Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2210 tal-31 ta’ Ottubru 2025 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-oġġetti u tal-prodotti proċessati li jinġiebu fil-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva tal-Istati Membri (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2025/2210@2025-10-31/mt
Contents
- Preamble
- KAPITOLU I DEFINIZZJONIJIET
- Artikolu 1 Definizzjonijiet
- KAPITOLU II REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-OĠĠETTI
- Artikolu 2 Riċevitur
- Artikolu 3 Wasla tal-oġġetti
- Artikolu 4 Preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-wasla
- 4.
- KAPITOLU III REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-PRODOTTI PROĊESSATI
- Artikolu 5 Persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid għall-prodotti proċessati
- Artikolu 6 Esportazzjoni mill-ġdid tal-prodotti proċessati
- Artikolu 7 Data fid-dokument ta’ rilaxx
- KAPITOLU IV REGOLI APPLIKABBLI FIR-RIGWARD TAL-OĠĠETTI U L-PRODOTTI PROĊESSATI
- Artikolu 8 Data fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid, fin-notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew fid-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ
- Artikolu 9 Kontrolli mill-awtoritajiet doganali
- Artikolu 10 Dikjarazzjoni tas-CBAM
- Artikolu 11 Żamma ta’ dokumenti u informazzjoni oħra, u l-imposti u l-kostijiet għas-servizzi doganali
- Artikolu 12 Dħul fis-seħħ
- ANNEX
- ANNESS I FORMATI U KODIĊIJIET TAR-REKWIŻITI TAD-DATA KOMUNI GĦAD-DIKJARAZZJONI ELETTRONIKA TAL-WASLA GĦALL-OĠĠETTI CBAM LI JINĠIEBU FIŻ-ŻONA EKONOMIKA ESKLUŻIVA (ŻEE) JEW FUQ IL-BLATA KONTINENTALI (CS, CONTINENTAL SHELF)
- TITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali
- TITOLU II Formati, kardinalitajiet u referenzi għal-listi ta’ kodiċijiet applikabbli tar-rekwiżiti tad-data komuni għad-dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti tas-CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali
- Taqsima 1 Introduzzjoni
- Taqsima 2 Tabella tal-elementi tad-data
- Taqsima 3 Noti dwar ir-rekwiżiti tad-data
- CBRD 01 01 … Riċevitur
- CBRD 02 01 … Post fejn jaslu l-oġġetti kkonċernati
- CBRD 03 01 … Informazzjoni dwar l-oġġetti
- CBRD 04 01 … Stat Membru kompetenti
- CBRD 05 01 … Data tal-wasla, MRN
- CBRD 06 01 … Dokumenti ta’ sostenn u informazzjoni addizzjonali
- CBRD 07 01 … Awtentikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-wasla
- CBRD 11 01 … Rimarki mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru
- TITOLU III Kodiċijiet b’rabta mad-dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali
- Taqsima 1. Introduzzjoni
- Taqsima 2. Kodiċijiet fil-listi ta’ kodiċijiet
- ANNESS II 1.2.3.4.5.6.7.8. REKWIŻITI TAD-DATA KOMUNI GĦAD-DIKJARAZZJONI MHUX ELETTRONIKA TAL-WASLA GĦALL-OĠĠETTI CBAM LI JINĠIEBU FIŻ-ŻONA EKONOMIKA ESKLUŻIVA (ŻEE) JEW FUQ IL-BLATA KONTINENTALI (CS, CONTINENTAL SHELF)
- GĦALL-UŻU DOGANALI BISS
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (UE) 2023/956 japplika għall-oġġetti elenkati fl-Anness I tiegħu li joriġinaw minn pajjiż terz, fejn dawk l-oġġetti, jew il-prodotti proċessati minn dawk l-oġġetti li jirriżultaw mill-proċedura ta’ proċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jinġiebu fi gżira artifiċjali, struttura fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru fil-viċinanzi immedjati tat-territorju doganali tal-Unjoni.
(2) Jekk l-oġġetti u l-prodotti proċessati msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/956 jinġiebu fi gżira artifiċjali, struttura fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma jew kwalunkwe struttura oħra fuq il-blata kontinentali, jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru tal-Unjoni, mit-territorju doganali tal-Unjoni, l-Artikoli 270, 271 u 274 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jirrikjedu li tintuża dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid, notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ biex jiġu ddikjarati tali oġġetti jew prodotti qabel jitilqu mit-territorju doganali tal-Unjoni.
(3) Sabiex jiġi ddeterminat id-detentur tal-obbligi skont ir-Regolament (UE) 2023/956, jeħtieġ jiġi ddeterminat min fl-Unjoni jenħtieġ li jitqies bħala importatur għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2023/956, meta l-oġġetti kkonċernati jinġiebu fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru fil-viċinanzi immedjati tat-territorju doganali tal-Unjoni.
(4) Sabiex jiġu ssimplifikati l-kontrolli li jwettqu l-awtoritajiet doganali skont dan ir-Regolament, meta l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 li joriġinaw minn pajjiż terz, inkluż l-oġġetti li jirriżultaw minn proċedura ta’ pproċessar attiv msemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, mingħajr ma jiġu pproċessati, jew minn proċeduri ta’ tranżitu jew ta’ ħżin imsemmija fl-Artikoli 210 ta’ dak ir-Regolament, jinġiebu fi gżira artifiċjali, struttura fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru fil-viċinanzi immedjati tat-territorju doganali tal-UE, ir-riċevitur tal-oġġetti fil-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva li hu d-detentur tal-liċenzji li jippermettu operazzjonijiet kummerċjali f’dik il-blata kontinentali u fiż-żona ekonomika esklużiva jenħtieġ li jitqies bħala importatur.
(5) Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dovuta tkun disponibbli fil-ħin għall-awtoritajiet doganali, l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 jenħtieġ li jiġu ddikjarati permezz ta’ dikjarazzjoni tal-wasla ppreżentata mir-riċevitur fi żmien 30 jum mill-wasla tal-oġġetti kkonċernati fuq gżira artifiċjali, struttura fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva. Peress li l-Istat Membru li għalih tappartjeni l-blata kontinentali jew iż-żona ekonomika esklużiva jkun fl-aħjar pożizzjoni biex jagħmel il-kontrolli, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tiġi ppreżentata għand l-awtorità doganali kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.
(6) Peress li r-riċevitur tal-prodotti proċessati fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva jaf ma jkollux l-informazzjoni meħtieġa dwar il-prodotti rilevanti għall-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM, Carbon Border Adjustment Mechanism) użati fil-prodotti proċessati, meta l-prodotti proċessati mill-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 li jirriżultaw mill-proċedura ta’ pproċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jinġiebu fi gżira artifiċjali, struttura fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru fil-viċinanzi immedjati tat-territorju doganali tal-Unjoni, il-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid li tkopri l-prodotti proċessati li jirriżultaw mill-proċedura ta’ pproċessar attiv jew il-persuna li f’isimha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid, jenħtieġ li titqies bħala importatur.
(7) Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dovuta tkun disponibbli għall-awtoritajiet doganali, meta d-detentur tal-proċedura ta’ pproċessar attiv tkun l-istess persuna bħal dik li tkun qed tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid, id-dokument ta’ rilaxx relatat mal-oġġetti kkonċernati jenħtieġ li jinkludi n-numru tal-kont tas-CBAM tal-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew tar-rappreżentant doganali indirett li jkun qabel li jaġixxi bħala dikjarant awtorizzat tas-CBAM, l-oriġini tal-oġġetti u indikazzjoni taż-żona ekonomika esklużiva jew tal-blata kontinentali tal-Istat Membru fejn ikunu se jinġiebu.
(8) Peress li r-riċevitur tal-oġġetti hu ekwivalenti għal importatur, meta l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 li joriġinaw minn pajjiż terz jinġiebu fi gżira artifiċjali, struttura fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru fil-viċinanzi immedjati tat-territorju doganali tal-Unjoni, il-wasla ta’ dawk l-oġġetti jenħtieġ li titqies bħala importazzjoni.
(9) Peress li l-esportatur mill-ġdid tal-oġġetti hu ekwivalenti għal importatur, meta l-prodotti proċessati mill-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 li jirriżultaw mill-proċedura ta’ pproċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jinġiebu fi gżira artifiċjali, struttura fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru fil-viċinanzi immedjati tat-territorju doganali tal-Unjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid jenħtieġ li titqies bħala importazzjoni.
(10) Biex jiġi żgurat li l-informazzjoni meħtieġa ħalli jkun jista’ jiġi ddeterminat jekk is-CBAM jenħtieġx li japplika u jekk l-importatur huwiex dikjarant awtorizzat tas-CBAM, tkun disponibbli għall-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li għalih tappartjeni ż-żona ekonomika esklużiva jew il-blata kontinentali, il-wasal tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/956 jenħtieġ li tiġi ddikjarata mir-riċevitur permezz ta’ dikjarazzjoni tal-wasla.
(11) Għall-finijiet ta’ kontroll, meta l-oġġetti jinġiebu fiż-żona ekonomika esklużiva jew fil-blata kontinentali ta’ Stat Membru, id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid, in-notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ, jenħtieġ li jkollha l-indikazzjoni tal-blata kontinentali jew taż-żona ekonomika esklużiva tal-Istat Membru li fih jinġiebu dawk l-oġġetti u tal-pajjiż tal-oriġini. Meta jkunu kkonċernati prodotti proċessati, id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid jenħtieġ li jkun fiha wkoll in-numru tal-kont tas-CBAM tal-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew tar-rappreżentant doganali indirett li jkun qabel li jaġixxi bħala dikjarant awtorizzat tas-CBAM.
(12) Peress li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontrolli doganali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 ma japplikawx barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi fir-rigward tal-kontrolli doganali.
(13) Għall-finijiet ta’ kontroll, jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli dwar iż-żamma tad-dokumenti u tal-informazzjoni, kif ukoll l-imposti u l-kostijiet, għas-servizzi doganali msemmija fir-Regolament (UE) Nru 952/2013.
(14) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għas-CBAM,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1) detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ipproċessar attiv tfisser id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-aħħar proċedura ta’ proċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 applikata għall-oġġetti qabel l-esportazzjoni mill-ġdid lejn il-blata kontinentali jew iż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru, li minnha rriżultaw il-prodotti proċessati; (2) dokument ta’ rilaxx tfisser id-dokument ta’ rilaxx previst fl-Artikolu 175 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446; (3) riċevitur tfisser il-persuna li tkun id-detentur ta’ liċenzja jew awtorizzazzjoni biex twettaq attivitajiet kummerċjali fil-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membri, u li tirċievi jew tkun għamlet arranġamenti biex tirċievi l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/956 f’dik il-blata kontinentali jew f’dik iż-żona ekonomika esklużiva; (4) wasla tfisser il-wasla fiżika tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/956 għand ir-riċevitur fil-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru.
(1) detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ipproċessar attiv tfisser id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-aħħar proċedura ta’ proċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 applikata għall-oġġetti qabel l-esportazzjoni mill-ġdid lejn il-blata kontinentali jew iż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru, li minnha rriżultaw il-prodotti proċessati;
(2) dokument ta’ rilaxx tfisser id-dokument ta’ rilaxx previst fl-Artikolu 175 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446;
(3) riċevitur tfisser il-persuna li tkun id-detentur ta’ liċenzja jew awtorizzazzjoni biex twettaq attivitajiet kummerċjali fil-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membri, u li tirċievi jew tkun għamlet arranġamenti biex tirċievi l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/956 f’dik il-blata kontinentali jew f’dik iż-żona ekonomika esklużiva;
(4) wasla tfisser il-wasla fiżika tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/956 għand ir-riċevitur fil-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru.
KAPITOLU II REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-OĠĠETTI
Artikolu 2 Riċevitur
Ir-riċevitur għandu jitqies bħala importatur għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2023/956.
Artikolu 3 Wasla tal-oġġetti
Il-wasla għandha titqies bħala importazzjoni għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2023/956.
Artikolu 4 Preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-wasla
1. Ir-riċevitur għandu jiddikjara l-wasla permezz ta’ dikjarazzjoni tal-wasla (dikjarazzjoni tal-wasla).
2. Id-dikjarazzjoni tal-wasla għandha tiġi ppreżentata mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn 30 jum mill-wasla, bl-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-ipproċessar tad-data, għand l-awtorità doganali tal-Istat Membru li għalih tappartjeni l-blata kontinentali jew iż-żona ekonomika esklużiva.
3. Id-dikjarazzjoni tal-wasla għandu jkun fiha l-elementi tad-data stabbiliti fl-Anness I u għandu jkollha magħha d-dokumenti ta’ sostenn.
4. L-awtorità doganali tista’ tippermetti li d-dikjarazzjoni tal-wasla tiġi ppreżentata b’mezzi oħra li ma jkunux elettroniċi għall-ipproċessar tad-data. F’dak il-każ, ir-riċevitur għandu jippreżenta d-dikjarazzjoni tal-wasla f’waħda mill-forom li ġejjin: (a) fuq karta stampata, billi tintuża l-formola stabbilita fl-Anness II bl-oriġinal u kopja waħda, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn tal-elementi tad-data provduti fil-formola; (b) bl-email, billi jintuża l-istess format tal-formola stabbilita fl-Anness II flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn tal-elementi tad-data provduti fil-formola.
4.
(a) fuq karta stampata, billi tintuża l-formola stabbilita fl-Anness II bl-oriġinal u kopja waħda, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn tal-elementi tad-data provduti fil-formola;
(b) bl-email, billi jintuża l-istess format tal-formola stabbilita fl-Anness II flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn tal-elementi tad-data provduti fil-formola.
5. Malli tirċievi d-dikjarazzjoni tal-wasla, l-awtorità doganali għandha tivverifika l-validità tan-numru tal-kont tas-CBAM imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2023/956, tirreġistra d-dikjarazzjoni tal-wasla u tikkonferma li rċivietha.
6. Meta jintuża l-format imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (a), l-awtorità doganali għandha żżomm id-dikjarazzjoni oriġinali tal-wasla u tirritorna l-kopja tad-dikjarazzjoni tal-wasla lir-riċevitur ladarba jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.
7. Meta jintuża l-format imsemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b), l-awtorità doganali għandha tibgħat messaġġ lura ladarba jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5. L-awtorità doganali tista’ tiddeċiedi li taċċetta wieħed biss miż-żewġ formati msemmija fil-paragrafu 4. F’dan il-każ, għandha tiżgura li d-deċiżjoni tkun disponibbli pubblikament.
KAPITOLU III REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-PRODOTTI PROĊESSATI
Artikolu 5 Persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid għall-prodotti proċessati
Il-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid għall-prodotti proċessati msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/956 jew, meta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid tiġi ppreżentata minn rappreżentant doganali indirett f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, il-persuna li f’isimha tiġi ppreżentata tali dikjarazzjoni, għandha titqies bħala importatur għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2023/956.
Artikolu 6 Esportazzjoni mill-ġdid tal-prodotti proċessati
L-esportazzjoni mill-ġdid tal-prodotti proċessati msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/956, lejn gżira artifiċjali, struttura fissa jew li żżomm f’wiċċ l-ilma, jew kwalunkwe struttura oħra fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru fil-viċinanzi immedjati tat-territorju doganali tal-Unjoni, għandha titqies bħala importazzjoni għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2023/956.
Artikolu 7 Data fid-dokument ta’ rilaxx
Meta d-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-ipproċessar attiv, li minnu jirriżultaw il-prodotti proċessati msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/956, ikun l-istess persuna bħall-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew il-persuna li f’isimha tiġi ppreżentata dik id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid, imsemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, dik il-persuna għandha tindika l-informazzjoni li ġejja fid-dokument ta’ rilaxx: (a) in-numru tal-kont tas-CBAM imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2023/956; (b) il-blata kontinentali jew iż-żona ekonomika esklużiva tal-Istat Membru li jridu jinġiebu fih dawk il-prodotti proċessati; (c) il-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti.
(a) in-numru tal-kont tas-CBAM imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2023/956;
(b) il-blata kontinentali jew iż-żona ekonomika esklużiva tal-Istat Membru li jridu jinġiebu fih dawk il-prodotti proċessati;
(c) il-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti.
KAPITOLU IV REGOLI APPLIKABBLI FIR-RIGWARD TAL-OĠĠETTI U L-PRODOTTI PROĊESSATI
Artikolu 8 Data fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid, fin-notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew fid-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ
Meta l-oġġetti jew il-prodotti proċessati msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/956 jinġiebu mit-territorju doganali tal-Unjoni, id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid, in-notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew id-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ għandu jkollha l-indikazzjoni tal-blata kontinentali jew taż-żona ekonomika esklużiva tal-Istat Membru li jridu jinġiebu fih dawk l-oġġetti jew il-prodotti proċessati, u l-pajjiż tal-oriġini, billi jintużaw il-kodiċijiet ta’ referenza addizzjonali rilevanti kif imsemmi fl-element tad-data 12 02 000 000 fl-Anness B, it-Titolu II, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447. Meta jkunu kkonċernati prodotti proċessati, id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid għandu jkun fiha wkoll l-element tad-data 12 04 000 000 fl-Anness B, it-Titolu II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, in-numru tal-kont tas-CBAM tal-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew tar-rappreżentant doganali indirett li jkun qabel li jaġixxi bħala dikjarant awtorizzat tas-CBAM.
Artikolu 9 Kontrolli mill-awtoritajiet doganali
1. L-awtoritajiet doganali jistgħu jeżaminaw l-oġġetti u l-prodotti proċessati msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2023/956, u jieħdu l-kampjuni. Jistgħu wkoll jivverifikaw il-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni tal-wasla, fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid, fin-notifika ta’ esportazzjoni mill-ġdid, fid-dikjarazzjoni fil-qosor tal-ħruġ u fid-dokument ta’ rilaxx, u jivverifikaw l-eżistenza, l-awtentiċità, il-preċiżjoni u l-validità ta’ kwalunkwe dokument ta’ sostenn.
2. L-awtoritajiet doganali jistgħu jeżaminaw il-kontijiet tal-importatur imsemmi fl-Artikoli 2 u 5 ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll rekords oħra relatati mal-operazzjonijiet kummerċjali fir-rigward ta’ dawk l-oġġetti u l-prodotti proċessati, jew ta’ operazzjonijiet kummerċjali preċedenti jew sussegwenti li jinvolvu dawk l-oġġetti u l-prodotti proċessati.
3. Il-kontrolli u l-eżamijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jsiru fl-uffiċċji tad-detentur tal-oġġetti jew ta’ kwalunkwe rappreżentant tad-detentur, jew ta’ kwalunkwe persuna oħra involuta direttament jew indirettament fl-operazzjonijiet imsemmija f’dawk il-paragrafi fil-kapaċità kummerċjali, jew ta’ kwalunkwe persuna oħra li jkollha d-dokumenti u d-data msemmija f’dawk il-paragrafi għal finijiet kummerċjali.
Artikolu 10 Dikjarazzjoni tas-CBAM
1. Id-dikjarazzjoni tas-CBAM imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2023/956 għall-oġġetti msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament, għandu jkollha magħha kopja tad-dikjarazzjoni tal-wasla.
2. Id-dikjarazzjoni tas-CBAM imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2023/956 għall-prodotti proċessati msemmija fl-Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament, għandu jkollha magħha kopja tad-dokument ta’ rilaxx, meta l-persuna li tippreżenta d-dokument ta’ rilaxx tkun l-istess bħall-persuna li tippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid jew il-persuna li f’isimha tiġi ppreżentata dik id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni mill-ġdid.
Artikolu 11 Żamma ta’ dokumenti u informazzjoni oħra, u l-imposti u l-kostijiet għas-servizzi doganali
1. L-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward taż-żamma tad-dokumenti u ta’ informazzjoni oħra.
2. L-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward tat-tariffi u l-kostijiet.
Artikolu 12 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Ottubru 2025. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
Grp. i. Id-dispożizzjonijiet inklużi f’dawn in-noti huma applikabbli għat-Titoli kollha ta’ dan l-Anness. Ir-rekwiżiti tad-data stabbiliti f’dan l-Anness japplikaw għad-dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali billi jintuża mezz elettroniku għall-ipproċessar tad-data. Il-formati, il-kodiċijiet, u jekk applikabbli, l-istruttura tar-rekwiżiti tad-data inklużi f’dan l-Anness, huma applikabbli fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data għad-dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali. It-Titolu II jinkludi l-formati, il-kardinalitajiet u, meta applikabbli, ir-referenza għal-listi ta’ kodiċijiet għad-dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali tal-elementi tad-data. Meta l-informazzjoni f’dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali tkun fil-forma ta’ kodiċijiet, għandha tiġi applikata l-lista ta’ kodiċijiet prevista fit-Titolu III ta’ dan l-Anness. It-terminu tip/tul fl-ispjegazzjoni ta’ attribut jindika r-rekwiżiti għat-tip tad-data u għat-tul tad-data. Il-kodiċijiet għat-tipi tad-data huma kif ġej: a alfabetiku; n numeriku; an alfanumeriku; binarju Fajls b’format binarju mhumiex fajls testwali komuni. Eżempji tipiċi jinkludu [(imma mhux biss)] pdf, jpg, png. It-tipi ta’ fajls permessi fl-iskambju ta’ informazzjoni huma speċifikati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti tas-sistemi ta’ informazzjoni rispettivi. In-numru ta’ wara l-kodiċi jindika t-tul ammissibbli tad-data. Iż-żewġ tikek fakultattivi qabel l-indikatur tat-tul ifissru li d-data ma għandhiex tul fiss, iżda jista’ jkollha numru ta’ ċifri, kif speċifikat mill-indikatur tat-tul. Virgola fit-tul tad-data tfisser li l-attribut jista’ jkollu deċimali, iċ-ċifra qabel il-virgola tindika t-tul totali tal-attribut, iċ-ċifra wara l-virgola tindika n-numru massimu ta’ ċifri wara l-punt deċimali. Eżempji ta’ tulijiet u ta’ formati tat-taqsimiet: a1 karattru alfabetiku wieħed, tul fiss; n2 żewġ karattri numeriċi, tul fiss; an3 tliet karattri alfanumeriċi, tul fiss; a..4 sa erba’ karattri alfabetiċi; n..5 sa ħames karattri numeriċi; an..6 sa sitt karattri alfanumeriċi; n..7,2 sa seba’ karattri numeriċi inkluż massimu ta’ żewġ deċimali, b’delimitatur li jista’ jkun varjabbli. Għandhom japplikaw l-abbrevjazzjonijiet u l-akronimi li ġejjin: Abbrevjazzjoni/akronimu Tifsira E.D. Element tad-data Kard. Kardinalità LK Lista ta’ kodiċijiet fit-Titolu III. Nru.Ref. Numru ta’ Referenza Il-kardinalità tirreferi għall-ogħla numru possibbli ta’ rikorrenzi ta’ element partikolari tad-data fl-applikazzjoni jew fid-deċiżjoni kkonċernata. Jintużaw ir-referenzi li ġejjin għal-listi ta’ kodiċijiet: Isem qasir Sors Definizzjoni 1. Kodiċi GEONOM Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1470 Il-kodiċijiet alfabetiċi tal-Unjoni għall-pajjiżi u t-territorji huma bbażati fuq il-kodiċijiet ISO alpha 2 attwali (a2) sakemm dawn ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1470. Fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ tranżitu jew ta’ applikazzjonijiet u deċiżjonijiet li jikkonċernaw pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni sħab fi ftehimiet dwar rikonoxximent reċiproku, għandu jintuża l-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166- alpha-2 u l-kodiċi XI għandu jintuża għall-Irlanda ta’ Fuq. 2. Kodiċi Armonizzat tas-Sistema Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 Kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Artikolu 3(1), il-punt (a). Il-kodiċijiet disponibbli huma ppubblikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87. 3. Kodiċi NM Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 Kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Artikolu 3(1), il-punt (b). Il-kodiċijiet disponibbli huma ppubblikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87. 4. Kodiċi TARIC Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 Kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Artikolu 3(2). Il-kodiċijiet jistgħu jiġu kkonsultati permezz tal-pubblikazzjonijiet TARIC fuq is-sit web tad-DĠ TAXUD. 5. Kodiċi addizzjonali TARIC Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 Kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Artikolu 3(3). Il-kodiċijiet jistgħu jiġu kkonsultati permezz tal-pubblikazzjonijiet TARIC fuq is-sit web tad-DĠ TAXUD (għall-kodiċijiet tal-Unjoni) u permezz tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri tal-UE fuq is-siti web rispettivi tagħhom (għall-kodiċi nazzjonali) Grp_1. introduzzjoni. Dan it-Titolu jinkludi t-tabella tal-elementi tad-data bil-formati, il-kardinalitajiet u, meta applikabbli, referenza għal-listi ta’ kodiċijiet. L-ebda wieħed mill-elementi tad-data elenkati fit-tabella fit-Taqsima 2 mhu affettwat mill-fatt li ċerta data tiġi pprovduta biss meta ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan. It-Taqsima 3 fiha n-noti dwar ir-rekwiżiti tad-data li jipprovdu spjegazzjonijiet dwar l-elementi tad-data. Grp_2_tabella_talelementi. taddata. E.D.Nru.Ref. Isem tal-element / tal-klassi tad-data Isem tas-subelement / tas-subklassi tad-data Isem tas-subelement / tal-attribut tad-data Format Kard. LK Noti CBRD 01 00 000 000 Identifikazzjoni tar-riċevitur CBRD 01 01 000 000 Riċevitur CBRD 01 01 000 016 Isem an..70 1x N CBRD 01 01 010 000 Indirizz 1x N CBRD 01 01 010 019 Triq u numru an..70 1x N CBRD 01 01 010 021 Kodiċi Postali an..17 1x N CBRD 01 01 010 022 Belt an..35 1x N CBRD 01 01 010 020 Pajjiż a2 1x N Titolu I, paragrafu (8)1. CBRD 01 01 020 000 Identifikazzjoni CBRD 01 01 020 229 EORI an..17 1x N CBRD 01 01 020 123 TIN an..35 1x N CBRD 01 01 030 000 Numru tal-kont tas-CBAM CBRD 01 01 030 052 Numru tal-kont an..35 CBRD 02 00 000 000 Post fejn jaslu l-oġġetti kkonċernati CBRD 02 01 000 000 Post fejn jaslu l-oġġetti kkonċernati CBRD 02 01 010 000 Koordinati tal-GNSS CBRD 02 01 010 049 Latitudni an..17 1x N CBRD 02 01 010 050 Lonġitudni an..17 1x N CBRD 02 01 020 000 Struttura CBRD 02 01 020 016 Isem an..70 1x N CBRD 02 01 020 267 ID binarju 1x N CBRD 03 00 000 000 Oġġetti kkonċernati ddikjarati CBRD 03 01 000 000 Informazzjoni dwar l-oġġetti CBRD 03 01 010 000 Kodiċi tal-komodità 1x N CBRD 03 01 010 056 Kodiċi tas-subintestatura tas-Sistema Armonizzata an..6 1x N CBRD 03 01 010 057 Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda an2 1x N CBRD 03 01 010 058 Kodiċi TARIC an2 1x N CBRD 03 01 020 000 Pajjiż tal-oriġini 1x N CBRD 03 01 020 273 Kodiċi tal-pajjiż tal-oriġini (mhux preferenzjali) a2 1x N Titolu I, paragrafu (8)1. CBRD 03 01 030 000 Massa CBRD 03 01 030 410 Massa grossa n..16,6 1x N CBRD 03 01 030 408 Massa netta n..16,6 1x N CBRD 03 01 040 000 Kwantità f’unità supplimentari CBRD 03 01 040 249 Unità tal-kejl an..4 1x N CBRD 03 01 040 006 Kwantità n..16,6 1x N CBRD 03 01 050 000 Deskrizzjoni tal-oġġetti kkonċernati CBRD 03 01 050 254 Test an..512 1x N CBRD 04 00 000 000 Stat Membru Kompetenti CBRD 04 01 000 000 Stat Membru Kompetenti CBRD 04 01 010 020 Pajjiż a2 1x N CBRD 05 00 000 000 Data tal-wasla, MRN CBRD 05 01 000 000 Data tal-wasla, MRN CBRD 05 01 000 000 Data tal-wasla tal-oġġett ikkonċernat CBRD 05 01 010 207 Data n8 1x N Il-format huwa ssettjat bħala yyyymmdd fejn yyyy tirrappreżenta s-sena, mm ix-xahar, dd il-ġurnata. CBRD 05 01 020 000 Numru ta’ Referenza tal-Moviment CBRD 05 01 020 001 MRN an..35 1x N CBRD 06 00 000 000 Dokumenti ta’ sostenn u informazzjoni addizzjonali CBRD 06 01 000 000 Dokumenti ta’ sostenn u informazzjoni addizzjonali CBRD 06 01 000 279 Ċertifikati CBRD 06 01 010 000 Awtorizzazzjonijiet 1x N CBRD 06 01 010 404 Awtorizzazzjoni CBAM 1x N CBRD 06 01 010 052 Awtorizzazzjonijiet oħrajn 9x N CBRD 06 01 020 000 Referenzi addizzjonali CBRD 06 01 020 222 Referenzi addizzjonali 9x N CBRD 06 01 020 451 Fattura 9x N CBRD 07 00 000 000 Awtentikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-wasla CBRD 07 01 000 000 Awtentikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-wasla CBRD 07 01 000 207 Data n8 1x N Il-format huwa ssettjat bħala yyyymmdd fejn yyyy tirrappreżenta s-sena, mm ix-xahar, dd il-ġurnata. CBRD 07 01 000 016 Isem ir-riċevitur an..35 1x N CBRD 07 01 000 411 Firma tar-riċevitur binarju 1x N CBRD 11 00 000 000 Informazzjoni relatata mal-attività doganali CBRD 11 01 000 000 Rimarki mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru CBRD 11 01 000 207 Data meta ġiet riċevuta d-dikjarazzjoni tal-wasla n8 1x N Il-format huwa ssettjat bħala yyyymmdd fejn yyyy tirrappreżenta s-sena, mm ix-xahar, dd il-ġurnata. CBRD 11 01 000 001 Numru tad-dikjarazzjoni tal-wasla an..35 1x N CBRD 11 01 000 009 Rimarki oħra an..512 1x N CBRD 11 01 000 207 Data n8 1x N Il-format huwa ssettjat bħala yyyymmdd fejn yyyy tirrappreżenta s-sena, mm ix-xahar, dd il-ġurnata. CBRD 11 01 000 016 Isem an..70 1x N CBRD 11 01 000 411 Firma binarju 1x N CBRD 11 01 000 452 Timbru binarju 1x N Grp_01_01. riċevitur. Hawnhekk indika l-informazzjoni rilevanti kollha tar-riċevitur tal-oġġetti kkonċernati, inkluż in-numru EORI u, jekk applikabbli, kwalunkwe numru ta’ identifikazzjoni tal-kummerċjant (TIN, Trader Identification Number) maħruġ minn pajjiż terz, flimkien mal-isem u d-dettalji tal-indirizz. Jekk applikabbli, hawnhekk indika wkoll in-numru tal-kont tas-CBAM tar-riċevitur. Grp_02_01_post_fejn_jaslu_loġġetti. kkonċernati. Jekk disponibbli, hawnhekk indika l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-koordinati rilevanti mis-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS, Global Navigation Satellite Systems) u l-isem u l-ID tal-istruttura fejn huma disponibbli l-oġġetti. Grp_03_01_informazzjoni_dwar. loġġetti. Hawnhekk indika l-informazzjoni rilevanti kollha tal-oġġetti kkonċernati. Grp_04_01_stat_membru. kompetenti. Hawnhekk indika l-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru kompetenti f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Grp_05_01_data_talwasla. mrn. Hawnhekk indika d-data tal-wasla tal-oġġetti kkonċernati, u jekk disponibbli, in-numru ta’ referenza tal-moviment relatat mal-oġġetti kkonċernati. Grp_06_01_dokumenti_ta_sostenn_u_informazzjoni. addizzjonali. Hawnhekk indika d-dokumenti ta’ sostenn u l-informazzjoni kollha disponibbli, inkluż jekk disponibbli, iċ-ċertifikati, l-awtorizzazzjoni tas-CBAM jew awtorizzazzjonijiet oħra, u referenzi addizzjonali. Fil-każ ta’ bejgħ tal-oġġetti kkonċernati, għandha tinhemeż il-fattura. Grp_07_01_awtentikazzjoni_taddikjarazzjoni. talwasla. Hawnhekk indika d-data tal-firma, il-firma, u l-isem tar-riċevitur tad-dikjarazzjoni tal-wasla. Grp_11_01_rimarki_millawtoritajiet_kompetenti_talistat. membru. L-elementi tad-data fis-CBRD 11 01… huma għall-użu esklużiv tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru. F’din il-klassi, l-informazzjoni tad-data tal-wasla u n-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni tal-wasla għandhom jintużaw flimkien ma’ rimarki oħra, id-data, l-isem, il-firma u t-timbru tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Grp_1. introduzzjoni. Dan it-Titolu fih il-kodiċijiet disponibbli fil-forma ta’ listi ta’ kodiċijiet li jridu jintużaw fid-dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali. Grp_2_kodiċijiet_fillisti_ta. kodiċijiet. Mhi meħtieġa l-ebda informazzjoni.
ANNESS I FORMATI U KODIĊIJIET TAR-REKWIŻITI TAD-DATA KOMUNI GĦAD-DIKJARAZZJONI ELETTRONIKA TAL-WASLA GĦALL-OĠĠETTI CBAM LI JINĠIEBU FIŻ-ŻONA EKONOMIKA ESKLUŻIVA (ŻEE) JEW FUQ IL-BLATA KONTINENTALI (CS, CONTINENTAL SHELF)
TITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali
Id-dispożizzjonijiet inklużi f’dawn in-noti huma applikabbli għat-Titoli kollha ta’ dan l-Anness. Ir-rekwiżiti tad-data stabbiliti f’dan l-Anness japplikaw għad-dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali billi jintuża mezz elettroniku għall-ipproċessar tad-data. Il-formati, il-kodiċijiet, u jekk applikabbli, l-istruttura tar-rekwiżiti tad-data inklużi f’dan l-Anness, huma applikabbli fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data għad-dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali. It-Titolu II jinkludi l-formati, il-kardinalitajiet u, meta applikabbli, ir-referenza għal-listi ta’ kodiċijiet għad-dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali tal-elementi tad-data. Meta l-informazzjoni f’dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali tkun fil-forma ta’ kodiċijiet, għandha tiġi applikata l-lista ta’ kodiċijiet prevista fit-Titolu III ta’ dan l-Anness. It-terminu tip/tul fl-ispjegazzjoni ta’ attribut jindika r-rekwiżiti għat-tip tad-data u għat-tul tad-data. Il-kodiċijiet għat-tipi tad-data huma kif ġej: a alfabetiku; n numeriku; an alfanumeriku; binarju Fajls b’format binarju mhumiex fajls testwali komuni. Eżempji tipiċi jinkludu [(imma mhux biss)] pdf, jpg, png. It-tipi ta’ fajls permessi fl-iskambju ta’ informazzjoni huma speċifikati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti tas-sistemi ta’ informazzjoni rispettivi. In-numru ta’ wara l-kodiċi jindika t-tul ammissibbli tad-data. Iż-żewġ tikek fakultattivi qabel l-indikatur tat-tul ifissru li d-data ma għandhiex tul fiss, iżda jista’ jkollha numru ta’ ċifri, kif speċifikat mill-indikatur tat-tul. Virgola fit-tul tad-data tfisser li l-attribut jista’ jkollu deċimali, iċ-ċifra qabel il-virgola tindika t-tul totali tal-attribut, iċ-ċifra wara l-virgola tindika n-numru massimu ta’ ċifri wara l-punt deċimali. Eżempji ta’ tulijiet u ta’ formati tat-taqsimiet: a1 karattru alfabetiku wieħed, tul fiss; n2 żewġ karattri numeriċi, tul fiss; an3 tliet karattri alfanumeriċi, tul fiss; a..4 sa erba’ karattri alfabetiċi; n..5 sa ħames karattri numeriċi; an..6 sa sitt karattri alfanumeriċi; n..7,2 sa seba’ karattri numeriċi inkluż massimu ta’ żewġ deċimali, b’delimitatur li jista’ jkun varjabbli. Għandhom japplikaw l-abbrevjazzjonijiet u l-akronimi li ġejjin: Abbrevjazzjoni/akronimu Tifsira E.D. Element tad-data Kard. Kardinalità LK Lista ta’ kodiċijiet fit-Titolu III. Nru.Ref. Numru ta’ Referenza Il-kardinalità tirreferi għall-ogħla numru possibbli ta’ rikorrenzi ta’ element partikolari tad-data fl-applikazzjoni jew fid-deċiżjoni kkonċernata. Jintużaw ir-referenzi li ġejjin għal-listi ta’ kodiċijiet: Isem qasir Sors Definizzjoni 1. Kodiċi GEONOM Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1470 Il-kodiċijiet alfabetiċi tal-Unjoni għall-pajjiżi u t-territorji huma bbażati fuq il-kodiċijiet ISO alpha 2 attwali (a2) sakemm dawn ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1470. Fil-kuntest ta’ operazzjonijiet ta’ tranżitu jew ta’ applikazzjonijiet u deċiżjonijiet li jikkonċernaw pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-Unjoni sħab fi ftehimiet dwar rikonoxximent reċiproku, għandu jintuża l-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166- alpha-2 u l-kodiċi XI għandu jintuża għall-Irlanda ta’ Fuq. 2. Kodiċi Armonizzat tas-Sistema Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 Kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Artikolu 3(1), il-punt (a). Il-kodiċijiet disponibbli huma ppubblikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87. 3. Kodiċi NM Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 Kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Artikolu 3(1), il-punt (b). Il-kodiċijiet disponibbli huma ppubblikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87. 4. Kodiċi TARIC Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 Kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Artikolu 3(2). Il-kodiċijiet jistgħu jiġu kkonsultati permezz tal-pubblikazzjonijiet TARIC fuq is-sit web tad-DĠ TAXUD. 5. Kodiċi addizzjonali TARIC Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 Kif definit fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-Artikolu 3(3). Il-kodiċijiet jistgħu jiġu kkonsultati permezz tal-pubblikazzjonijiet TARIC fuq is-sit web tad-DĠ TAXUD (għall-kodiċijiet tal-Unjoni) u permezz tal-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri tal-UE fuq is-siti web rispettivi tagħhom (għall-kodiċi nazzjonali)
TITOLU II Formati, kardinalitajiet u referenzi għal-listi ta’ kodiċijiet applikabbli tar-rekwiżiti tad-data komuni għad-dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti tas-CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali
Taqsima 1 Introduzzjoni
Dan it-Titolu jinkludi t-tabella tal-elementi tad-data bil-formati, il-kardinalitajiet u, meta applikabbli, referenza għal-listi ta’ kodiċijiet. L-ebda wieħed mill-elementi tad-data elenkati fit-tabella fit-Taqsima 2 mhu affettwat mill-fatt li ċerta data tiġi pprovduta biss meta ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan. It-Taqsima 3 fiha n-noti dwar ir-rekwiżiti tad-data li jipprovdu spjegazzjonijiet dwar l-elementi tad-data.
Taqsima 2 Tabella tal-elementi tad-data
E.D.Nru.Ref. Isem tal-element / tal-klassi tad-data Isem tas-subelement / tas-subklassi tad-data Isem tas-subelement / tal-attribut tad-data Format Kard. LK Noti CBRD 01 00 000 000 Identifikazzjoni tar-riċevitur CBRD 01 01 000 000 Riċevitur CBRD 01 01 000 016 Isem an..70 1x N CBRD 01 01 010 000 Indirizz 1x N CBRD 01 01 010 019 Triq u numru an..70 1x N CBRD 01 01 010 021 Kodiċi Postali an..17 1x N CBRD 01 01 010 022 Belt an..35 1x N CBRD 01 01 010 020 Pajjiż a2 1x N Titolu I, paragrafu (8)1. CBRD 01 01 020 000 Identifikazzjoni CBRD 01 01 020 229 EORI an..17 1x N CBRD 01 01 020 123 TIN an..35 1x N CBRD 01 01 030 000 Numru tal-kont tas-CBAM CBRD 01 01 030 052 Numru tal-kont an..35 CBRD 02 00 000 000 Post fejn jaslu l-oġġetti kkonċernati CBRD 02 01 000 000 Post fejn jaslu l-oġġetti kkonċernati CBRD 02 01 010 000 Koordinati tal-GNSS CBRD 02 01 010 049 Latitudni an..17 1x N CBRD 02 01 010 050 Lonġitudni an..17 1x N CBRD 02 01 020 000 Struttura CBRD 02 01 020 016 Isem an..70 1x N CBRD 02 01 020 267 ID binarju 1x N CBRD 03 00 000 000 Oġġetti kkonċernati ddikjarati CBRD 03 01 000 000 Informazzjoni dwar l-oġġetti CBRD 03 01 010 000 Kodiċi tal-komodità 1x N CBRD 03 01 010 056 Kodiċi tas-subintestatura tas-Sistema Armonizzata an..6 1x N CBRD 03 01 010 057 Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda an2 1x N CBRD 03 01 010 058 Kodiċi TARIC an2 1x N CBRD 03 01 020 000 Pajjiż tal-oriġini 1x N CBRD 03 01 020 273 Kodiċi tal-pajjiż tal-oriġini (mhux preferenzjali) a2 1x N Titolu I, paragrafu (8)1. CBRD 03 01 030 000 Massa CBRD 03 01 030 410 Massa grossa n..16,6 1x N CBRD 03 01 030 408 Massa netta n..16,6 1x N CBRD 03 01 040 000 Kwantità f’unità supplimentari CBRD 03 01 040 249 Unità tal-kejl an..4 1x N CBRD 03 01 040 006 Kwantità n..16,6 1x N CBRD 03 01 050 000 Deskrizzjoni tal-oġġetti kkonċernati CBRD 03 01 050 254 Test an..512 1x N CBRD 04 00 000 000 Stat Membru Kompetenti CBRD 04 01 000 000 Stat Membru Kompetenti CBRD 04 01 010 020 Pajjiż a2 1x N CBRD 05 00 000 000 Data tal-wasla, MRN CBRD 05 01 000 000 Data tal-wasla, MRN CBRD 05 01 000 000 Data tal-wasla tal-oġġett ikkonċernat CBRD 05 01 010 207 Data n8 1x N Il-format huwa ssettjat bħala yyyymmdd fejn yyyy tirrappreżenta s-sena, mm ix-xahar, dd il-ġurnata. CBRD 05 01 020 000 Numru ta’ Referenza tal-Moviment CBRD 05 01 020 001 MRN an..35 1x N CBRD 06 00 000 000 Dokumenti ta’ sostenn u informazzjoni addizzjonali CBRD 06 01 000 000 Dokumenti ta’ sostenn u informazzjoni addizzjonali CBRD 06 01 000 279 Ċertifikati CBRD 06 01 010 000 Awtorizzazzjonijiet 1x N CBRD 06 01 010 404 Awtorizzazzjoni CBAM 1x N CBRD 06 01 010 052 Awtorizzazzjonijiet oħrajn 9x N CBRD 06 01 020 000 Referenzi addizzjonali CBRD 06 01 020 222 Referenzi addizzjonali 9x N CBRD 06 01 020 451 Fattura 9x N CBRD 07 00 000 000 Awtentikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-wasla CBRD 07 01 000 000 Awtentikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-wasla CBRD 07 01 000 207 Data n8 1x N Il-format huwa ssettjat bħala yyyymmdd fejn yyyy tirrappreżenta s-sena, mm ix-xahar, dd il-ġurnata. CBRD 07 01 000 016 Isem ir-riċevitur an..35 1x N CBRD 07 01 000 411 Firma tar-riċevitur binarju 1x N CBRD 11 00 000 000 Informazzjoni relatata mal-attività doganali CBRD 11 01 000 000 Rimarki mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru CBRD 11 01 000 207 Data meta ġiet riċevuta d-dikjarazzjoni tal-wasla n8 1x N Il-format huwa ssettjat bħala yyyymmdd fejn yyyy tirrappreżenta s-sena, mm ix-xahar, dd il-ġurnata. CBRD 11 01 000 001 Numru tad-dikjarazzjoni tal-wasla an..35 1x N CBRD 11 01 000 009 Rimarki oħra an..512 1x N CBRD 11 01 000 207 Data n8 1x N Il-format huwa ssettjat bħala yyyymmdd fejn yyyy tirrappreżenta s-sena, mm ix-xahar, dd il-ġurnata. CBRD 11 01 000 016 Isem an..70 1x N CBRD 11 01 000 411 Firma binarju 1x N CBRD 11 01 000 452 Timbru binarju 1x N
Taqsima 3 Noti dwar ir-rekwiżiti tad-data
CBRD 01 01 … Riċevitur
Hawnhekk indika l-informazzjoni rilevanti kollha tar-riċevitur tal-oġġetti kkonċernati, inkluż in-numru EORI u, jekk applikabbli, kwalunkwe numru ta’ identifikazzjoni tal-kummerċjant (TIN, Trader Identification Number) maħruġ minn pajjiż terz, flimkien mal-isem u d-dettalji tal-indirizz. Jekk applikabbli, hawnhekk indika wkoll in-numru tal-kont tas-CBAM tar-riċevitur.
CBRD 02 01 … Post fejn jaslu l-oġġetti kkonċernati
Jekk disponibbli, hawnhekk indika l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-koordinati rilevanti mis-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS, Global Navigation Satellite Systems) u l-isem u l-ID tal-istruttura fejn huma disponibbli l-oġġetti.
CBRD 03 01 … Informazzjoni dwar l-oġġetti
Hawnhekk indika l-informazzjoni rilevanti kollha tal-oġġetti kkonċernati.
CBRD 04 01 … Stat Membru kompetenti
Hawnhekk indika l-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru kompetenti f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
CBRD 05 01 … Data tal-wasla, MRN
Hawnhekk indika d-data tal-wasla tal-oġġetti kkonċernati, u jekk disponibbli, in-numru ta’ referenza tal-moviment relatat mal-oġġetti kkonċernati.
CBRD 06 01 … Dokumenti ta’ sostenn u informazzjoni addizzjonali
Hawnhekk indika d-dokumenti ta’ sostenn u l-informazzjoni kollha disponibbli, inkluż jekk disponibbli, iċ-ċertifikati, l-awtorizzazzjoni tas-CBAM jew awtorizzazzjonijiet oħra, u referenzi addizzjonali. Fil-każ ta’ bejgħ tal-oġġetti kkonċernati, għandha tinhemeż il-fattura.
CBRD 07 01 … Awtentikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-wasla
Hawnhekk indika d-data tal-firma, il-firma, u l-isem tar-riċevitur tad-dikjarazzjoni tal-wasla.
CBRD 11 01 … Rimarki mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru
L-elementi tad-data fis-CBRD 11 01… huma għall-użu esklużiv tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru. F’din il-klassi, l-informazzjoni tad-data tal-wasla u n-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni tal-wasla għandhom jintużaw flimkien ma’ rimarki oħra, id-data, l-isem, il-firma u t-timbru tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
TITOLU III Kodiċijiet b’rabta mad-dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali
Taqsima 1. Introduzzjoni
Dan it-Titolu fih il-kodiċijiet disponibbli fil-forma ta’ listi ta’ kodiċijiet li jridu jintużaw fid-dikjarazzjoni elettronika tal-wasla għall-oġġetti CBAM li jinġiebu fiż-ŻEE jew fuq il-blata kontinentali.
Taqsima 2. Kodiċijiet fil-listi ta’ kodiċijiet
Mhi meħtieġa l-ebda informazzjoni.
Grp_doganali. biss. Rimarki mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru Data meta tiġi riċevuta d-dikjarazzjoni tal-wasla u numru ta’ reġistrazzjoni Rimarki oħra Data Isem Firma Timbru/indirizz Nota: It-test [li għandu jiżdied fin-naħa ta’ fuq tal-] [fuq il-] kopja tad-dikjarazzjoni tal-wasla għandu jkun: Kopja Għar-riċevitur Anx_ii. 12345678. L-UNJONI EWROPEA Dikjarazzjoni tal-wasla (L-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2210 tal-31 ta’ Ottubru 2025, li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-oġġetti u tal-prodotti proċessati li jinġiebu fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva tal-Istati Membri) Oriġinal Għall-awtoritajiet doganali kompetenti Nru ta’ identifikazzjoni tar-riċevitur (isem, indirizz, informazzjoni dwar il-kuntatt, numru EORI u numru ta’ identifikazzjoni tal-kummerċjant (TIN) meta applikabbli, tar-riċevitur) Post fejn jaslu l-oġġetti kkonċernati (koordinati u isem jew ID tal-istruttura fuq il-blata kontinentali jew fiż-Żona Ekonomika Esklużiva) Numru tal-kont tas-CBAM Oġġetti kkonċernati ddikjarati Kodiċi tal-Komodità – kodiċi NM (u kodiċi TARIC addizzjonali meta applikabbli) Kodiċi tal-pajjiż tal-oriġini (mhux preferenzjali) Massa grossa u netta Kwantità espressa f’unità supplimentari (meta applikabbli) Deskrizzjoni tal-oġġetti kkonċernati Stat Membru kompetenti (Stat Membru li għalih tappartjeni l-blata kontinentali jew iż-żona ekonomika esklużiva) Data tal-wasla tal-oġġetti kkonċernati u, meta applikabbli, l-MRN Id-dokumenti li ġew ippreżentati, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet, kopja tal-awtorizzazzjoni CBAM, referenzi addizzjonali (għandha tinhemeż fattura fil-każ tal-bejgħ tal-oġġett ikkonċernat) Data Isem ir-riċevitur Firma tar-riċevitur
ANNESS II 1.2.3.4.5.6.7.8. REKWIŻITI TAD-DATA KOMUNI GĦAD-DIKJARAZZJONI MHUX ELETTRONIKA TAL-WASLA GĦALL-OĠĠETTI CBAM LI JINĠIEBU FIŻ-ŻONA EKONOMIKA ESKLUŻIVA (ŻEE) JEW FUQ IL-BLATA KONTINENTALI (CS, CONTINENTAL SHELF)
L-UNJONI EWROPEA Dikjarazzjoni tal-wasla (L-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2210 tal-31 ta’ Ottubru 2025, li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-oġġetti u tal-prodotti proċessati li jinġiebu fuq il-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva tal-Istati Membri) Oriġinal Għall-awtoritajiet doganali kompetenti Nru ta’ identifikazzjoni tar-riċevitur (isem, indirizz, informazzjoni dwar il-kuntatt, numru EORI u numru ta’ identifikazzjoni tal-kummerċjant (TIN) meta applikabbli, tar-riċevitur) Post fejn jaslu l-oġġetti kkonċernati (koordinati u isem jew ID tal-istruttura fuq il-blata kontinentali jew fiż-Żona Ekonomika Esklużiva) Numru tal-kont tas-CBAM Oġġetti kkonċernati ddikjarati Kodiċi tal-Komodità – kodiċi NM (u kodiċi TARIC addizzjonali meta applikabbli) Kodiċi tal-pajjiż tal-oriġini (mhux preferenzjali) Massa grossa u netta Kwantità espressa f’unità supplimentari (meta applikabbli) Deskrizzjoni tal-oġġetti kkonċernati Stat Membru kompetenti (Stat Membru li għalih tappartjeni l-blata kontinentali jew iż-żona ekonomika esklużiva) Data tal-wasla tal-oġġetti kkonċernati u, meta applikabbli, l-MRN Id-dokumenti li ġew ippreżentati, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet, kopja tal-awtorizzazzjoni CBAM, referenzi addizzjonali (għandha tinhemeż fattura fil-każ tal-bejgħ tal-oġġett ikkonċernat) Data Isem ir-riċevitur Firma tar-riċevitur Grp_doganali. biss. Rimarki mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru Data meta tiġi riċevuta d-dikjarazzjoni tal-wasla u numru ta’ reġistrazzjoni Rimarki oħra Data Isem Firma Timbru/indirizz Nota: It-test [li għandu jiżdied fin-naħa ta’ fuq tal-] [fuq il-] kopja tad-dikjarazzjoni tal-wasla għandu jkun: Kopja Għar-riċevitur
GĦALL-UŻU DOGANALI BISS
Rimarki mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru Data meta tiġi riċevuta d-dikjarazzjoni tal-wasla u numru ta’ reġistrazzjoni Rimarki oħra Data Isem Firma Timbru/indirizz Nota: It-test [li għandu jiżdied fin-naħa ta’ fuq tal-] [fuq il-] kopja tad-dikjarazzjoni tal-wasla għandu jkun: Kopja Għar-riċevitur