Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2025/2240 tal-5 ta’ Novembru 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1442 fir-rigward tal-miżuri tranżizzjonali għall-materjali u l-oġġetti tal-plastik manifatturati bl-aċidu saliċiliku jew bi dqiq tal-injam jew fibri mhux ittrattati (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2025/2240@2025-11-05/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel. B’mod partikolari, l-Anness I ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li jiġu f’kuntatt mal-ikel.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1442 irrevoka l-awtorizzazzjonijiet għas-sustanzi dqiq tal-injam u fibri, mhux ittrattat (FCM Nru 96) u aċidu saliċiliku (FCM Nru 121) mill-1 ta’ Awwissu 2023. Ġiet prevista miżura tranżizzjonali biex jiġi permess li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 kif applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1442, li ġew introdotti fis-suq qabel l-1 ta’ Frar 2025 ikunu jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet. Barra minn hekk, ġiet prevista wkoll miżura tranżizzjonali biex jiġi permess l-introduzzjoni fis-suq ta’ materjali u oġġetti tal-plastik manifatturati b’dawk is-sustanzi wara l-1 ta’ Frar 2025, dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Dawk il-kundizzjonijiet jinkludu r-rekwiżit li tkun ġiet sottomessa applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni qabel l-1 ta’ Awwissu 2024, u li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) tkun qieset l-applikazzjoni bħala valida qabel l-1 ta’ Frar 2025.
(3) L-unika applikazzjoni sottomessa għall-awtorizzazzjoni tal-aċidu saliċiliku ġiet iddikjarata valida mill-Awtorità qabel l-1 ta’ Frar 2025. Madankollu, fir-rigward tad-dqiq tal-injam jew fibri mhux ittrattati minn speċi speċifika tal-injam, l-ebda wieħed mill-applikanti ma seta’ jissottometti l-informazzjoni li l-Awtorità tqis meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju tagħha f’konformità mal-gwida amministrattiva tagħha għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet dwar sustanzi li jridu jintużaw fil-materjali tal-plastik li jiġu f’kuntatt mal-ikel.
(4) Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2023/1442, l-Awtorità ppubblikat rapport tekniku li jiddeskrivi b’mod ġenerali l-prinċipji li jistgħu jkunu applikabbli għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-użu ta’ taħlitiet ta’ oriġini naturali, bħall-injam. It-twaqqit u n-natura tar-rapport ikkawżaw inċertezza rigward l-informazzjoni li l-Awtorità tqis meħtieġa għall-valutazzjoni tagħha tad-dqiq tal-injam u fibri mhux ittrattati. Barra minn hekk, ir-rapport speċifika li f’ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa testijiet analitiċi li, minħabba d-durata tagħhom, kienu diffiċli biex jitlestew fil-ħin biex l-Awtorità tkun tista’ tqis l-applikazzjonijiet validi sal-1 ta’ Frar 2025, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2023/1442.
(5) Fid-dawl tad-diffikultajiet biex tiġi sottomessa l-informazzjoni li l-Awtorità tqis li hija meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju tagħha fil-ħin u minħabba n-nuqqas ta’ tħassib immedjat dwar is-sikurezza li jirriżulta mill-użu tad- dqiq tal-injam u l-fibri mhux ittrattati fil-materjali u fl-oġġetti tal-plastik kif deskritt fl-applikazzjonijiet, huwa xieraq li tiġi emendata d-data sa meta l-Awtorità trid tkun qieset l-applikazzjoni valida biex japplika l-perjodu tranżizzjonali, sabiex l-applikanti jkollhom żmien raġonevoli, għalkemm limitat, biex ilestu l-applikazzjoni tagħhom u sabiex, kif maħsub mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2023/1442, il-materjali u l-oġġetti tal-plastik manifatturati bi dqiq tal-injam jew fibri mhux ittrattati li għalihom tkun ġiet sottomessa applikazzjoni skont dik id-dispożizzjoni jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq għall-ewwel darba sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom.
(6) Huwa xieraq ukoll li jiġi ċċarat li l-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jibbenefikaw mill-perjodu tranżizzjonali jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq għall-ewwel darba u jibqgħu fis-suq sakemm l-applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu jew tittieħed deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni.
(7) Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2023/1442 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.
(8) Peress li l-miżura tranżizzjonali emendata b’dan ir-Regolament tippermetti l-ewwel introduzzjoni fis-suq ta’ materjali u oġġetti tal-plastik manifatturati bl-aċidu saliċiliku jew bid-dqiq tal-injam jew fibri mhux ittrattati wara l-1 ta’ Frar 2025, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika minn dik id-data sabiex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bla xkiel mixtieqa minn dik il-miżura tranżizzjonali.
(9) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2023/1442 huwa emendat kif ġej:
Artikolu 1
(1) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(1)
3. Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik manifatturati bis-sustanza aċidu saliċiliku jew bi dqiq tal-injam jew fibri mhux ittrattati minn speċi speċifika ta’ injam jistgħu jkomplu jiġu introdotti għall-ewwel darba fis-suq bejn l-1 ta’ Frar 2025 u l-31 ta’ Jannar 2026 dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq għall-ewwel darba wkoll wara l-31 ta’ Jannar 2026 dment li l-Awtorità tkun qieset l-applikazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu bħala valida sa dik id-data.
3.
(a) tkun tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sustanza lill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 qabel l-1 ta’ Awwissu 2024;
(b) l-użu tas-sustanza għall-manifattura tal-materjal u l-oġġett tal-plastik, u l-użu tagħhom, ikun limitat għall-kundizzjonijiet tal-użu maħsuba deskritti fl-applikazzjoni;
(c) l-informazzjoni pprovduta lill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (b) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tkun tinkludi dikjarazzjoni li l-applikazzjoni hija applikazzjoni f’konformità ma’ dan il-paragrafu.
(2) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(2)
4. Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik jistgħu jiġu introdotti fis-suq għall-ewwel darba f’konformità mal-paragrafu 3 u jibqgħu fis-suq sakemm l-applikant jirtira l-applikazzjoni tiegħu jew sakemm il-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-aċidu saliċiliku jew tad-dqiq tal-injam jew fibri mhux ittrattati minn speċi speċifika ta’ injam skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2025. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen