Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/361 tas-17 ta’ Frar 2025 li jemenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Bożnija-Ħerzegovina, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, u tal-prodotti tal-laħam tal-pollam (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2025/361@2025-02-17/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-konsenji tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
(4) B’mod aktar partikolari, l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni rispettivament ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, tal-laħam frisk tal-pollam u tal-prodotti tal-laħam tal-pollam.
(5) Fil-11 ta’ Frar 2025, il-Bożnija-Ħerzegovina nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza). Dik it-tifqigħa tinsab fil-muniċipalità ta’ Rogatica fir-Repubblika Srpska fil-Bożnija-Ħerzegovina u ġiet ikkonfermata fl-10 ta’ Frar 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).
(6) Il-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom stabbiliti fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV u fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jispeċifikaw li d-dħul fl-Unjoni mill-Bożnija-Ħerzegovina ta’ konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam u ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam huma awtorizzati. Barra minn hekk, it-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament (UE) 2021/404 bħalissa tispeċifika li ma huwa meħtieġ l-ebda trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-prodotti tal-laħam tal-pollam għad-dħul fl-Unjoni mill-Bożnija-Ħerzegovina.
(7) Minħabba r-riskju tal-introduzzjoni tal-HPAI fl-Unjoni, marbut mad-dħul ta’ konsenji tal-laħam frisk tal-pollam u tal-prodotti tal-laħam tal-pollam mill-Bożnija-Ħerzegovina li ma jkunux għaddew minn trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju, jeħtieġ jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ garanziji li jippermettu r-reġjonalizzazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz, jenħtieġ li d-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ laħam frisk tal-pollam mill-Bożnija-Ħerzegovina ma jibqax awtorizzat u jenħtieġ li jkun meħtieġ it-trattament għall-mitigazzjoni tar-riskju D, f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, għad-dħul fl-Unjoni tal-konsenji ta’ prodotti tal-laħam tal-pollam minn dak il-pajjiż terz.
(8) Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għall-Bożnija-Ħerzegovina fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom stabbiliti fit-tabella fit-Taqsima B tal-Parti 1 tal-Anness XIV u fit-tabella fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f’dak il-pajjiż terz.
(9) Barra minn hekk, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar erba’ tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-kontej ta’ Cornwall, Merseyside u Yorkshire, l-Ingilterra, li ġew ikkonfermati bejn is-7 ta’ Frar 2025 u d-9 ta’ Frar 2025, rispettivament, permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).
(10) Barra minn hekk, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 35 tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ California (3), Maryland (1), Missouri (6), North Carolina (2) u Ohio (23), li ġew ikkonfermati bejn is-27 ta’ Jannar 2025 u l-5 ta’ Frar 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).
(11) Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti, l-awtoritajiet veterinarji ta’ dawk il-pajjiżi terzi stabbilew żoni ristretti ta’ mill-inqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.
(12) Ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat aktar tixrid tal-HPAI wara t-tifqigħat riċenti tal-HPAI.
(13) Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, kif ukoll tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat reċenti jenħtieġ li jiġi sospiż sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.
(14) Barra minn hekk, ir-Renju Unit pprovda informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.
(15) Fl-10 ta’ Frar 2025 u fit-13 ta’ Frar 2025, ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u l-miżuri li ħa b’rabta ma’ tliet tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fil-kontea ta’ Yorkshire, l-Ingilterra, u tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-kontea ta’ Angus, l-Iskozja, li ġew ikkonfermati bejn l-10 ta’ Diċembru 2024 u l-10 ta’ Jannar 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).
(16) Ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni li wara dawk it-tifqigħat tal-HPAI, implimenta politika ta’ qerda biex jikkontrolla u jillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lesta t-tindif u d-diżinfezzjoni meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettat.
(17) Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mir-Renju Unit, u jidhrilha li dan ipprovda garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni miż-żoni kkonċernati, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex ta’ theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni kkonċernati tar-Renju Unit, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.
(18) Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex jitqiesu t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti, u t-tifqigħat riżolti tal-HPAI fir-Renju Unit.
(19) Filwaqt li jitqiesu t-tifqigħat tal-HPAI fil-Bożnija-Ħerzegovina, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mar-Renju Unit, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti.
(20) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2025. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
(1) l-Anness V huwa emendat kif ġej:
(1)
(a) fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
(a)
(i) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.334 hija sostitwita b’dan li ġej: GB Ir-Renju Unit GB-2.334 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 10.12.2024 6.2.2025
(ii) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.341 u GB-2.342 huma sostitwiti b’dan li ġej: GB Ir-Renju Unit GB-2.341 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 28.12.2024 6.2.2025 GB-2.342 N, P1 10.1.2025 12.2.2025
(iii) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.348 hija sostitwita b’dan li ġej: GB Ir-Renju Unit GB-2.348 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 31.12.2024 6.2.2025
(iv) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.355 sa GB-2.358 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.354: GB Ir-Renju Unit GB-2.355 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 7.2.2025 GB-2.356 N, P1 8.2.2025 GB-2.357 N, P1 9.2.2025 GB-2.358 N, P1 9.2.2025
(v) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.880, sa US-2.914 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona US-2.879: US L-Istati Uniti US-2.880 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 29.1.2025 US-2.881 N, P1 29.1.2025 US-2.882 N, P1 30.1.2025 US-2.883 N, P1 30.1.2025 US-2.884 N, P1 30.1.2025 US-2.885 N, P1 30.1.2025 US-2.886 N, P1 30.1.2025 US-2.887 N, P1 31.1.2025 US-2.888 N, P1 31.1.2025 US-2.889 N, P1 29.1.2025 US-2.890 N, P1 29.1.2025 US-2.891 N, P1 30.1.2025 US-2.892 N, P1 31.1.2025 US-2.893 N, P1 30.1.2025 US-2.894 N, P1 5.2.2025 US-2.895 N, P1 4.2.2025 US-2.896 N, P1 4.2.2025 US-2.897 N, P1 4.2.2025 US-2.898 N, P1 4.2.2025 US-2.899 N, P1 4.2.2025 US-2.900 N, P1 4.2.2025 US-2.901 N, P1 5.2.2025 US-2.902 N, P1 5.2.2025 US-2.903 N, P1 27.1.2025 US-2.904 N, P1 28.1.2025 US-2.905 N, P1 28.1.2025 US-2.906 N, P1 29.1.2025 US-2.907 N, P1 28.1.2025 US-2.908 N, P1 30.1.2025 US-2.909 N, P1 31.1.2025 US-2.910 N, P1 31.1.2025 US-2.911 N, P1 4.2.2025 US-2.912 N, P1 29.1.2025 US-2.913 N, P1 5.2.2025 US-2.914 N, P1 3.2.2025
(b) il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
(b)
(i) fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni GB-2.355 sa GB-2.358 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.354: Ir-Renju Unit GB-2.355 near Pocklington, East Riding of Yorkshire, Yorkshire, England, GB the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N53.91 and Long: W0.74 GB-2.356 near Market Weighton, East Riding of Yorkshire, Yorkshire, England, GB the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N53.86 and Long: W0.71 GB-2.357 near Bromborough, Wirral, Merseyside, England, GB the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N53.30 and Long: W3.00 GB-2.358 near Bodmin, North Cornwall, Cornwall, England, GB the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N50.46 and Long: W4.75
(ii) fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.880 sa US-2.914 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.879: L-Istati Uniti US-2.880 State of Ohio Mercer 15 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.6051527°W 40.6852510°N) US-2.881 State of Ohio Mercer 16 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7296268°W 40.4797494°N) US-2.882 State of Ohio Mercer 17 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.5845696°W 40.4817216°N) US-2.883 State of Ohio Mercer 18 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.6806195°W 40.4998531°N) US-2.884 State of Ohio Mercer 19 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7221709°W 40.5099680°N) US-2.885 State of Ohio Mercer 20 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7315517°W 40.5158391°N) US-2.886 State of Ohio Mercer 21 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7661219°W 40.4892437°N) US-2.887 State of Ohio Mercer 22 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.5322998°W 40.5397243°N) US-2.888 State of Ohio Mercer 23 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.4470932°W 40.5248739°N) US-2.889 State of Ohio Darke 17 Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7711984°W 40.4414950°N) US-2.890 State of Ohio Darke 18 Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.4328628°W 40.3021656°N) US-2.891 State of Ohio Darke 19 Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.6791308°W 40.4371839°N US-2.892 State of Ohio Darke 20 Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.5493817°W 40.3999086°N) US-2.893 State of Ohio Van Wert 01 Van Wert County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.3974324°W 40.7859037°N) US-2.894 State of Ohio Auglaize 01 Auglaize County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.3517553°W 40.5480217°N) US-2.895 State of Ohio Darke 21 Darke County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.4954787°W 40.4169816°N) US-2.896 State of Ohio Mercer 24 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7083466°W 40.4933466°N) US-2.897 State of Ohio Mercer 25 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.5458624°W 40.5157963°N) US-2.898 State of Ohio Mercer 26 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.5448141°W 40.5015764°N) US-2.899 State of Ohio Mercer 27 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.5525364°W 40.4904476°N) US-2.900 State of Ohio Mercer 28 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7504140°W 40.4778520°N) US-2.901 State of Ohio Mercer 29 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.7128755°W 40.4785074°N) US-2.902 State of Ohio Mercer 30 Mercer County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 84.4413554°W 40.5267332°N) US-2.903 State of North Carolina Sampson 01 Sampson County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 78.2595262°W 34.9068126°N) US-2.904 State of North Carolina Sampson 02 Sampson County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 78.2620293°W 34.8709636°N) US-2.905 State of Missouri Newton 06 Newton County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.2147245°W 36.9611223°N) US-2.906 State of Missouri Newton 07 Newton County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.3019992°W 37.0698923°N) US-2.907 State of Missouri McDonald 02 McDonald County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.2749341°W 36.7828461°N) US-2.908 State of Missouri McDonald 03 McDonald County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.2749341°W 36.7828461°N) US-2.909 State of Missouri McDonald 04 McDonald County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.1978683°W 36.8089543°N) US-2.910 State of Missouri Barry 01 Barry County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.0381081°W 36.9075395°N) US-2.911 State of Maryland Worcester 01 Worcester County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 75.2919758°W 38.3941884°N) US-2.912 State of California Merced 23 Merced County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 121.0252478°W 37.2346789°N) US-2.913 State of California Stanislaus 18 Stanislaus County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.7741459°W 37.6818391°N) US-2.914 State of California San Joaquin 08 San Joaquin County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 121.1351664°W 38.3214235°N)
(2) fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
(2)
(a) l-entrata għall-Bożnija-Ħerzegovina hija sostitwita b’dan li ġej: BA Il-Bożnija-Ħerzegovina BA-0 POU 10.2.2025
(b) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.334 huma sostitwiti b’dan li ġej: GB Ir-Renju Unit GB-2.334 POU, RAT N, P1 10.12.2024 6.2.2025 GBM P1 10.12.2024 6.2.2025
(c) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.341 u GB-2.342 huma sostitwiti b’dan li ġej: GB Ir-Renju Unit GB-2.341 POU, RAT N, P1 28.12.2024 6.2.2025 GBM P1 28.12.2024 6.2.2025 GB-2.342 POU, RAT N, P1 10.1.2025 12.2.2025 GBM P1 10.1.2025 12.2.2025
(d) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.348 huma sostitwiti b’dan li ġej: GB Ir-Renju Unit GB-2.348 POU, RAT N, P1 31.12.2024 6.2.2025 GBM P1 31.12.2024 6.2.2025
(e) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żona GB-2.355 sa GB-2.358 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.354: GB Ir-Renju Unit GB-2.355 POU, RAT N, P1 7.2.2025 GBM P1 7.2.2025 GB-2.356 POU, RAT N, P1 8.2.2025 GBM P1 8.2.2025 GB-2.357 POU, RAT N, P1 9.2.2025 GBM P1 9.2.2025 GB-2.358 POU, RAT N, P1 9.2.2025 GBM P1 9.2.2025
(f) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.880 sa US-2.914 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.879: US L-Istati Uniti US-2.880 POU, RAT N, P1 29.1.2025 GBM P1 29.1.2025 US-2.881 POU, RAT N, P1 29.1.2025 GBM P1 29.1.2025 US-2.882 POU, RAT N, P1 30.1.2025 GBM P1 30.1.2025 US-2.883 POU, RAT N, P1 30.1.2025 GBM P1 30.1.2025 US-2.884 POU, RAT N, P1 30.1.2025 GBM P1 30.1.2025 US-2.885 POU, RAT N, P1 30.1.2025 GBM P1 30.1.2025 US-2.886 POU, RAT N, P1 30.1.2025 GBM P1 30.1.2025 US-2.887 POU, RAT N, P1 31.1.2025 GBM P1 31.1.2025 US-2.888 POU, RAT N, P1 31.1.2025 GBM P1 31.1.2025 US-2.889 POU, RAT N, P1 29.1.2025 GBM P1 29.1.2025 US-2.890 POU, RAT N, P1 29.1.2025 GBM P1 29.1.2025 US-2.891 POU, RAT N, P1 30.1.2025 GBM P1 30.1.2025 US-2.892 POU, RAT N, P1 31.1.2025 GBM P1 31.1.2025 US-2.893 POU, RAT N, P1 30.1.2025 GBM P1 30.1.2025 US-2.894 POU, RAT N, P1 5.2.2025 GBM P1 5.2.2025 US-2.895 POU, RAT N, P1 4.2.2025 GBM P1 4.2.2025 US-2.896 POU, RAT N, P1 4.2.2025 GBM P1 4.2.2025 US-2.897 POU, RAT N, P1 4.2.2025 GBM P1 4.2.2025 US-2.898 POU, RAT N, P1 4.2.2025 GBM P1 4.2.2025 US-2.899 POU, RAT N, P1 4.2.2025 GBM P1 4.2.2025 US-2.900 POU, RAT N, P1 4.2.2025 GBM P1 4.2.2025 US-2.901 POU, RAT N, P1 5.2.2025 GBM P1 5.2.2025 US-2.902 POU, RAT N, P1 5.2.2025 GBM P1 5.2.2025 US-2.903 POU, RAT N, P1 27.1.2025 GBM P1 27.1.2025 US-2.904 POU, RAT N, P1 28.1.2025 GBM P1 28.1.2025 US-2.905 POU, RAT N, P1 28.1.2025 GBM P1 28.1.2025 US-2.906 POU, RAT N, P1 29.1.2025 GBM P1 29.1.2025 US-2.907 POU, RAT N, P1 28.1.2025 GBM P1 28.1.2025 US-2.908 POU, RAT N, P1 30.1.2025 GBM P1 30.1.2025 US-2.909 POU, RAT N, P1 31.1.2025 GBM P1 31.1.2025 US-2.910 POU, RAT N, P1 31.1.2025 GBM P1 31.1.2025 US-2.911 POU, RAT N, P1 4.2.2025 GBM P1 4.2.2025 US-2.912 POU, RAT N, P1 29.1.2025 GBM P1 29.1.2025 US-2.913 POU, RAT N, P1 5.2.2025 GBM P1 5.2.2025 US-2.914 POU, RAT N, P1 3.2.2025 GBM P1 3.2.2025
(3) Fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness XV, l-entrata għall-Bożnija-Ħerzegovina hija sostitwita b’dan li ġej: BA Il-Bożnija-Ħerzegovina BA-0 Mhux awtorizzati Mhux awtorizzati Mhux awtorizzati Mhux awtorizzati Mhux awtorizzati Mhux awtorizzati Mhux awtorizzati D Mhux awtorizzati Mhux awtorizzati MPST