Gelex

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2004 tas-6 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/2833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-derogi dwar ir-rappurtar tal-kummerċ intra-UE u ċerta informazzjoni dwar it-tikkettar, u d-determinazzjoni tal-piż tat-tonn individwali

In forceVersion 2025-10-06from 2025-12-13
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2025/2004@2025-10-06/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emenda tar-Regolament (UE) 2023/2833
  3. (1)
  4. (2)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/2833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni dwar il-qabdiet tat-tonn (Thunnus thynnus) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 640/2010, u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(e) tiegħu,

Billi:

(1) L-Unjoni hija parti għall-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), wara li approvat l-adeżjoni għall-Konvenzjoni tal-ICCAT skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE.

(2) L-ICCAT tadotta l-miżuri biex tiżgura l-konservazzjoni fuq terminu twil u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT u biex tissalvagwardja l-ekosistemi tal-baħar li dawn ir-riżorsi jinsabu fihom. Dawn il-miżuri huma vinkolanti fuq l-Unjoni.

(3) Mill-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/2833, l-ICCAT adottat, fil-laqgħa annwali tagħha tal-2024, ir-rakkomandazzjoni 24-16 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-programm elettroniku ta’ dokumentazzjoni tal-qabdiet tat-tonn. Ir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 24–16 tinkludi d-dispożizzjonijiet li jagħmlu d-derogi speċifiċi dwar ir-rapportar tal-kummerċ intra-UE u ċerta informazzjoni dwar it-tikkettar permanenti, fid-dawl tal-piż amministrattiv eċċessiv u tad-differenzi fit-trattament li joħolqu dawn ir-rekwiżiti ta’ validazzjoni.

(4) Barra minn hekk, ir-rakkomandazzjoni tal-ICCAT 24–16 tallinja l-mod li bih il-piż approssimattiv tal-ħut individwali fil-qabda mal-ħatt tal-ħut jiġi ddeterminat fl-Unjoni mal-prattiki attwali, peress li l-ħut kollu li jinħatt l-art jintiżen, u l-kampjunar mhuwiex meħtieġ biex jiġi ddeterminat il-piż medju tat-tonn individwali li jinħatt l-art.

(5) Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/2833 jiġi emendat kif xieraq.

(6) Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emenda tar-Regolament (UE) 2023/2833

Ir-Regolament (UE) 2023/2833 huwa emendat kif ġej:

(1) l-Artikolu 5(4) huwa sostitwit b’dan li ġej: ;

(1)

4. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-deroga. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar il-verifika mill-Istati Membri prevista fl-Artikolu 9, dwar l-eżiti ta’ dik il-verifika u data dwar l-avvenimenti kummerċjali kkonċernati, inkluża l-informazzjoni statistika rilevanti bħall-ammont ta’ tonn u l-għadd ta’ attivitajiet kummerċjali koperti minn dik id-deroga.

(2) l-Artikolu 6(5) huwa sostitwit b’dan li ġej: .

(2)

5. B’deroga mill-paragrafu 4, il-punt (b)(v), ta’ dan l-Artikolu, għal dak is-sajd soġġett għad-derogi fir-rigward ta’ daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2023/2053, l-Istati Membri jistgħu minflok jipprovdu l-piż approssimattiv tal-ħut individwali fil-qabda waqt il-ħatt l-art, li għandu jiġi ddeterminat billi tiġi kkalkulata l-medja tal-piż totali tal-ħatt l-art fir-rigward tal-għadd totali tal-ħut individwali.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2025. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2025-10-06