Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2239 tad-29 ta’ Ottubru 2025 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika Fragola della Basilicata (IĠP) fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

In forceVersion 2025-10-29from 2025-11-25
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2025/2239@2025-10-29/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143, l-applikazzjoni tal-Italja għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika Fragola della Basilicata ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143.

(3) Għalhekk, jenħtieġ li l-indikazzjoni ġeografika Fragola della Basilicata tiddaħħal fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 B’dan, l-indikazzjoni ġeografika Fragola della Basilicata (IĠP) tiddaħħal fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2024/1143.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2025. Għall-Kummissjoni F’isem il-President, Christophe Hansen Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2025-10-29