Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/678 tal-1 ta’ April 2025 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, u li jikkoreġi dawn l-Annessi fir-rigward ta’ ċerti entrati għar-Renju Unit (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/regulation/2025/678@2025-04-01/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
- Artikolu 2 Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
- ANNEX
- ANNESS I Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
- (1)
- (2)
- ANNESS II Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.
Billi:
(1) Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.
(4) B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.
(5) Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-provinċji ta’ Nova Scotia u Ontario, li ġew ikkonfermati fil-21 ta’ Marzu 2025 u fl-24 ta’ Marzu 2025, rispettivament permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).
(6) Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-kontea ta’ Durham, l-Ingilterra, li ġiet ikkonfermata fis-26 ta’ Marzu 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).
(7) L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar sitt tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fl-Istati ta’ Illinois (1), Indiana (2), Mississippi (1), New Jersey (1) u Pennsylvania (1), li ġew ikkonfermati bejn it-12 ta’ Marzu 2025 u l-21 ta’ Marzu 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).
(8) Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mqar 10km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika tal-qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.
(9) Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawn it-tifqigħat riċenti tal-HPAI.
(10) Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit, u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat reċenti jenħtieġ li jiġi sospiż biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq l-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit, u għall-Istati Uniti fit-tabelli stabbiliti fit-Taqsima B, il-Parti 1 u fil-Parti 2 tal-Anness V, u fit-tabella stabbilita fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.
(11) Barra minn hekk, il-Kanada pprovdiet informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.
(12) Nhar id-19 ta’ Marzu 2025, il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-provinċja ta’ Quebec, li ġiet ikkonfermata fit-30 ta’ Jannar 2025 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).
(13) Il-Kanada infurmat lill-Kummissjoni li, wara dik it-tifqigħa tal-HPAI, implimentat politika tal-qerda biex tikkontrolla u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda, u lestiet ukoll it-tindif u d-diżinfettar meħtieġa wara l-implimentazzjoni tal-politika tal-qerda fl-istabbiliment tal-pollam infettat.
(14) Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni ppreżentata mill-Kanada, jidhrilha li l-Kanada pprovdiet garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa fl-Unjoni miż-żona affettwata, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex tirrappreżenta theddida għas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żona affettwata tal-Kanada, li minnha kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq l-entrati għall-Kanada fit-tabelli stabbiliti fit-Taqsima B, il-Parti 1 u fil-Parti 2 tal-Anness V, u fit-tabella stabbilita fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.
(15) Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/641 emenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 biex, fost l-oħrajn, ineħħi s-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żona GB-2.351 fir-Renju Unit, billi żied id-data tal-ftuħ tat-8 ta’ Marzu 2025 fl-entrati għal dik iż-żona fit-tabelli stabbiliti fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness V, u fit-Taqsima B, il-Parti 1, tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Fis-26 ta’ Marzu 2025, ir-Renju Unit informa lill-Kummissjoni li din iż-żona kienet ġiet irrappurtata bi żball bħala eliġibbli għall-ftuħ mill-ġdid, iżda s-sorveljanza mitluba f’dik iż-żona kienet għadha ma tlestietx. Għalhekk, din iż-żona ma kellhiex terġa’ tinfetaħ. Biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, jeħtieġ li dan jiġi kkoreġut u li jitħassru d-dati tal-ftuħ għaż-żona GB-2.351 fl-entrati għar-Renju Unit fit-tabelli stabbiliti fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness V, u fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.
(16) Filwaqt li jitqiesu t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti, u biex jiġi evitat it-tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jsiru effettivi b’mod urġenti.
(17) Il-korrezzjoni fid-dati tal-ftuħ għaż-żona GB-2.351 fl-entrati għar-Renju Unit fit-tabelli stabbiliti fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness V, u fit-Taqsima B, il-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/641, jiġifieri mis-27 ta’ Marzu 2025.
(18) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma kkoreġuti skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mis-27 ta’ Marzu 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2025. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS I Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:
(1) L-Anness V huwa emendat kif ġej:
(1)
(a) fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
(a)
(i) fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.256 hija sostitwita b’dan li ġej: CA Il-Kanada CA-2.256 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 30.1.2025 26.3.2025;
(ii) fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.261 u CA-2.262 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.260: CA Il-Kanada CA-2.261 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 21.3.2025 CA-2.262 N, P1 24.3.2025;
(iii) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela li ġejja għaż-żona GB-2.369 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona GB-2.368: GB Ir-Renju Unit GB-2.369 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 26.3.2025;
(iv) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1006 sa US-2.1011 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1005: US L-Istati Uniti US-2.1006 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 12.3.2025 US-2.1007 N, P1 18.3.2025 US-2.1008 N, P1 18.3.2025 US-2.1009 N, P1 20.3.2025 US-2.1010 N, P1 20.3.2025 US-2.1011 N, P1 21.3.2025;
(b) il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
(b)
(i) fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni CA-2.261 u CA-2.262 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona CA-2.260: Il-Kanada CA-2.261 Nova Scotia - Latitudni 44.35, Lonġitudni -64.46 Il-muniċipalitajiet involuti huma: 3km PZ: Conquerall Bank, Crouse’s Settlement, Dayspring, Middle LaHave, Pleasantville, Upper LaHave, u West LaHave 10km SZ: Blockhouse, Bridgewater, Conquerall Bank,Conquerall Mills, Cookville, Crouse’s Settlement, Crousetown, Dayspring, Dublin Shore, East LaHave, Fauxburg, Hebbs Cross, Hebbville, LaHave, Lunenburg, Middle LaHave, Oakhill, Petite Rivière Bridge, Pine Grove, Pleasantville, Rhodes Corner, Spectacle Lakes, Upper LaHave, West LaHave, Whynotts Settlement, u Wileville CA-2.262 Ontario - Latitudni 42.89, Lonġitudni -82.17 Il-muniċipalitajiet involuti huma: 3km PZ: Petrolia u St. Clair 10km SZ: Brigden, Corunna, Enniskillen, Mooretown, Oil Springs, Petrolia, Sarnia, u St. Clair;
(ii) fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona GB-2.369 tiżdied wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.368: Ir-Renju Unit GB-2.369 qrib Blaydon, Blaydon u Consett, Durham, l-Ingilterra, GB iż-żona li tinsab fiċ-ċirku b’raġġ ta’ 10km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84 Lat: N54.91 u Lonġ: W1.73;
(iii) fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.1006 sa US-2.1011 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1005: L-Istati Uniti US-2.1006 L-Istat ta’ Mississippi Noxubee 01 Il-kontea ta’ Noxubee: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 88.5306434°W 33.2931223°N) US-2.1007 L-Istat ta’ Indiana Adams 03 Il-kontea ta’ Adams: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 84.9971253°W 40.7037781°N) US-2.1008 L-Istat ta’ Indiana Jay 11 Il-kontea ta’ Jay: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 84.8033389°W 40.5893466°N) US-2.1009 L-Istat ta’ New Jersey Atlantic 01 Il-kontea ta’ Atlantika: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 74.5764859°W 39.4525709°N) US-2.1010 L-Istat ta’ Illinois Crawford 01 Il-kontea ta’ Crawford: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 87.5953650°W 38.9845468°N) US-2.1011 L-Istat ta’ Pennsylvania Franklin 01 Il-kontea ta’ Franklin: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 77.5979868°W 40.1166363°N);
(2) Fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:
(2)
(a) fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.256 hija sostitwita b’dan li ġej: CA Il-Kanada CA-2.256 POU, RAT N, P1 30.1.2025 26.3.2025 GBM P1 30.1.2025 26.3.2025;
(b) fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.261 u CA-2.262 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.260: CA Il-Kanada CA-2.261 POU, RAT N, P1 21.3.2025 GBM P1 21.3.2025 CA-2.262 POU, RAT N, P1 24.3.2025 GBM P1 24.3.2025;
(c) fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela li ġejja għaż-żona GB-2.369 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona GB-2.368: GB Ir-Renju Unit GB-2.369 POU, RAT N, P1 26.3.2025 GBM P1 26.3.2025;
(d) fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1006 sa US-2.1011 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.1005: US L-Istati Uniti US-2.1006 POU, RAT N, P1 12.3.2025 GBM P1 12.3.2025 US-2.1007 POU, RAT N, P1 18.3.2025 GBM P1 18.3.2025 US-2.1008 POU, RAT N, P1 18.3.2025 GBM P1 18.3.2025 US-2.1009 POU, RAT N, P1 20.3.2025 GBM P1 20.3.2025 US-2.1010 POU, RAT N, P1 20.3.2025 GBM P1 20.3.2025 US-2.1011 POU, RAT N, P1 21.3.2025 GBM P1 21.3.2025.
ANNESS II Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404
L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma kkoreġuti kif ġej:
(1) fl-Anness V, fil-Parti 1, fit-Taqsima B, fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.351 hija sostitwita b’dan li ġej: GB Ir-Renju Unit GB-2.351 BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20 N, P1 27.1.2025;
(2) fl-Anness XIV, fil-Parti 1, fit-Taqsima B, fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.351 hija sostitwita b’dan li ġej: GB Ir-Renju Unit GB-2.351 POU, RAT N, P1 27.1.2025 GBM P1 27.1.2025.