Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/2401 tal-24 ta’ Novembru 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2025/2401@2025-11-24/mt
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.
(2) Fid-dawl tat-theddida kontinwa minn ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u minn persuni, entitajiet u korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied entità waħda mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686.
(3) Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2025. Għall-Kunsill Il-President L. Løkke Rasmussen
ANNEX
ANNESS 8. Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1686, l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3: Allied Democratic Forces..