Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/342 tat-13 ta’ Frar 2025 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika Caviar d’Aquitaine (IĠP) fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2025/342@2025-02-13/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 50(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-applikazzjoni ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika Caviar d’Aquitaine, li l-Kummissjoni kienet irċeviet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1143, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(2) Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143, li hija applikabbli għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni f’konformità mal-Artikolu 90(2) ta’ dak ir-Regolament.
(3) Għalhekk, jenħtieġ li l-indikazzjoni ġeografika Caviar d’Aquitaine tiddaħħal fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-indikazzjoni ġeografika Caviar d’Aquitaine (IĠP) hija b’dan imdaħħla fir-reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi msemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2024/1143.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2025. Għall-Kummissjoni F’isem il-President, Christophe Hansen Membru tal-Kummissjoni