-referenzi legali. L-Anness I jikkonsisti f’sitt mudelli differenti: Fl-Anness I, fil-kolonni li fihom Numru, il-PSPs għandhom jirrapportaw il-valuri numeriċi, skont l-istruzzjonijiet speċifiċi mogħtija għall-mudelli. F’dawn l-istruzzjonijiet tintuża n-notazzjoni ġenerali li ġejja: {Mudell; Ringiela; Kolonna; assi-z}. Fil-każ ta’ mudelli b’kolonna waħda biss, issir referenza għar-ringieli biss {Mudell; Ringiela}, b’assi-z fejn applikabbli. (1) Għadd totali u valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu u tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji (munita nazzjonali) (S 01.01) (2) Għadd totali u valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu u tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji (euro) (S 01.02) (3) Imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu u għat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji (munita nazzjonali) (S 02.01) (4) Imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu u għat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji (euro) (S 02.02) (5) Għadd totali ta’ kontijiet ta’ pagament u l-imposti totali għall-kontijiet ta’ pagament (munita nazzjonali) (S 03.00) (6) Għadd tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji rifjutati (S 04.00).
Għadd totali u valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu u tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji (munita nazzjonali) (S 01.01)
Għadd totali u valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu u tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji (euro) (S 01.02)
Imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu u għat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji (munita nazzjonali) (S 02.01)
Imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu u għat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji (euro) (S 02.02)
Għadd totali ta’ kontijiet ta’ pagament u l-imposti totali għall-kontijiet ta’ pagament (munita nazzjonali) (S 03.00)
Għadd tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji rifjutati (S 04.00).
Ambitu tar-rapportar 5.6.7.8.9.10.11.12.
Il-PSPs li jinsabu fi Stati Membri tal-euro fil-kamp ta’ applikazzjoni għall-obbligi ta’ rapportar abbażi tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandhom jirrapportaw il-mudelli S 01.01, S 02.01, S 03.00 u S 04.00, bil-punti tad-data kollha ppreżentati f’dan l-Anness, ħlief jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-ġuriżdizzjoni tagħhom jippermettulhom jibagħtu biss referenza (li tinkludi link, fejn disponibbli) għal punti tad-data identiċi sottomessi qabel. Il-PSPs li jinsabu fi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro li joffru s-servizz ta’ pagament li jiġu rċevuti u jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu regolari f’euro huma wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi li joffru lill-PSUs tagħhom is-servizz ta’ pagament li jirċievu u jibagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro. Dawk il-PSPs għandhom jikkonformaw ukoll mal-obbligi rigward l-imposti fuq il-pagaturi u l-benefiċjarji biex jibagħtu u jirċievu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro. Konsegwentement, dawk il-PSPs jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar abbażi tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 260/2012. Għalhekk, huma għandhom jirrapportaw il-mudelli kollha bil-punti tad-data kollha ppreżentati f’dan l-Anness, ħlief jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-ġuriżdizzjoni tagħhom jippermettulhom jibagħtu biss referenza (li tinkludi link, fejn disponibbli) għal punti tad-data identiċi sottomessi qabel. Il-fergħat tal-PSPs li jinsabu fi Stati Membri għajr l-Istati Membri tal-entitajiet prinċipali tagħhom għandhom jissottomettu d-data tagħhom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, u l-entitajiet prinċipali għandhom jirrapportaw għalihom infushom lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom. L-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 jispeċifika li dawk il-paragrafi japplikaw għal trasferimenti ta’ kreditu u trasferimenti ta’ kreditu istantanji, filwaqt li jeskludi t-tranżazzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 jipprevedi li l-iżvilupp ta’ imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali u transfruntiera u għat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro u fil-munita nazzjonali tal-Istati Membri, li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, għandu jiġi evalwat ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. It-trasferimenti nazzjonali u transfruntiera ta’ kreditu huma definiti fl-Artikolu 2, il-punti (26) u (27) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, biex jiġi ddeterminat jekk trasferiment ta’ kreditu jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkunsidrati kemm il-munita tat-trasferiment ta’ kreditu (it-trasferiment ta’ kreditu jkun bl-euro jew fil-munita nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro) kif ukoll il-post tal-PSP (il-PSPs tal-pagatur u tal-benefiċjarju tat-trasferiment ta’ kreditu jkunu jinsabu fl-Unjoni). L-imposti għal trasferimenti denominati f’euro għandhom dejjem jiġu rrapportati f’euro, anki jekk ikunu ġew imposti f’munita oħra. L-imposti għal trasferimenti denominati fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri għajr l-euro għandhom jiġu rrapportati f’dik il-munita nazzjonali, anki meta jkunu ġew imposti f’munita differenti. F’każijiet bħal dawn, meta l-imposti jiġu kkonvertiti f’euro jew f’muniti nazzjonali oħra, id-data għandha tiġi kkonvertita bl-użu tar-rata tal-kambju ta’ referenza tal-BĊE jew tar-rati tal-kambju applikati għal dawk it-tranżazzjonijiet, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew. It-tariffa tal-kambju tal-munita għandha tiġi eskluża mir-rapportar. Il-PSPs għandhom jirrapportaw is-sitt mudelli f’dan l-Anness separatament għal kull perjodu ta’ referenza.
MUDELL S 01.01: GĦADD TOTALI U VALUR TOTALI TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI
Kummenti ġenerali 13.14.15.
Il-PSPs għandhom jimlew il-Mudell S 01.01 bl-għadd u l-valur tat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta u t-trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro għall-PSPs li jinsabu fl-Istati Membri tal-euro, u fil-munita nazzjonali għajr l-euro għall-PSPs li jinsabu fi Stati Membri mhux tal-euro. L-għadd u l-valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu u trasferimenti ta’ kreditu istantanji għandhom jinkludu l-għadd ta’ tali trasferimenti mibgħuta minn kull PSP fil-perjodu ta’ referenza, b’diżaggregazzjoni skont: Għad-diżaggregazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c), is-somma tal-punti tad-data rrapportati għandha tammonta għall-għadd jew għall-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu li ġew irrapportati. Għad-diżaggregazzjoni msemmija fil-punt (d), fit-trasferimenti ta’ kreditu inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online, il-PSPs għandhom jinkludu trasferimenti ta’ kreditu inizjati online fuq bażi ta’ pagament uniku u trasferimenti ta’ kreditu inizjati f’fajl/lott. It-trasferimenti ta’ kreditu mibdija f’fajl/lott huma trasferimenti ta’ kreditu inizjati elettronikament li huma parti minn grupp ta’ trasferimenti ta’ kreditu inizjati b’mod konġunt mill-pagatur permezz ta’ linja ddedikata. Kull trasferiment ta’ kreditu li jinsab f’lott għandu jingħadd bħala trasferiment ta’ kreditu separat meta jiġi rrapportat l-għadd ta’ tranżazzjonijiet. Il-PSPs għandhom jindikaw fil-Mudell S 01.01 l-għadd u l-valur tat-trasferimenti ta’ kreditu u tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji riċevuti f’euro għall-PSPs li jinsabu fl-Istati Membri tal-euro, u fil-munita nazzjonali għajr l-euro għall-PSPs li jinsabu fi Stati Membri mhux tal-euro. L-għadd u l-valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu u trasferimenti ta’ kreditu istantanji għandhom jindikaw l-għadd ta’ trasferimenti riċevuti minn kull PSP fil-perjodu ta’ referenza, b’diżaggregazzjoni skont jekk it-trasferiment huwiex bla ħlas jew le. L-informazzjoni f’dan il-mudell għandha tiġi rrapportata f’livell totali. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi tal-Mudell S 01.01 Ringiela; Kolonna Referenzi legali u struzzjonijiet 0010; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta fil-munita nazzjonali 0010; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha mibgħuta fil-munita nazzjonali, li jiġi espress fil-munita nazzjonali. 0010; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0050 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti fil-munita nazzjonali 0010; 0060 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0070 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha riċevuti fil-munita nazzjonali, li jiġi espress fil-munita nazzjonali. 0010; 0080 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0020; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online L-għadd totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha inizjati permezz tal-ibbankjar online, inklużi trasferimenti ta’ kreditu inizjati f’fajl/lott, u servizzi ta’ inizjazzjoni ta’ pagament. 0020; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0020; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online Valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha inizjati permezz tal-ibbankjar online, inklużi trasferimenti ta’ kreditu inizjati f’fajl/lott, u servizzi ta’ inizjazzjoni ta’ pagament, espressi fil-munita nazzjonali. 0020; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0030; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati elettronikament permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli L-għadd totali ta’ trasferiment ta’ kreditu mibdi permezz ta’ soluzzjoni ta’ pagament b’mezz mobbli, fejn dik is-soluzzjoni tintuża biex jinbdew pagamenti li għalihom id-data dwar il-pagamenti u l-istruzzjonijiet ta’ pagament jiġu trażmessi jew ikkonfermati permezz ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni mobbli u tat-trażmissjoni tad-data permezz ta’ apparat mobbli. Din il-kategorija tinkludi kartieri diġitali u soluzzjonijiet oħra ta’ pagament b’mezz mobbli użati biex jinbdew tranżazzjonijiet P2P (persuna għal persuna) jew C2B (minn konsumatur għal negozju), skont id-definizzjonijiet tad-data stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013. 0030; li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0020 0030; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati elettronikament permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli Il-valur totali ta’ trasferiment ta’ kreditu mibdi permezz ta’ soluzzjoni ta’ pagament b’mezz mobbli, espress fil-munita nazzjonali, fejn dik is-soluzzjoni tintuża biex jinbdew pagamenti li għalihom id-data dwar il-pagamenti u l-istruzzjonijiet ta’ pagament jiġu trażmessi jew ikkonfermati permezz ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni mobbli u tat-trażmissjoni tad-data permezz ta’ apparat mobbli. Din il-kategorija tinkludi kartieri diġitali u soluzzjonijiet oħra ta’ pagament b’mezz mobbli użati biex jinbdew tranżazzjonijiet P2P (persuna għal persuna) jew C2B (minn konsumatur għal negozju), skont id-definizzjonijiet tad-data stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013. 0030; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0040; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta mibdijin f’forma bbażata fuq il-karta L-għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibdijin mill-pagatur f’forma bbażata fuq il-karta, fejn trasferiment ta’ kreditu mibdi f’forma bbażata fuq il-karta tfisser, skont id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013, trasferiment ta’ kreditu mibdi minn min iħallas f’forma bbażata fuq il-karta jew billi jagħti struzzjonijiet lill-persunal over the counter (OTC) sabiex jinbeda trasferiment ta’ kreditu u kull trasferiment ieħor ta’ kreditu, li jirrikjedi pproċessar manwali. 0040; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0040; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta mibdijin f’forma bbażata fuq il-karta Il-valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibdijin mill-pagatur f’forma bbażata fuq il-karta, espress fil-munita nazzjonali, fejn trasferiment ta’ kreditu mibdi f’forma bbażata fuq il-karta tfisser, skont id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013, trasferiment ta’ kreditu mibdi minn min iħallas f’forma bbażata fuq il-karta jew billi jagħti struzzjonijiet lill-persunal over the counter (OTC) sabiex jinbeda trasferiment ta’ kreditu u kull trasferiment ieħor ta’ kreditu, li jirrikjedi pproċessar manwali. 0040; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0050; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali mibgħuta Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru 0050; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0050; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali mibgħuta Valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru. Il-valur għandu jiġi espress fil-munita nazzjonali. 0050; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0060; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu transfruntiera mibgħuta Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti. Tranżazzjonijiet transfruntiera fejn jew il-PSP tal-pagatur jew il-PSP tal-benefiċjarju jkunu jinsabu barra mill-Unjoni għandhom jiġu esklużi. 0060; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0060; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu transfruntiera mibgħuta Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti, espress fil-munita nazzjonali. Tranżazzjonijiet transfruntiera fejn jew il-PSP tal-pagatur jew il-PSP tal-benefiċjarju jkunu jinsabu barra mill-Unjoni għandhom jiġu esklużi. 0060; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0070; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta li kienu mingħajr ħlas L-għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta li kienu mingħajr ħlas, inklużi każijiet fejn it-trasferiment ikun mingħajr ħlas bħala parti minn pakkett ta’ kont ta’ pagament bi ħlas. 0070; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0070; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta li kienu mingħajr ħlas Il-valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta li kienu mingħajr ħlas, inklużi każijiet fejn it-trasferiment ikun mingħajr ħlas bħala parti minn pakkett ta’ kont ta’ pagament bi ħlas, espress fil-munita nazzjonali. 0070; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0070; 0050 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti li kienu mingħajr ħlas L-għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti li kienu mingħajr ħlas, inklużi każijiet fejn it-trasferiment ikun mingħajr ħlas bħala parti minn pakkett ta’ kont ta’ pagament bi ħlas. 0070; 0060 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0070; 0070 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti li kienu mingħajr ħlas Il-valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu kollha riċevuti li kienu mingħajr ħlas, inklużi fejn it-trasferiment ikun mingħajr ħlas bħala parti minn pakkett ta’ kont ta’ pagament bi ħlas, espress fil-munita nazzjonali. 0070; 0080 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0080; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta fejn il-pagatur kellu jħallas imposta L-għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu fejn il-PSP tal-pagatur impona imposti fuq il-PSU tiegħu għal trasferiment individwali minflok bħala parti minn pakkett ta’ kont ta’ pagament bi ħlas. 0080; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0080; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta fejn il-pagatur kellu jħallas imposta Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha mibgħuta fejn il-PSP tal-pagatur impona imposti fuq il-PSU tiegħu, espress fil-munita nazzjonali. 0080; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0080; 0050 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti fejn il-benefiċjarju kellu jħallas imposta L-għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu fejn il-PSP tal-benefiċjarju impona imposti fuq il-PSU tiegħu għal trasferiment individwali minflok bħala parti minn pakkett ta’ kont ta’ pagament bi ħlas. 0080; 0060 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0080; 0070 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti fejn il-benefiċjarju kellu jħallas imposta Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha riċevuti fejn il-PSP tal-benefiċjarju impona imposti fuq il-PSU tiegħu, espress fil-munita nazzjonali. 0080; 0080 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0090; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta mibdijin minn PSUs għajr il-konsumaturi L-għadd totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha minn kontijiet ta’ pagament miżmuma minn PSUs għajr konsumaturi, inklużi persuni fiżiċi li jaġixxu għall-finijiet tan-negozju kummerċjali jew tal-professjoni tagħhom, jew persuni ġuridiċi. 0090; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0090; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta mibdijin minn PSUs għajr il-konsumaturi Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha minn kontijiet ta’ pagament miżmuma minn PSUs għajr konsumaturi, inklużi persuni fiżiċi li jaġixxu għall-finijiet tan-negozju jew tal-professjoni tagħhom, jew persuni ġuridiċi, espress fil-munita nazzjonali. 0090; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0100; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati mill-konsumaturi L-għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibdija minn kontijiet ta’ pagament li jappartjenu lill-konsumaturi. 0100; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0100; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati mill-konsumaturi Valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha inizjati minn konsumatur, espress fil-munita nazzjonali 0100; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji (a) trasferimenti li huma mingħajr ħlas u dawk bi ħlas; (b) it-tip ta’ klijent li jibda t-trasferiment tal-kreditu; (c) in-natura nazzjonali jew transfruntiera tat-trasferiment ta’ kreditu; (d) il-metodu ta’ bidu ta’ pagament użat.
Kummenti ġenerali 13.
(a) trasferimenti li huma mingħajr ħlas u dawk bi ħlas;
(b) it-tip ta’ klijent li jibda t-trasferiment tal-kreditu;
(c) in-natura nazzjonali jew transfruntiera tat-trasferiment ta’ kreditu;
(d) il-metodu ta’ bidu ta’ pagament użat.
01.02: GĦADD TOTALI U VALUR TOTALI TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (għall-PSPs biss fi Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro) 16.
Il-PSPs għandhom jimlew il-Mudell S 01.02 billi jinkludu l-għadd u l-valur ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta u riċevuti u trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro għal dawk il-PSPs biss li jinsabu fi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro, mingħajr aktar diżaggregazzjonijiet. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi tal-Mudell S 01.02 Ringiela; Kolonna Referenzi legali u struzzjonijiet 0010; 0010 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta f’euro. 0010; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0030 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha mibgħuta f’euro, li jiġi espress f’euro. 0010; 0040 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0050 Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Għadd totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti f’euro. 0010; 0060 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0070 Valur totali ta’ trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Il-valur totali tat-trasferimenti ta’ kreditu kollha riċevuti f’euro, li jiġi espress f’euro. 0010; 0080 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji
02.01: IMPOSTI GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U GĦAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI
Kummenti ġenerali 17.18.19.
Il-PSPs għandhom jimlew il-Mudell S 02.01 billi jinkludu informazzjoni dwar l-imposti li l-PSPs iżommu lill-PSUs għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta u t-trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro għall-PSPs li jinsabu fl-Istati Membri tal-euro, u fil-munita nazzjonali għajr l-euro, imposti mill-PSPs li jinsabu fi Stati Membri mhux tal-euro, fil-perjodu ta’ referenza. Il-valur tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta u trasferimenti ta’ kreditu istantanji fil-perjodu ta’ referenza għandu jinkludi d-diżaggregazzjoni skont: Għad-diżaggregazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b), is-somma tal-punti tad-data rrapportati għandha tammonta għall-valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu li ġew irrapportati. Il-PSPs għandhom jinkludu wkoll fil-Mudell S 02.01 l-informazzjoni dwar l-imposti li l-PSPs iżommu lill-PSUs għat-trasferimenti ta’ kreditu riċevuti u t-trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro għall-PSPs li jinsabu fl-Istati Membri tal-euro, u fil-munita nazzjonali għajr l-euro għall-PSPs li jinsabu fi Stati Membri mhux tal-euro, mingħajr diżaggregazzjoni ulterjuri. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi tal-Mudell S 02.01 Ringiela; Kolonna Referenzi legali u struzzjonijiet 0010; 0010 Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta, espressi fil-munita nazzjonali. 0010; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0030 Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu riċevuti, espressi fil-munita nazzjonali. 0010; 0040 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0020; 0010 Valur totali ta’ imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati elettronikament permezz tal-ibbankjar online Il-valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati permezz tal-ibbankjar online, inklużi trasferimenti ta’ kreditu inizjati f’fajl/lott, u servizzi ta’ inizjazzjoni ta’ pagament. 0020; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0030; 0010 Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati elettronikament permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli Il-valur totali ta’ imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament b’mezz mobbli, espress fil-munita nazzjonali, fejn dik is-soluzzjoni tintuża biex jinbdew pagamenti li għalihom id-data dwar il-pagamenti u l-istruzzjonijiet ta’ pagament jiġu trażmessi jew ikkonfermati permezz ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni mobbli u tat-trażmissjoni tad-data permezz ta’ apparat mobbli. Din il-kategorija tinkludi kartieri diġitali u soluzzjonijiet oħra ta’ pagament b’mezz mobbli użati biex jinbdew tranżazzjonijiet P2P (persuna għal persuna) jew C2B (minn konsumatur għal negozju), skont id-definizzjonijiet tad-data stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013. 0030; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0040; 0010 Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta inizjati f’forma bbażata fuq il-karta Il-valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibdijin mill-pagatur f’forma bbażata fuq il-karta, espress fil-munita nazzjonali, fejn Trasferiment ta’ kreditu inizjat f’forma bbażata fuq il-karta tfisser, skont id-definizzjoni stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1409/2013, trasferiment ta’ kreditu mibdi minn min iħallas f’forma bbażata fuq il-karta jew billi jagħti struzzjonijiet lill-persunal over the counter (OTC) sabiex jinbeda trasferiment ta’ kreditu u kull trasferiment ieħor ta’ kreditu, li jirrikjedi pproċessar manwali. 0040; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0050; 0010 Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali mibgħuta Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru. Il-valur għandu jiġi espress fil-munita nazzjonali. 0050; 0020 li minnhom trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0060; 0010 Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu transfruntiera mibgħuta Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti, espress fil-munita nazzjonali. Imposti tat-tranżazzjonijiet transfruntiera fejn jew il-PSP tal-pagatur jew il-PSP tal-benefiċjarju jkunu jinsabu barra mill-Unjoni għandhom jiġu esklużi. 0060; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0070; 0010 Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta mibdijin minn PSUs għajr il-konsumaturi Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibdijin minn PSUs għajr il-konsumaturi, espress fil-munita nazzjonali 0070; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0080; 0010 Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta mibdijin mill-konsumaturi Valur totali tal-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibdijin minn konsumatur, espress fil-munita nazzjonali 0080; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji (a) in-natura nazzjonali jew transfruntiera tat-trasferiment ta’ kreditu; (b) it-tip ta’ klijent li jibda t-trasferiment tal-kreditu; (c) il-metodu ta’ bidu ta’ pagament.
Kummenti ġenerali 17.
(a) in-natura nazzjonali jew transfruntiera tat-trasferiment ta’ kreditu;
(b) it-tip ta’ klijent li jibda t-trasferiment tal-kreditu;
(c) il-metodu ta’ bidu ta’ pagament.
02.02: IMPOSTI GĦAL TRASFERIMENTI TA’ KREDITU U TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI (għall-PSPs biss fi Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro) 20.
Il-PSPs għandhom jimlew il-Mudell S 02.02 billi jinkludu informazzjoni dwar l-imposti għal trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta u riċevuti u trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro għal dawk il-PSPs biss li jinsabu fi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro, mingħajr aktar diżaggregazzjonijiet. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi tal-Mudell S 02.02 Ringiela; Kolonna Referenzi legali u struzzjonijiet 0010; 0010 Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu mibgħuta, espress f’euro. 0010; 0020 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 0010; 0030 Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu riċevuti Valur totali tal-imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu riċevuti, espress f’euro. 0010; 0040 li minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji
03.00: GĦADD TOTALI TA’ KONTIJIET TA’ PAGAMENT U L-IMPOSTI TOTALI GĦALL-KONTIJIET TA’ PAGAMENT (MUNITA NAZZJONALI)
Kummenti ġenerali 21.22.
Il-mudell S 03.00 għandu jinkludi informazzjoni dwar l-għadd ta’ kontijiet ta’ pagament u l-imposti totali għal tali kontijiet fil-perjodu ta’ referenza. Il-valuri tal-imposti għandhom jiġu rrapportati f’euro għall-PSPs li jinsabu fi Stati Membri tal-euro u fil-munita nazzjonali għajr l-euro għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro. Meta l-imposti jkunu ġew applikati f’munita differenti minn dik użata għar-rapportar f’dan il-mudell, il-valur ta’ tali imposti għandu jiġi kkonvertit f’euro jew f’muniti nazzjonali oħra, bl-użu tar-rata tal-kambju ta’ referenza tal-BĊE jew tar-rati tal-kambju applikati għal dawk it-tranżazzjonijiet, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1409/2013. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi tal-Mudell S 03.00 Ringiela; Kolonna Referenzi legali u struzzjonijiet 0010; 0010 Għadd totali ta’ kontijiet ta’ pagament L-għadd totali ta’ kontijiet ta’ pagament għandu jkun l-għadd fi tmiem il-perjodu ta’ referenza. Għandhom jiġu inklużi l-kontijiet ta’ pagament kollha irrispettivament mill-munita li huma denominati fiha. 0010; 0020 Valur totali tal-imposti għal kont ta’ pagament Il-valur totali tal-imposti jirreferi għat-tariffi totali mħallsa, li jiġbor fil-qosor il-kost annwali kumplessiv tal-kont ta’ pagament, kif irrapportat lil xi detenturi ta’ kontijiet fid-Dikjarazzjoni tat-Tariffi (SoF, Statement of Fees) annwali. Għal dawk il-kontijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li għalihom l-SoF la hija obbligatorja u lanqas ipprovduta lid-detentur tal-kont, iċ-ċifra għandha fi kwalunkwe każ tindika t-tariffi annwali totali mħallsa mid-detenturi tal-kont għas-servizzi marbuta mal-kont ta’ pagament, li jistgħu jvarjaw skont l-għadd u t-tip ta’ servizzi pprovduti u skont it-tip ta’ pprezzar applikat mill-PSPs. Iċ-ċifra għandha tiġi espressa fil-munita nazzjonali. F’każ li jiġi applikat pakkett imħallas minn qabel (jew tariffa fissa unika), li jfisser li servizz wieħed jew aktar jiġu offruti bħala parti minn pakkett ta’ servizzi marbuta ma’ kont ta’ pagament, iċ-ċifra għandha tkun ibbażata fuq it-tariffa unika applikata għall-pakkett kollu u t-tariffa addizzjonali imposta għal kwalunkwe servizz li jaqbeż il-kwantità koperta mit-tariffa tal-pakkett, jekk applikabbli. Għandhom jiġu inklużi l-imposti kollha irrispettivament mill-munita. It-tariffa tal-kambju tal-munita għandha tiġi eskluża mir-rapportar. 0010; 0030 Valur totali tal-imposti għaż-żamma ta’ kontijiet ta’ pagament It-tariffa għaż-żamma tirreferi għal servizzi ta’ kont ġenerali kif irrapportati lid-detenturi tal-kont fid-Dokument ta’ Informazzjoni dwar it-Tariffi (FID, Fee Information Document), f’konformità mal-aktar servizzi użati komunement kif definiti fl-Istat Membru li fih jopera l-PSP li jkun qed jirrapporta. Għal dawk il-kontijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/92/UE u li għalihom l-FID mhuwiex obbligatorju u lanqas ipprovdut lid-detentur tal-kont, iċ-ċifra għandha fi kwalunkwe każ tindika l-imposta għaż-żamma tal-kont ta’ pagament, jiġifieri l-imposti li l-fornitur jimponi biex jopera l-kont għall-użu mill-klijent, skont il-lista nazzjonali tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi marbuta ma’ kont ta’ pagament abbozzata minn kull Stat Membru u applikabbli għall-PSP speċifiku li jkun qed jirrapporta. Iċ-ċifra għandha tiġi espressa fil-munita nazzjonali. F’każ li jiġi applikat pakkett imħallas minn qabel (jew tariffa fissa unika), li jfisser li servizz wieħed jew aktar jiġu offruti bħala parti minn pakkett ta’ servizzi marbuta ma’ kont ta’ pagament, iċ-ċifra għandha tiddivulga biss it-tariffa unika applikata għall-pakkett kollu. Għandhom jiġu inklużi l-imposti kollha irrispettivament mill-munita. It-tariffa tal-kambju tal-munita għandha tiġi eskluża mir-rapportar.
04.00: GĦADD TAT-TRASFERIMENTI TA’ KREDITU ISTANTANJI RIFJUTATI
Kummenti ġenerali 23.24.25.
Il-PSPs għandhom jimlew il-Mudell S 04.00 billi jinkludu informazzjoni dwar l-għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji rrifjutati minħabba l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati fil-perjodu ta’ referenza. L-għan ta’ dan ir-rapportar huwa li jiġbor informazzjoni dwar l-għadd ta’ każijiet fejn trasferiment ta’ kreditu istantanju minn jew lejn entità soġġetta għal miżuri restrittivi finanzjarji mmirati (targeted financial restrictive measures, TFRM) ma tħalliex jasal, irrispettivament mill-mekkaniżmu użat. Dan jista’ jirriżulta mill-fatt li l-PSP tal-pagatur jew tal-benefiċjarju jkun waqqaf l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni inizjata, jew il-PSP tal-pagatur ikun iffriża l-fondi qabel ma jkun ġie inizjat trasferiment ta’ kreditu istantanju, jew il-PSP tal-benefiċjarju jkun iffriża l-fondi wara li t-trasferiment ta’ kreditu istantanju jkun wasal f’kont. L-għadd ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji rifjutati għandu jinkludi kemm it-trasferimenti fl-istess PSP kif ukoll it-trasferimenti bejn PSPs differenti. Struzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi tal-Mudell S 04.00 Ringiela; Kolonna Referenzi legali u struzzjonijiet 0010; 0010 L-għadd totali ta’ każijiet meta ma ġiex eżegwit trasferiment ta’ kreditu istantanju jew ġew iffriżati fondi, bħala PSP tal-benefiċjarju. Iċ-ċifra rrapportata għandha tinkludi trasferimenti ta’ kreditu istantanji deħlin irrifjutati mill-PSP li qed jirrapporta jew każijiet meta l-fondi ġew riċevuti u ffriżati immedjatament fil-kont tal-PSU tal-PSP li qed jirrapporta. Għandhom jiġu rrapportati biss azzjonijiet li huma kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, fil-perjodu ta’ referenza. 0010; 0020 Għadd totali ta’ każijiet meta ma ġiex eżegwit trasferiment ta’ kreditu istantanju jew ġew iffriżati fondi, bħala PSP tal-pagatur Iċ-ċifra rrapportata għandha tinkludi każijiet fejn il-PSP tal-pagatur ikun waqqaf l-eżekuzzjoni tat-trasferiment ta’ kreditu istantanju mitlub, wara t-talba tal-PSU tiegħu biex tinbeda t-tranżazzjoni, inklużi s-sitwazzjonijiet li jirriżultaw mill-obbligu tal-PSP tal-pagatur skont l-Artikolu 5d(1) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 li jivverifika l-PSUs tiegħu jew minħabba l-iffriżar tal-kont ta’ pagament tal-PSU wara tali verifika. Għandhom jiġu rrapportati biss azzjonijiet li huma kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, fil-perjodu ta’ referenza. 0020; 0010 Għadd totali ta’ każijiet meta ma ġiex eżegwit trasferiment ta’ kreditu istantanju nazzjonali jew ġew iffriżati fondi, bħala PSP tal-benefiċjarju Iċ-ċifra rrapportata għandha tinkludi trasferimenti ta’ kreditu istantanji deħlin irrifjutati mill-PSP li qed jirrapporta jew każijiet meta l-fondi ġew riċevuti u ffriżati immedjatament fil-kont tal-PSU tal-PSP li qed jirrapporta. Għandhom jiġu rrapportati biss azzjonijiet li huma kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, fil-perjodu ta’ referenza. It-trasferimenti ta’ kreditu istantanji nazzjonali għandhom ikunu dawk fejn il-PSP tal-pagatur u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru. 0020; 0020 Għadd totali ta’ każijiet meta ma ġiex eżegwit trasferiment ta’ kreditu istantanju nazzjonali jew ġew iffriżati fondi, bħala PSP tal-pagatur Iċ-ċifra rrapportata għandha tinkludi każijiet fejn il-PSP tal-pagatur ikun waqqaf l-eżekuzzjoni tat-trasferiment ta’ kreditu istantanju nazzjonali mitlub, wara t-talba tal-PSU tiegħu biex tinbeda t-tranżazzjoni, inklużi s-sitwazzjonijiet li jirriżultaw mill-obbligu tal-PSP tal-pagatur skont l-Artikolu 5d(1) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 li jivverifika l-PSUs tiegħu jew minħabba l-iffriżar tal-kont ta’ pagament tal-PSU wara tali verifika. Għandhom jiġu rrapportati biss azzjonijiet li huma kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, fil-perjodu ta’ referenza. It-trasferimenti ta’ kreditu istantanji nazzjonali għandhom ikunu dawk fejn kemm il-PSP tal-pagatur kif ukoll il-PSP tal-benefiċjarju jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru. 0030; 0010 L-għadd totali ta’ każijiet meta ma ġiex eżegwit trasferiment ta’ kreditu istantanju transfruntier jew ġew iffriżati fondi, bħala PSP tal-benefiċjarju. Iċ-ċifra rrapportata għandha tinkludi trasferimenti ta’ kreditu istantanji transfruntiera deħlin irrifjutati mill-PSP li qed jirrapporta jew każijiet meta l-fondi ġew riċevuti u ffriżati immedjatament fil-kont tal-PSU tal-PSP li qed jirrapporta. Għandhom jiġu rrapportati biss azzjonijiet li huma kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, fil-perjodu ta’ referenza. It-trasferimenti ta’ kreditu istantanji transfruntiera għandhom ikunu dawk fejn kemm il-PSP tal-pagatur kif ukoll il-PSP tal-benefiċjarju ma jkunux jinsabu fl-istess Stat Membru. 0030; 0020 L-għadd totali ta’ każijiet meta ma ġiex eżegwit trasferiment ta’ kreditu istantanju transfruntier jew ġew iffriżati fondi, bħala PSP tal-pagatur Iċ-ċifra rrapportata għandha tinkludi każijiet fejn il-PSP tal-pagatur ikun waqqaf l-eżekuzzjoni tat-trasferiment ta’ kreditu istantanju transfruntier mitlub, wara t-talba tal-PSUs tiegħu biex tinbeda t-tranżazzjoni, inklużi s-sitwazzjonijiet li jirriżultaw mill-obbligu tal-PSP tal-pagatur skont l-Artikolu 5d(1) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 li jivverifika l-PSUs tiegħu jew minħabba l-iffriżar tal-kont ta’ pagament tal-PSU wara tali verifika. Għandhom jiġu rrapportati biss azzjonijiet li huma kkawżati mill-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi finanzjarji mmirati, fil-perjodu ta’ referenza. It-trasferimenti ta’ kreditu istantanji transfruntiera għandhom ikunu dawk fejn kemm il-PSP tal-pagatur kif ukoll il-PSP tal-benefiċjarju ma jkunux jinsabu fl-istess Stat Membru.