Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/2017 tat-8 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/127 fir-rigward tar-rekwiżiti relatati mal-proteini għall-formula tat-trabi u ta’ prosegwiment immanifatturata mill-idroliżati tal-proteini (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2025/2017@2025-10-08/mt
Contents
- Preamble
- ANNEX
- (1)2.3.2.3.1.2.3.1.1.2.3.1.2.2.3.1.3.2.3.1.4.2.3.2.2.3.2.1.2.3.2.2.2.3.2.3.2.3.2.4.2.3.3.2.3.3.1.2.3.3.2.2.3.3.3.2.3.3.4.2.3.4.2.3.4.1.2.3.4.2.2.3.4.3.2.3.4.4.2.3.5.2.3.5.1.2.3.5.2.2.3.5.3.2.3.5.4.
- (1)2.3.2.3.1.2.3.1.1.2.3.1.2.
- (1)2.3.2.3.1.2.3.1.1.2.3.1.2.2.3.1.3.2.3.1.4.2.3.2.2.3.2.1.2.3.2.2.
- (2)2.3.2.3.1.2.3.1.1.2.3.1.2.2.3.1.3.2.3.1.4.2.3.2.2.3.2.1.2.3.2.2.2.3.2.3.2.3.2.4.2.3.3.2.3.3.1.2.3.3.2.2.3.3.3.2.3.3.4.2.3.4.2.3.4.1.2.3.4.2.2.3.4.3.2.3.4.4.2.3.5.2.3.5.1.2.3.5.2.2.3.5.3.2.3.5.4.
- (2)2.3.2.3.1.2.3.1.1.2.3.1.2.
- (2)2.3.2.3.1.2.3.1.1.2.3.1.2.2.3.1.3.2.3.1.4.2.3.2.2.3.2.1.2.3.2.2.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni għall-formula tat-trabi u ta’ prosegwiment immanifatturata mill-idroliżati tal-proteini. Dan jipprevedi li l-formula tat-trabi u ta’ prosegwiment immanifatturata mill-idroliżati tal-proteini għandha tikkonforma mar-rekwiżiti dwar il-kontenut ta’ proteini, is-sors tal-proteini, u l-ipproċessar tal-proteini, kif ukoll mar-rekwiżiti dwar l-aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli u dwar l-L-karnitina kif stabbilit fil-punt 2.3 tal-Anness I u fil-punt 2.3 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament.
(2) Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta’ Lulju 2014 dwar il-kompożizzjoni essenzjali tal-formuli tat-trabi u ta’ prosegwiment, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) innotat li s-sikurezza u l-idoneità ta’ kull formula speċifika li fiha l-idroliżati tal-proteini għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ evalwazzjoni klinika tal-popolazzjoni fil-mira. S’issa, l-Awtorità wettqet evalwazzjoni pożittiva ta’ erba’ idroliżati tal-proteini li jintużaw fil-formuli tat-trabi u ta’ prosegwiment. Il-kompożizzjoni ta’ dawk l-erba’ idroliżati tal-proteini hija inkluża fir-rekwiżiti attwalment stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2016/127. Madankollu, dawk ir-rekwiżiti jistgħu jiġu aġġornati sabiex jiġi permess it-tqegħid fis-suq tal-formula mmanifatturata mill-idroliżati tal-proteini b’kompożizzjoni differenti minn dawk li diġà ġew valutati b’mod pożittiv, wara l-evalwazzjoni tagħhom mill-Awtorità tas-sikurezza u tal-idoneità tagħhom.
(3) Fit-3 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand Fonterra Co-operative Group Ltd biex l-Awtorità tevalwa s-sikurezza u l-idoneità ta’ żewġ prodotti, formula tat-trabi u ta’ prosegwiment immanifatturati minn idroliżat tal-proteini speċifiku li l-kompożizzjoni tiegħu ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2.3 tal-Anness I u fil-punt 2.3 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127.
(4) Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika fit-28 ta’ Novembru 2024 dwar is-sikurezza u l-idoneità nutrizzjonali ta’ dak l-idroliżat tal-proteini speċifiku fil-formula tat-trabi u ta’ prosegwiment. F’dik l-opinjoni l-Awtorità kkonkludiet li l-idroliżat tal-proteini speċifiku kif deskritt fl-opinjoni huwa sors ta’ proteini nutrizzjonalment sikur u idoneu biex jintuża fil-formula tat-trabi u ta’ prosegwiment, dment li l-formula li jintuża fiha jkollha minimu ta’ 0,48 g/100 kJ (2,0 g/100 kcal) proteina u tikkonforma mal-kriterji kompożizzjonali li jifdal stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2016/127 u mal-mudell tal-aċidi amminiċi li jinsab fit-Taqsima A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament.
(5) Filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-Awtorità, jixraq li jiġi permess it-tqegħid fis-suq tal-formula tat-trabi u ta’ prosegwiment manifatturata mill-idroliżat tal-proteini speċifiku, billi jiżdied Rekwiżiti b’rabta mal-proteini tal-Grupp E mar-rekwiżiti eżistenti dwar il-kompożizzjoni għall-idroliżati tal-proteini stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2016/127.
(6) Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2016/127 jiġi emendat kif xieraq,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Annessi I, II u III tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2025. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS
L-Annessi I, II u III tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127 huma emendati kif ġej:
(1)2.3.2.3.1.2.3.1.1.2.3.1.2.2.3.1.3.2.3.1.4.2.3.2.2.3.2.1.2.3.2.2.2.3.2.3.2.3.2.4.2.3.3.2.3.3.1.2.3.3.2.2.3.3.3.2.3.3.4.2.3.4.2.3.4.1.2.3.4.2.2.3.4.3.2.3.4.4.2.3.5.2.3.5.1.2.3.5.2.2.3.5.3.2.3.5.4.
fl-Anness I, il-punt 2.3 huwa sostitwit b’dan li ġej: Il-formula tat-trabi mmanifatturata mill-idroliżati tal-proteini Il-formula tat-trabi mmanifatturata mill-idroliżati tal-proteini għandha tikkonforma mar-rekwiżiti b’rabta mal-proteini previsti fil-punt 2.3.1, il-punt 2.3.2, il-punt 2.3.3, il-punt 2.3.4 jew il-punt 2.3.5. Ir-rekwiżiti b’rabta mal-proteini tal-grupp A Il-kontenut ta’ proteini Minimu Massimu 0,44 g/100 kJ 0,67 g/100 kJ (1,86 g/100 kcal) (2,8 g/100 kcal) Is-sors tal-proteini Proteina demineralizzata tax-xorrox ħelu miksuba mill-ħalib tal-baqar wara l-preċipitazzjoni enżimatika tal-kaseini bl-użu tal-kimożina, li fiha: L-ipproċessar tal-proteini Proċess ta’ idroliżi f’żewġ stadji bl-użu ta’ preparazzjoni tat-tripsina bi stadju ta’ trattament ta’ sħana (minn 3 sa 10 minuti fi 80 sa 100 C) bejn iż-żewġ stadji ta’ idroliżi. Aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli u L-karnitina Għal valur enerġetiku ugwali, il-formula tat-trabi mmanifatturata mill-idroliżati tal-proteini jrid ikun fiha kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli li tkun ugwali tal-anqas għal dik li tinsab fil-proteina ta’ referenza kif stabbilit fit-Taqsima B tal-Anness III. Madankollu għall-finijiet tal-kalkolu, il-konċentrazzjonijiet tal-metijonina u taċ-ċisteina jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-proporzjon tal-metijonina: il-proporzjon taċ-ċisteina ma jkunx aktar minn 2, u l-konċentrazzjonijiet tal-fenilalanina u tat-tirożina jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-proporzjon tat-tirożina: il-proporzjon tal-fenilalanina mhuwiex akbar minn 2. Il-proporzjon tal-metijonina: ċisteina u tat-tirożina: il-fenilalanina tista’ tkun akbar minn 2, dment li jintwera li l-prodott ikkonċernat ikun xieraq għat-trabi, f’konformità mal-Artikolu 3(3). Il-kontenut ta’ L-karnitina għandu jkun mill-inqas ugwali għal 0,3 mg/100 kJ (1,2 mg/100 kcal). Ir-rekwiżiti b’rabta mal-proteini tal-grupp B Il-kontenut ta’ proteini Minimu Massimu 0,55 g/100 kJ 0,67 g/100 kJ (2,3 g/100 kcal) (2,8 g/100 kcal) Is-sors tal-proteini Proteina tax-xorrox li ġejja mill-ħalib tal-baqar, li tikkonsisti minn: L-ipproċessar tal-proteini Il-materjal sors jiġi idratat u msaħħan. Wara l-istadju tat-trattament bis-sħana, l-idroliżi titwettaq f’pH ta’ bejn 7,5 u 8,5 u temperatura ta’ bejn 55 u 70 C bl-użu ta’ taħlita ta’ enzimi ta’ serina endopeptidażi u kumpless ta’ proteażi/peptidażi. L-enzimi tal-ikel jiġu inattivati fi stadju ta’ trattament bis-sħana (minn 2 sa 10 sekondi f’120 sa 150 C) matul il-proċess tal-produzzjoni. Aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli u L-karnitina Għal valur enerġetiku ugwali, il-formula tat-trabi mmanifatturata mill-idroliżati tal-proteini jrid ikun fiha kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli li tkun ugwali tal-anqas għal dik li tinsab fil-proteina ta’ referenza kif stabbilit fit-Taqsima A tal-Anness III. Madankollu għall-finijiet tal-kalkolu, il-konċentrazzjonijiet tal-metijonina u taċ-ċisteina jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-proporzjon tal-metijonina: il-proporzjon taċ-ċisteina ma jkunx aktar minn 2, u l-konċentrazzjonijiet tal-fenilalanina u tat-tirożina jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-proporzjon tat-tirożina: il-proporzjon tal-fenilalanina mhuwiex akbar minn 2. Il-proporzjon tal-metijonina: ċisteina u tat-tirożina: il-fenilalanina tista’ tkun akbar minn 2, dment li jintwera li l-prodott ikkonċernat ikun xieraq għat-trabi, f’konformità mal-Artikolu 3(3). Il-kontenut ta’ L-karnitina għandu jkun mill-inqas ugwali għal 0,3 mg/100 kJ (1,2 mg/100 kcal). Ir-rekwiżiti b’rabta mal-proteini tal-grupp C Il-kontenut ta’ proteini Minimu Massimu 0,45 g/100 kJ 0,67 g/100 kJ (1,9 g/100 kcal) (2,8 g/100 kcal) Is-sors tal-proteini Proteina tax-xorrox miksuba mill-ħalib tal-baqar, li tikkonsisti minn konċentrat ta’ 100 % proteina tax-xorrox ħelu b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 80 %. L-ipproċessar tal-proteini Il-materjal sors jiġi idratat u msaħħan. Qabel l-idroliżi, il-pH jiġi aġġustat għal 6,5–7,5 f’temperatura ta’ bejn 50 u 65 °C. L-idroliżi titwettaq bl-użu ta’ taħlita ta’ enżimi ta’ serina endopeptidażi u metalloproteażi. L-enzimi tal-ikel jiġu inattivati fi stadju ta’ trattament bis-sħana (bejn 2 sekondi u 10 sekondi f’temperatura ta’ bejn 110 C u 140 C) waqt il-proċess tal-produzzjoni. Aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli u L-karnitina Għal valur enerġetiku ugwali, il-formula tat-trabi mmanifatturata mill-idroliżati tal-proteini jrid ikun fiha kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli li tkun ugwali tal-anqas għal dik li tinsab fil-proteina ta’ referenza kif stabbilit fit-Taqsima A tal-Anness III. Madankollu għall-finijiet tal-kalkolu, il-konċentrazzjonijiet tal-metijonina u taċ-ċisteina jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-proporzjon tal-metijonina: il-proporzjon taċ-ċisteina ma jkunx aktar minn 2, u l-konċentrazzjonijiet tal-fenilalanina u tat-tirożina jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-proporzjon tat-tirożina: il-proporzjon tal-fenilalanina mhuwiex akbar minn 2. Il-proporzjon tal-metijonina: ċisteina u tat-tirożina: il-fenilalanina jista’ jkun akbar minn 2, dment li jintwera li l-prodott ikkonċernat ikun xieraq għat-trabi, f’konformità mal-Artikolu 3(3). Il-kontenut ta’ L-karnitina għandu jkun mill-inqas ugwali għal 0,3 mg/100 kJ (1,2 mg/100 kcal). Ir-rekwiżiti b’rabta mal-proteini tal-grupp D Il-kontenut ta’ proteini Minimu Massimu 0,57 g/100 kJ 0,67 g/100 kJ (2,4 g/100 kcal) (2,8 g/100 kcal) Is-sors tal-proteini Proteina tax-xorrox miksuba mill-ħalib tal-baqar, li tikkonsisti minn konċentrat ta’ 100 % proteina tax-xorrox ħelu b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 70 %. L-ipproċessar tal-proteini Il-materjal sors jiġi idratat u msaħħan. Wara l-istadju tat-trattament bis-sħana, l-idroliżi titwettaq f’pH ta’ bejn 7,0 u 8,0 u temperatura ta’ bejn 50 u 60 °C bl-użu ta’ proċess ta’ idroliżi f’żewġ stadji bl-użu ta’ serina endopeptidażi u metalloproteażi. L-enzimi tal-ikel jiġu inattivati bit-trattament bis-sħana (f’temperatura bejn 100 u 120 °C għal mill-inqas 30 sekonda) matul il-proċess tal-produzzjoni. Aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli u L-karnitina Għal valur enerġetiku ugwali, il-formula tat-trabi mmanifatturata mill-idroliżati tal-proteini jrid ikun fiha kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli li tkun ugwali tal-anqas għal dik li tinsab fil-proteina ta’ referenza kif stabbilit fit-Taqsima A tal-Anness III. Madankollu għall-finijiet tal-kalkolu, il-konċentrazzjonijiet tal-metijonina u taċ-ċisteina jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-proporzjon tal-metijonina: il-proporzjon taċ-ċisteina ma jkunx aktar minn 2, u l-konċentrazzjonijiet tal-fenilalanina u tat-tirożina jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-proporzjon tat-tirożina: il-proporzjon tal-fenilalanina mhuwiex akbar minn 2. Il-proporzjon tal-metijonina: ċisteina u tat-tirożina: il-fenilalanina jista’ jkun akbar minn 2, dment li jintwera li l-prodott ikkonċernat ikun xieraq għat-trabi, f’konformità mal-Artikolu 3(3). Il-kontenut ta’ L-karnitina għandu jkun mill-inqas ugwali għal 0,3 mg/100 kJ (1,2 mg/100 kcal). Ir-rekwiżiti b’rabta mal-proteini tal-grupp E Il-kontenut ta’ proteini Minimu Massimu 0,48 g/100 kJ 0,67 g/100 kJ (2,0 g/100 kcal) (2,8 g/100 kcal) Is-sors tal-proteini Proteina tax-xorrox miksuba mill-ħalib tal-baqar, li tikkonsisti minn konċentrat ta’ 100 % proteina tax-xorrox b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 80 %. L-ipproċessar tal-proteini Il-materjal sors jiġi idratat u msaħħan. Wara l-istadju tat-trattament bis-sħana, il-pH tiġi aġġustata għal bejn 7 u 8, f’temperatura ta’ bejn 50 u 70 °C, bl-użu ta’ proċess ta’ idroliżi f’żewġ stadji li jutilizza s-serina endopeptidażi. L-enzimi tal-ikel jiġu inattivati bit-trattament bis-sħana (f’temperatura bejn 80 u 90 °C għal bejn 25 u 35 minuta) matul il-proċess tal-produzzjoni. Aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli u L-karnitina Għal valur enerġetiku ugwali, il-formula tat-trabi mmanifatturata mill-idroliżati tal-proteini jrid ikun fiha kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli li tkun ugwali tal-anqas għal dik li tinsab fil-proteina ta’ referenza kif stabbilit fit-Taqsima A tal-Anness III. Madankollu għall-finijiet tal-kalkolu, il-konċentrazzjonijiet tal-metijonina u taċ-ċisteina jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-proporzjon tal-metijonina: il-proporzjon taċ-ċisteina ma jkunx aktar minn 2, u l-konċentrazzjonijiet tal-fenilalanina u tat-tirożina jistgħu jingħaddu flimkien jekk il-proporzjon tat-tirożina: il-proporzjon tal-fenilalanina mhuwiex akbar minn 2. Il-proporzjon tal-metijonina: ċisteina u tat-tirożina: il-fenilalanina jista’ jkun akbar minn 2, dment li jintwera li l-prodott ikkonċernat ikun xieraq għat-trabi, f’konformità mal-Artikolu 3(3). Il-kontenut ta’ L-karnitina għandu jkun mill-inqas ugwali għal 0,3 mg/100 kJ (1,2 mg/100 kcal).;
(1)2.3.2.3.1.2.3.1.1.2.3.1.2.
(a) 63 % iżolati tal-proteini tax-xorrox mingħajr kaseino-glikomakropeptid b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 95 % ta’ materja niexfa u denaturazzjoni tal-proteini ta’ inqas minn 70 % u kontenut massimu ta’ rmied ta’ 3 %; kif ukoll
(b) 37 % konċentrat tal-proteina tax-xorrox ħelu b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 87 % ta’ materja niexfa u b’denaturazzjoni tal-proteini ta’ inqas minn 70 % u b’kontenut massimu ta’ rmied ta’ 3,5 %.
(1)2.3.2.3.1.2.3.1.1.2.3.1.2.2.3.1.3.2.3.1.4.2.3.2.2.3.2.1.2.3.2.2.
(a) 77 % xorrox aċiduż, li ġej mill-konċentrat ta’ proteina tax-xorrox b’kontenut ta’ proteini ta’ bejn 35 % u 80 %;
(b) 23 % xorrox ħelu, li ġej mix-xorrox ħelu demineralizzat b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 12,5 %.
(2)2.3.2.3.1.2.3.1.1.2.3.1.2.2.3.1.3.2.3.1.4.2.3.2.2.3.2.1.2.3.2.2.2.3.2.3.2.3.2.4.2.3.3.2.3.3.1.2.3.3.2.2.3.3.3.2.3.3.4.2.3.4.2.3.4.1.2.3.4.2.2.3.4.3.2.3.4.4.2.3.5.2.3.5.1.2.3.5.2.2.3.5.3.2.3.5.4.
fl-Anness II, il-punt 2.3. huwa sostitwit b’dan li ġej: Il-formula ta’ prosegwiment immanifatturata mill-idroliżati tal-proteini Il-formula ta’ prosegwiment immanifatturata mill-idroliżati tal-proteini għandha tikkonforma mar-rekwiżiti b’rabta mal-proteini previsti fil-punt 2.3.1, il-punt 2.3.2, il-punt 2.3.3, il-punt 2.3.4 jew il-punt 2.3.5. Ir-rekwiżiti b’rabta mal-proteini tal-grupp A Il-kontenut ta’ proteini Minimu Massimu 0,44 g/100 kJ 0,67 g/100 kJ (1,86 g/100 kcal) (2,8 g/100 kcal) Is-sors tal-proteini Proteina demineralizzata tax-xorrox ħelu miksuba mill-ħalib tal-baqar wara l-preċipitazzjoni enżimatika tal-kaseini bl-użu tal-kimożina, li fiha: L-ipproċessar tal-proteini Proċess ta’ idroliżi f’żewġ stadji bl-użu ta’ preparazzjoni ta’ tripsina bi stadju ta’ trattament ta’ sħana (minn 3 sa 10 minuti fi 80 sa 100 C) bejn iż-żewġ stadji ta’ idroliżi. Aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli Għal valur enerġetiku ugwali, il-formula ta’ prosegwiment manifatturata mill-idroliżati tal-proteini jrid ikun fiha kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli li tkun ugwali tal-anqas għal dik li tinsab fil-proteina ta’ referenza kif stabbilit fit-Taqsima B tal-Anness III. Madankollu għall-finijiet tal-kalkolu, il-konċentrazzjoni tal-metijonina u taċ-ċisteina u l-konċentrazzjoni tal-fenilalanina u taċ-tirożina jistgħu jingħaddu flimkien. Ir-rekwiżiti b’rabta mal-proteini tal-grupp B Il-kontenut ta’ proteini Minimu Massimu 0,55 g/100 kJ 0,67 g/100 kJ (2,3 g/100 kcal) (2,8 g/100 kcal) Is-sors tal-proteini Proteina tax-xorrox li ġejja mill-ħalib tal-baqar, li tikkonsisti minn: L-ipproċessar tal-proteini Il-materjal sors jiġi idratat u msaħħan. Wara l-istadju tat-trattament bis-sħana, l-idroliżi titwettaq f’pH ta’ bejn 7,5 u 8,5 u temperatura ta’ bejn 55 u 70 C bl-użu ta’ taħlita ta’ enzimi ta’ serina endopeptidażi u kumpless ta’ proteażi/peptidażi. L-enzimi tal-ikel jiġu inattivati fi stadju ta’ trattament bis-sħana (minn 2 sa 10 sekondi f’120 sa 150 C) matul il-proċess tal-produzzjoni. Aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli Għal valur enerġetiku ugwali, il-formula ta’ prosegwiment manifatturata mill-idroliżati tal-proteina jrid ikun fiha kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli li tkun ugwali tal-anqas għal dik li tinsab fil-proteina ta’ referenza kif stabbilit fit-Taqsima A tal-Anness III. Madankollu għall-finijiet tal-kalkolu, il-konċentrazzjoni tal-metijonina u taċ-ċisteina u l-konċentrazzjoni tal-fenilalanina u taċ-tirożina jistgħu jingħaddu flimkien. Ir-rekwiżiti b’rabta mal-proteini tal-grupp C Il-kontenut ta’ proteini Minimu Massimu 0,45 g/100 kJ 0,67 g/100 kJ (1,9 g/100 kcal) (2,8 g/100 kcal) Is-sors tal-proteini Proteina tax-xorrox miksuba mill-ħalib tal-baqar, li tikkonsisti minn konċentrat ta’ 100 % proteina tax-xorrox ħelu b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 80 %. L-ipproċessar tal-proteini Il-materjal sors jiġi idratat u msaħħan. Qabel l-idroliżi, il-pH jiġi aġġustat għal 6,5–7,5 f’temperatura ta’ bejn 50 °C u 65 °C. L-idroliżi titwettaq bl-użu ta’ taħlita ta’ enżimi ta’ serina endopeptidażi u metalloproteażi. L-enzimi tal-ikel jiġu inattivati fi stadju ta’ trattament bis-sħana (bejn 2 sekondi u 10 sekondi f’temperatura ta’ bejn 110 C u 140 °C) waqt il-proċess tal-produzzjoni. Aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli Għal valur enerġetiku ugwali, il-formula ta’ prosegwiment manifatturata mill-idroliżati tal-proteina jrid ikun fiha kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli li tkun ugwali tal-anqas għal dik li tinsab fil-proteina ta’ referenza kif stabbilit fit-Taqsima A tal-Anness III. Madankollu għall-finijiet tal-kalkolu, il-konċentrazzjoni tal-metijonina u taċ-ċisteina u l-konċentrazzjoni tal-fenilalanina u taċ-tirożina jistgħu jingħaddu flimkien. Ir-rekwiżiti b’rabta mal-proteini tal-grupp D Il-kontenut ta’ proteini Minimu Massimu 0,57 g/100 kJ 0,67 g/100 kJ (2,4 g/100 kcal) (2,8 g/100 kcal) Is-sors tal-proteini Proteina tax-xorrox miksuba mill-ħalib tal-baqar, li tikkonsisti minn konċentrat ta’ 100 % proteina tax-xorrox ħelu b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 70 %. L-ipproċessar tal-proteini Il-materjal sors jiġi idratat u msaħħan. Wara l-istadju tat-trattament bis-sħana, l-idroliżi titwettaq f’pH ta’ bejn 7,0 u 8,0 u temperatura ta’ bejn 50 u 60 °C bl-użu ta’ proċess ta’ idroliżi f’żewġ stadji bl-użu ta’ serina endopeptidażi u metalloproteażi. L-enzimi tal-ikel jiġu inattivati bit-trattament bis-sħana (f’temperatura bejn 100 u 120 °C għal mill-inqas 30 sekonda) matul il-proċess tal-produzzjoni. Aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli Għal valur enerġetiku ugwali, il-formula ta’ prosegwiment manifatturata mill-idroliżati tal-proteina jrid ikun fiha kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli li tkun ugwali tal-anqas għal dik li tinsab fil-proteina ta’ referenza kif stabbilit fit-Taqsima A tal-Anness III. Madankollu għall-finijiet tal-kalkolu, il-konċentrazzjoni tal-metijonina u taċ-ċisteina u l-konċentrazzjoni tal-fenilalanina u taċ-tirożina jistgħu jingħaddu flimkien. Ir-rekwiżiti b’rabta mal-proteini tal-grupp E Il-kontenut ta’ proteini Minimu Massimu 0,48 g/100 kJ 0,67 g/100 kJ (2,0 g/100 kcal) (2,8 g/100 kcal) Is-sors tal-proteini Proteina tax-xorrox miksuba mill-ħalib tal-baqar, li tikkonsisti minn konċentrat ta’ 100 % proteina tax-xorrox b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 80 %. L-ipproċessar tal-proteini Il-materjal sors jiġi idratat u msaħħan. Wara l-istadju tat-trattament bis-sħana, il-pH tiġi aġġustata għal bejn 7 u 8, f’temperatura ta’ bejn 50 u 70 °C, bl-użu ta’ proċess ta’ idroliżi f’żewġ stadji li jutilizza s-serina endopeptidażi. L-enzimi tal-ikel jiġu inattivati bit-trattament bis-sħana (f’temperatura bejn 80 u 90 °C għal bejn 25 u 35 minuta) matul il-proċess tal-produzzjoni. Aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli Għal valur enerġetiku ugwali, il-formula ta’ prosegwiment manifatturata mill-idroliżati tal-proteina jrid ikun fiha kwantità disponibbli ta’ kull aċidu amminiku indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli li tkun ugwali tal-anqas għal dik li tinsab fil-proteina ta’ referenza kif stabbilit fit-Taqsima A tal-Anness III. Madankollu għall-finijiet tal-kalkolu, il-konċentrazzjoni tal-metijonina u taċ-ċisteina u l-konċentrazzjoni tal-fenilalanina u taċ-tirożina jistgħu jingħaddu flimkien.;
(2)2.3.2.3.1.2.3.1.1.2.3.1.2.
(a) 63 % iżolati tal-proteini tax-xorrox mingħajr kaseino-glikomakropeptid b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 95 % ta’ materja niexfa u denaturazzjoni tal-proteini ta’ inqas minn 70 % u kontenut massimu ta’ rmied ta’ 3 %; kif ukoll
(b) 37 % konċentrat tal-proteina tax-xorrox ħelu b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 87 % ta’ materja niexfa u b’denaturazzjoni tal-proteini ta’ inqas minn 70 % u b’kontenut massimu ta’ rmied ta’ 3,5 %.
(2)2.3.2.3.1.2.3.1.1.2.3.1.2.2.3.1.3.2.3.1.4.2.3.2.2.3.2.1.2.3.2.2.
(a) 77 % xorrox aċiduż, li ġej minn konċentrat tal-proteina tax-xorrox b’kontenut ta’ proteini ta’ bejn 35 % u 80 %;
(b) 23 % xorrox ħelu, li ġej mix-xorrox ħelu demineralizzat b’kontenut minimu ta’ proteini ta’ 12,5 %.
(3) fl-Anness III, is-sentenza introduttorja fit-Taqsima A hija sostitwita b’dan li ġej: Għall-finijiet tal-punti 2.1, 2.2, 2.3.2, 2.3.3, 2.3.4 u 2.3.5 tal-Annessi I u II, l-aċidi amminiċi indispensabbli u kundizzjonalment indispensabbli fil-ħalib tal-omm, espressi f’mg għal kull 100 kJ u 100 kcal, huma dawn li ġejjin:.